flimkien mejju 2016

32
Mejju 2016 | Numru 138 Newspaper Post Sitt ostji fl-ispazju 6 L-astronawta li mexa, talab u tqarben fl-ispazju Ir-raġel li tilef kollox 9 Il-vizzju tal-logħob tal-ażżard Pls tagħmluhx delete! 10 Ittra ta’ omm liż-żewġ uliedha żgħażagħ Mixja lejn l-għabex 11 Kien imdawwar bl-istudenti u sar imdawwar b’persuni b’diżabbiltà O Salib ta’ Kristu! 18 Talba kommoventi li Franġisku għamel għas-sena kollha Minn xiex għaddejja Nargis 20 L-intenzjoni tal-Papa għal Mejju Il-benefiċċji tal-għasel 25

Upload: knisja-malta

Post on 29-Jul-2016

275 views

Category:

Documents


2 download

DESCRIPTION

 

TRANSCRIPT

Page 1: Flimkien Mejju 2016

M e j j u 2 0 1 6 | N u m r u 1 3 8

New

spap

er P

ost

Sitt ostji fl-ispazju 6L-astronawta li mexa, talab u tqarben fl-ispazju

Ir-raġel li tilef kollox 9Il-vizzju tal-logħob tal-ażżard

Pls tagħmluhx delete! 10Ittra ta’ omm liż-żewġ uliedha żgħażagħ

Mixja lejn l-għabex 11Kien imdawwar bl-istudenti u sar imdawwar b’persuni b’diżabbiltà

O Salib ta’ Kristu! 18Talba kommoventi li Franġisku għamel għas-sena kollha

Minn xiex għaddejja Nargis 20L-intenzjoni tal-Papa għal Mejju

Il-benefiċċji tal-għasel 25

Page 2: Flimkien Mejju 2016

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Vjaææi gœal Lourdes

¢479minn

minn Lulju sa’ Settembru

3, 4, 5 T’IJIEM

Fatima

¢599minn

10-18 Lulju, 7-15 Awwissu

Inÿuru: Fatima, Coimbra, Lisbon, Tomar, Mira d’Aire u oœrajn

San Giovanni Rotondo, Assisi u Ruma

¢799minn

15-22 Awwissu

ESKURSJONIJIET KOLLHA NKLUŸI

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti,

Lourdes, Costa Bravau Barçellona

¢549minn

8-16 Settembru

Inÿuru: Lourdes, Gavarnie, St Jean de Luz u oœrajn

San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo,

Vatikan - Padre Pio - Medjugorje

¢699minn

13-24 Lulju

Inÿuru: Ruma, Vatikan, Assisi, Pietrelcina, San Giovanni Rotondo, Foggia u oœrajn

Page 3: Flimkien Mejju 2016

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali.

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Mejju 2016 • Numru 138

K E L M A TA’ F R A N Ġ I S K U

E d I TOR jA L • d U N A N TO N P ORT E L L I

Flimkien fuq Radju MarijaProgramm ġdid dwar il-kontenut tal-magażin Flimkien. Kull l-ewwel Erbgħa u l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10:00am.

Faċċata: Mattia. Ritratt meħud minn Ġużi Sammut

“Alla jħalli lill-ġenituri jagħżlu

l-isem li hu nnifsu se jsejjaħ bih lil binhom jew binthom għall-

eternità kollha.”

F’Mejju niċċelebraw ħafna festi u devozzjonijiet lejn il-Madonna.

Kollha huma sbieħ; kollha jistgħu jħallu ħafna ġid; kollha jkollhom attendenza sabiħa.

Imma donnu li dawn l-okkażjonijiet iservu biex jibdew it-tħejjijiet urġenti għall-festi. Sfortunatament xi drabi dawn il-festi ma jagħmlux ġieħ lil Marija, anke meta jsiru ad unur tagħha.

Jiġri li mmorru ħafna ’l bogħod mid-devozzjoni vera u r-rispett lejn Marija Addolorata, inħallu warajna r-Rużarju fix-xahar ta’ Mejju, ninsew dak li ngħidu eluf ta’ drabi fis-Sliema u l-Qaddisa: Itlob għalina midinbin issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Forsi għax il-mewt naħsbuha ’l bogħod minna, u malajr ninsew li aħna midinbin!

Xi drabi, il-festa ssaħħan il-moħħ, tagħti saħħa speċjali lill-ġisem u tiffissana fuq ħaġa waħda biss… mingħajr ma tħallina nagħtu kas ta’ affarijiet oħra. Hekk naħarbu mir-realtà tal-ħajja tagħna u ta’ ħaddieħor. U ngħixu f ’dinja mhux ta’ veru.

Marija hija dejjem magħna, ħdejna, saqajha mal-art bħal tagħna: issa u għal li ġej.

Devozzjoni vera lejn Marija

Pellegrinaġġi mal-FranġiskaniL-Art Imqaddsa: 13-21 ta’ Lulju, 3-11 ta’ Awwissu, 1-9 ta’ Settembru, 10-18 ta’ Settembru, 6-16 ta’ Novembru.

Polonja: 18-22 ta’ Ġunju.

Assisi: 23-28 ta’ Awwissu.

Kummissarjat tal-Art Imqaddsa, 8, Triq Santa Luċija, Valletta, VLT 1213.

2124 2254; [email protected]; www.ofm.org.mt

Papa Franġisku, Il-Ferħ tal-Imħabba

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Vjaææi gœal Lourdes

¢479minn

minn Lulju sa’ Settembru

3, 4, 5 T’IJIEM

Fatima

¢599minn

10-18 Lulju, 7-15 Awwissu

Inÿuru: Fatima, Coimbra, Lisbon, Tomar, Mira d’Aire u oœrajn

San Giovanni Rotondo, Assisi u Ruma

¢799minn

15-22 Awwissu

ESKURSJONIJIET KOLLHA NKLUŸI

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti,

Lourdes, Costa Bravau Barçellona

¢549minn

8-16 Settembru

Inÿuru: Lourdes, Gavarnie, St Jean de Luz u oœrajn

San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo,

Vatikan - Padre Pio - Medjugorje

¢699minn

13-24 Lulju

Inÿuru: Ruma, Vatikan, Assisi, Pietrelcina, San Giovanni Rotondo, Foggia u oœrajn

Page 4: Flimkien Mejju 2016

Please help these children achieve their dreams when they grow up, so they can be fully ALIVE.

www.missio.org.mt

When I grow up I want to be.....

By donating €2.33 on

50617374 you can feed 7 children for one day.

By donating €6.99 on

50618820 you can buy books for one child for a year.

Page 5: Flimkien Mejju 2016

F’Għid il-Ħamsin, l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-Appostli miġbura fiċ-Ċenaklu ma’ Marija. Imtlew b’qawwa ġdida u

b’kuraġġ li qatt ma ġarrbu bħalhom qabel. Dakinhar twieldu mill-ġdid. Il-kelma li

żera’ fihom Ġesù ma baqgħetx teorija, ideal jew ħolma; saret ir-realtà ta’ ħajjithom. Donnu l-kuraġġ li bih għaniehom l-Ispirtu s-Santu ma kienx sempliċement dak li għenhom jirbħu l-biża’ li kellhom minn min seta’ kellu l-ħsieb jgħaddihom minn dak li għadda minnu l-Imgħallem tagħhom. Donnu kien kuraġġ li mliehom bil-qawwa biex l-esperjenza li għexu ma’ Ġesù ssir realtà li ma setgħux iżommu msakkra f ’qalbhom. Il-Kelma għamlet il-frott fihom u bil-ferħ riedu jgħadduha lill-oħrajn biex fihom ukoll jitnissel u jgħammar l-istess ferħ.

Hekk xterdet u kibret il-Knisja. Ilha elfejn sena toktor, tisbieħ u titqawwa: billi ddewwaq il-ferħ tal-Evanġelju lill-bnedmin kollha.

Faċli għalina ngergru li kollox sejjer lura, li kollox qed jinqaleb ta’ taħt fuq, li nagħżlu x’nemmnu u x’inwasslu biex ma nidhrux koroh jew skomdi f ’soċjetà li kontinwament tippromwovi l-libertajiet bla lġiem u l-‘korrettezza politika’. Din, filwaqt li tgħid li tħares il-libertajiet ta’ kulħadd, fl-istess ħin trażżan lil kulħadd milli jesprimi dak li jemmen fih għax ‘jista’ joffendi lil ħaddieħor’.

Faċli ħafna ngħaddsu rasna u nibqgħu għaddejjin daqslikieku mhu qed jiġri xejn li nistgħu nibdlu aħna.

L-offiża qatt ma hemm postha. Il-ħtijiet tal-imgħoddi qatt ma jistgħu jkunu ġġustifikati. Fl-istess ħin ma nistgħux inkunu lsiera ta’ dak li ġara jew, biex inkunu skruplużi fil-korrettezza politika, inżommu moħbi fina dak li lilna jgħajjixna u jimliena bil-ferħ.

Marija u d-dixxipli miġbura fiċ-Ċenaklu ma ħallewx il-bibien magħluqa. Kif l-Ispirtu s-Santu fetaħ il-bibien ta’ qlubhom, ma baqgħux lura, ma ddejqux jitkellmu, ma beżgħux ixandru minn fuq il-bjut.

Marija, li nqimu b’mod speċjali matul dan ix-xahar, tinsab magħna wkoll bħalma kienet mad-dixxipli fiċ-Ċenaklu. Hi, li mtliet bl-Ispirtu s-Santu hekk kif sabet il-kuraġġ tgħid “iva” lill-Anġlu Gabrijel, turina u tgħinna biex, quddiem il-ġid tal-proxxmu tagħna kollu, la nibżgħu u lanqas niddejqu nwasslu l-verità li wasslilna Ġesù, wiċċ il-Ħniena tal-Missier. Hu stess tana garanzija li meta l-kurrent jiġi għal wiċċna, m’għandniex ninkwetaw; l-Ispirtu jurina hu x’għandna ngħidu. Hekk għamel mad-dixxipli dakinhar ta’ Għid il-Ħamsin. Hekk għadu jagħmel illum ukoll.

X Charles J. SciclunaArċisqof ta’ Malta

Ma nistgħux inżommuh imsakkar

M E SS AĠĠ TA L-A RċI S qO F

Please help these children achieve their dreams when they grow up, so they can be fully ALIVE.

www.missio.org.mt

When I grow up I want to be.....

By donating €2.33 on

50617374 you can feed 7 children for one day.

By donating €6.99 on

50618820 you can buy books for one child for a year.

Mejju 2016 | 5

Page 6: Flimkien Mejju 2016

L-Istazzjon Spazjali Internazzjonali huwa mimli makkinarju u tagħmir teknoloġiku. Imma l-astronawti xorta

jirnexxilhom isibu ftit spazju għalihom weħidhom. Dan il-post huwa l-‘Cupola’, li hija modulu żgħir b’seba’ twieqi li jagħtu veduta fuq id-dinja.

Fl-ewwel missjoni tiegħu, f ’Settembru 2013, l-astronawta Mike Hopkins kellu seba’ mitt sena biex jidħol f ’din il-‘Cupola’ u jittawwal. U dak li ra minnha ħallieh bla nifs u ma jista’ jinsieh qatt.

“Meta rajt id-Dinja minn dak l-għoli kollu, u rajt dik is-sbuħija kollha li teżisti, kelli nirrealizza li bilfors teżisti xi qawwa ogħla minni li għamlet dan kollu,” qal Hopkins. Kien ukoll fil-‘Cupola’ li Hopkins kien isib il-ħin jitlob u darba fil-ġimgħa wkoll jitqarben.

Bi ftehim mal-arċisqof tad-djoċesi u bl-għajnuna tal-kappillan tal-parroċċa tiegħu (Marija Reġina, Friendswood, Texas) l-astronawta tella’ miegħu pissidi b’sitt ostji kkonsagrati, kull waħda minnhom maqsuma f ’erbgħa. Kienu biżżejjed biex seta’ jitqarben darba fil-ġimgħa matul l-24 ġimgħa li dam fl-ispazju.

“Għalija kien importanti ħafna,” qal Hopkins li għandu 47 sena, u li sar Kattoliku ftit qabel tar fl-ispazju. Hu kien twieled u trabba fil-Knisja Metodista. Huwa jinsisti li

Sitt ostji fl-ispazju

ried isir Kattoliku mhux sempliċement biex ikun bħal martu u ż-żewġ uliedu teenagers imma “għax ħassejt xi ħaġa nieqsa f ’ħajti”.

Waqt li kien fl-ispazju jdur mad-dinja, Hopkins ħareġ darbtejn mill-istazzjon u mexa fuq barra biex jibdel pompa. Qabel ma ħareġ jimxi fl-ispazju huwa tqarben ukoll.

Mumenti diffiċli bħal dawk, għalkemm l-astronawti jkunu mħarrġin għalihom, jafu jkunu emozzjonanti u stressanti ħafna. Hopkins qal, “Kien importanti ħafna għalija li nkun naf li meta noħroġ mill-bieb tal-istazzjon għal ġo dak il-vojt kbir tal-ispazju Ġesù jkun miegħi.”

Minbarra tqarbina fil-ġimgħa, Hopkins kien isib il-ħin ukoll biex jaqra l-vanġelu tal-Ħadd li kienu jibagħtuhulu mill-parroċċa tiegħu kull ġimgħa bl-email.

“Sħabi l-oħra tal-ekwipaġġ kienu jafu li kelli l-Ewkaristija miegħi,” qal Hopkins. “In fatti, kont infurmajt b’kollox lill-kmandant Russu tal-istazzjon spazjali. Il-kollegi tiegħi kollha rrispettaw ix-xewqa tiegħi li ngħix il-fidi anki waqt orbita fl-ispazju”.

Dan il-ġest ta’ Hopkins iġiegħlek tistaqsi: 1. Jien insib ftit spazju fil-ġurnata biex nitlob? 2. Xi sforz lest nagħmel biex ma nitlifx tqarbina? 3. Inħossni komdu nuri quddiem kulħadd il-fidi tiegħi? 4. X’sentimenti nħoss meta nara s-sbuħija tal-ħolqien?

6 | Flimkien

Page 7: Flimkien Mejju 2016

Il-Griżma tal-Isqof

89. X’inhi l-Griżma tal-Isqof?Il-Griżma tal-Isqof tkompli ddaħħalna fil-ħajja Nisranija u fil-ħajja Ewkaristika. Soltu tiġi ċċelebrata mill-Isqof li jidlek ’il min jirċeviha biż-żejt tal-Griżma u jgħidlu, “Kun issiġillat bl-għotja tal-Ispirtu s-Santu.” Anki qassis jista’ jagħtiha meta jirċievi persuna li tikkonverti għall-għaqda sħiħa mal-Knisja u f ’xi okkażjonijiet oħra.

90. Liema misterju tal-Knisja juri u jwettaq is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof?Il-“misterju tal-Knisja” li dan is-Sagrament juri u jwettaq hu s-sehem li n-Nisrani jieħu fis-Saċerdozju ta’ Kristu billi joffri lilu nnifsu għal dejjem biex jagħti xhieda ta’ ħajja Nisranija. Dan jissejjaħ “il-karattru tal-Griżma tal-Isqof”.

91. Liema misterju tal-grazzja juri u jwettaq dan is-Sagrament?Il-“misterju tal-grazzja” li l-Griżma tal-Isqof turi u twettaq hu li l-Ispirtu s-Santu jgħammar fina u jwassalna għall-maturità fi Kristu. Nirċievu l-għotjiet tal-għerf u d-dehen, tal-għaqal u l-qawwa, tat-tagħrif u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa fil-preżenza t’Alla (Isaija 11:2) biex b’hekk ħajjitna ssir xhieda tal-imħabba t’Alla.

Il-Ministeru (Ordni Sagri)92. X’inhu s-Sagrament tal-Ministeru jew tal-Ordni Sagri?B’dan is-Sagrament xi wħud jiġu msejħa minn Alla minn ħdan il-komunità biex jiġu ordnati ħalli jkollhom sehem speċjali fis-Saċerdozju ta’ Kristu. Ix-xogħol tagħhom hu li jirrappreżentaw, jgħallmu u jmexxu l-komunità Nisranija. Is-Saċerdozju tagħhom, għalkemm marbut mas-Saċerdozju tal-fidili jew tal-Imgħammdin, hu distint minnu għax l-għan tiegħu hu t-tmexxija tal-Knisja (Ara Lumen Gentium, paragrafu 22).

93. Liema huma l-ministeri fil-Knisja?Il-ministeri sagramentali fil-Knisja huma dawk ta’ isqof, qassis, u djaknu.

94. X’inhu isqof?Isqof hu suċċessur tal-Appostli, bid-dmir u r-responsabbiltà li jħabbar il-Kelma t’Alla, jiċċelebra s-Sagramenti u jmexxi l-Knisja ta’ post partikolari (jew djoċesi).

95. X’inhi kolleġġjalità?Il-kolleġġjalità hi r-responsabbiltà li l-isqfijiet għandhom flimkien u li jaqsmu flimkien għat-tmexxija tal-komunità Nisranija kollha fid-dinja (Lumen Gentium, paragrafu 22).

96. X’inhu Konċilju Ekumeniku?Konċilju Ekumeniku hu meta l-isqfijiet tad-dinja jħaddmu l-kolleġġjalità tagħhom billi jinġabru flimkien biex jaħdmu għat-tiġdid tal-Knisja u jieħdu deċiżjonijiet dwar it-tagħlim, id-dixxiplina u l-ordni fil-Knisja.

97. Xi jfisser il-Papa?Il-Papa hu l-Isqof ta’ Ruma u l-Patrijarka tal-Punent tal-Knisja. Billi Ruma hi d-djoċesi tradizzjonali ta’ San Pietru, il-kap tal-Appostli, l-isqof tagħha hu l-ewwel fost l-isqfijiet kollha tad-dinja u għandu responsabbiltà waħdanija għall-Knisja kollha fid-dinja.

Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.

Mejju 2016 | 7

Page 8: Flimkien Mejju 2016

Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 2016 0751/2 Mob: 99991666 Email: [email protected] Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: [email protected] www.suzuki.com.mt

Starting from

€8,999

DEPOSIT

AVAILABLE0%

VISIT OUR NEW SHOWROOM AT ANTONIO BOSIO STREET, MSIDA!

Price includes Scrappage Scheme

Page 9: Flimkien Mejju 2016

Ħa ngħidilkom storja dwar xi ħadd li tilef kollox. Mhux se nirrakkontaha bi skop ta’ sensazzjonaliżmu imma

biex napprezzaw id-diffikultajiet li jiffaċċja bniedem bil-vizzju tal-logħob. Għax faċli wieħed jaħseb li dan il-vizzju taqtgħu meta trid. Imma fil-fatt mhux hekk.

Frederick illum m’għandux dar tiegħu. Ilu jgħix f ’xelter għal persuni homeless dawn l-aħħar sentejn. Għandu diffikultà biex jibqa’ fil-post tax-xogħol tiegħu għax kontinwament jisfa’ mkeċċi wara li jinqabad jagħmel l-imħatri fil-ħin tax-xogħol. Għalkemm fis-sengħa tiegħu Frederick hu kapaċi ħafna, u jirnexxilu jerġa’ jsib impjieg malajr, Malta żgħira u l-fama mxiet qablu: issa qed jibda jsib diffikultà biex isib xogħol.

Sa erba’ snin ilu, Frederick kellu dar fejn kien joqgħod ma’ martu. Huwa qatt ma kellu tendenzi għal-logħob tal-ażżard, imma minn dejjem kien iħobb ifittex dak l-eċċitament u jieħu r-riskji. Lanqas hu stess ma jaf jgħid kif beda dan il-vizzju. Jiftakar li sab ruħu jiffrekwenta diversi ħwienet tal-ażżard fir-raħal fejn kien jaħdem. Kien iqatta’ s-sigħat

jilgħab, dejjem jipprova mossa oħra bil-konvinzjoni li din id-darba se jirbaħ u jġibha żewġ.

Imħatra wara oħra wasslitu li fl-aħħar lagħab il-karozza u d-dar, u b’hekk ħalla lil martu mingħajr post fejn toqgħod. Illum martu ma tridx taf bih aktar.

L-istress bħal donnu żiedlu l-kilba għal-logħob. Dejjem joħlom li dik il-logħba li se tqegħidlu ħajtu f ’postha tinsab fil-qrib. Minn banda hu jaf li dan mhux minnu, imma xorta ma jistax jieqaf. Issa ilu jaħrab is-snin. Meta spiċċawlu l-flus, issellef, u llum qiegħed f ’dejn serju.

Frederick qed jgħix ħajja perikoluża. L-eċċitament li jaqbdu meta jilgħab donnu jimblukkalu moħħu u ma jħallihx jirraġuna. L-istorja ta’ Frederick għadha għaddejja. Biss, mhux bilfors spiċċa kollox. Mhux bilfors jintilef kollox. Bir-rieda tajba u bl-għajnuna jista’ jerġa’ jibda jibni ħajtu mill-ġdid.

Steve Libreri huwa parent coach & lead social worker ma’ Willingness (www.willingness.com.mt; tel. 7929 1817).

LOG ħ O b TA L-A ż ż A R d S T E v E L I b R E R I

Ir-raġel li tilef kollox

Mejju 2016 | 9

Page 10: Flimkien Mejju 2016

Għeżież Nigel u Mariah,

L-ewwel nett nixtieq ngħidilkom li jien inħobbkom ħafna ħafna.

It-tieni qed niktbilkom din l-ittra biex ikollkom tifkira miktuba ta’

dak li nixtieq ngħidilkom imma li għal diversi raġunijiet mhux qed jirnexxili. Forsi

għax ma nsibx il-ħin addattat jew għax intom ma tkunux fil-burdata. Jista’ jkun li fl-

età tagħkom aktar jinżel għasel kliem ħbiebkom milli kliemi. Jista’ jkun li għandkom

wisq studju u impenji, u ħin biex nitkellmu ftit bis-sens ma nsibux. Qed inħoss li dak

kollu li nixtieq ngħidilkom mhu ser jirnexxili ngħidulkom qatt. Għalhekk, sakemm

intom qegħdin fuq is-sufan taraw film, qed nibagħtilkom din l-email.

Bħalissa fikom għaxqa narakom attenti għall-film dwar is-supereroj tagħkom!

Imma ftakru wkoll f ’supereroj ieħor: missierkom. Naf li bħalissa ma tantx sejrin tajjeb

miegħu, għax forsi tħossuh antikwat, imma ftakru li meta kontu tikka iżgħar hu

kien l-eroj tagħkom: il-papà-supereroj, li jħobbkom immens. Tiftakru kemm kontu

tistennewh ħerqana jiġi mix-xogħol biex tirrakkuntawlu l-ġurnata tagħkom?

U issa ħa niġi għal dak li propju rrid ngħidilkom.

Irsistu biex issiru ĦBIEB ma’ Ġesu u tibnu relazzjoni MIEGĦU. Tkellmu miegħu.

Għidulu d-dwejjaq, il-problemi tagħkom, id-dubji u l-inkwiet li jkollkom. Iftħu

qalbkom miegħu. Afdaw fih, u tibdew tindunaw li l-ġurnata tkun aħjar jekk tgħixuha

id f ’id miegħu.

U jekk għadkom ma skoprejtuhx, fittxuh! X’intom tistennew? Forsi qed tistaqsu

fejn se tfittxuh? L-ewwel irid ikollkom ix-xewqa li tiskopruh f ’ħajjitkom u ssiru tafuh

personalment. Iftħu dik il-Bibbja li kont xtrajtilkom fiż-żmien tas-sekondarja u ibdew

aqraw l-Evanġelji. Aqraw silta qasira u mmarkaw bil-highlighter xi vers li jolqotkom.

Ħażżu fil-ġenb xi noti jew tpinġija li tiġikom f ’moħħkom biex tifhmu aħjar. U tinsewx

tiktbu d-data wkoll biex meta jgħaddi żmien taraw kemm tkunu nbdiltu u kbirtu!

Nigel u Mariah, tistħux tidħlu fid-dar t’Alla. Tiddejqux tfittxu xi saċerdot li

jifhimkom. Jalla tħossukom kuntenti li għamiltu dan il-pass – mhux tant għax dħaltu

l-knisja imma wkoll li tirċievu lil Ġesù ħaj u reali ġewwa fikom. Tiddejqux mill-ħbieb li

forsi jgħaddukom xi naqra biż-żmien, u tistħux turu li qed tgħinu lil xulxin biex tħobbu

lil Alla u ssiru tafuh aktar mill-qrib. Il-mamà xx

żGħA ż AGħ S I LvA N A C A R dO N A

Pls tagħmluhx delete!

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Mejju 2016

THe ROAd TO dAybReAK hu ktieb ta’ Henri Nouwen (1932-1996). Huwa djarju dwar “mixja” jew “vjaġġ” li għamel professur famuż u popolari li minn ħajja ta’ professur jgħallem f ’università mar jgħix f ’komunità fejn ma kien jafu ħadd.

Tul dan il-ktieb/djarju, Nouwen jikxef in-natura tiegħu ta’ bniedem. Jitkellem ukoll dwar il-bżonn li spiss iħoss ta’ Ġesù fil-ħajja tiegħu. Imma fuq kollox juri l-preżenza kollha mħabba li jara fil-komunità li issa kien jinsab fiha.

Imma f ’liema komunità kien jinsab? Kienet il-komunità L’Arche Daybreak imwaqqfa minn Jean Vanier biex toffri ambjent ta’ kenn, imħabba u attenzjoni lil persuni b’diżabilità mentali.

Kif nistgħu nimmaġinaw, ma kienx faċli għal xi ħadd li kien imdorri l-ġurnata kollha jiltaqa’ ma’ professuri u studenti u jagħti lekċers fl-università biex jibda jgħix ħajja fejn irid jipprova jfittex x’għandhom bżonn

dawn il-persuni li faċli jħossuhom minsija, riġettati u fi bżonn ta’ xi ħadd li jkun preżenti magħhom u li jħobbhom.

Bħalma jgħid Nouwen innifsu, aħna lkoll nixtiequ li jkollna din l-attenzjoni u l-imħabba, imma Ġesù ma ġiex biex iħallina komdi fejn aħna. Ġie biex jagħtina ġismu stess u jistieden lil kull wieħed minna biex “ningħataw” ukoll, ningħataw għal dak li hemm bżonn issa u fil-preżent.

Huwa propju f ’dan il-kuntest li f ’Settembru li ġej aħna s-Seminaristi se nagħmlu pellegrinaġġ fl-Art Mqaddsa. Dan ser jgħin lilna, li qed inħejju ruħna għall-ħidma saċerdotali fil-parroċċi u l-ħidmiet l-oħra tal-Knisja, biex nifhmu aħjar l-“għotja” ta’ Ġesù u nkunu nistgħu nxandruha aħjar u b’mod aktar ċar. Dan il-pellegrinaġġ mhux biss se jservina ta’ ġid spiritwali imma se jgħinna fil-ħidma pastorali tagħna – aħna li qed nimxu fuq il-passi ta’ Ġesù li “jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu”.

M A R K S PI T E R I

Mixja lejn l-għabex

Inkluż programm ta’ dimostrazzjonijiet t’arranġamenti tal-fjuri minn artist mir-Russja, żfin, mużika u artiġġ janat. Ikel u xorb. Nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju mis-2:00pm sal-10:00pm u l-Ħadd 15 ta’ Mejju mit-8:00am sad-9:00pm. Ħarġa għall-familja kollha. Ġnien imdawwal.

Dħul- €2. Tfal TaħT iT-12-il sena b’xejn

żur il-website themaltahorticulturesociety.webs.com jew fuq facebook.

wirja ta’ fjuri

qSaRI, fRott, u Ħxejjex fIl-ĠoNNa ta’ SaNt’ aNtoN u fl-IMkejjeN tal-palazz.

Mejju 2016 | 11

Page 12: Flimkien Mejju 2016

Have You Heard The News?

360 St Joseph High Road, Santa VeneraTel. 27040839 Mob. 77771659

Book your FREE hearing assessment, call today:

27040839 / 77771659(Mob)

New Hearing Clinic Now Open In Santa Venera!

New Hearing Clin

ic

Now Open!

Clear-Tone Hearing are proud to announce the official opening of

their new Hearing Centre in Santa Venera. On Monday 15th February 2016, Michael Wall, owner of Clear-Tone Hearing, opened the doors to the state of the art clinic and is now ready and waiting to provide a premium hearing service to the people of Malta. Michael and his team are on hand to provide information on the latest hearing technology and offer impartial advice when it comes to recommending the best hearing solution for you.

As a long established independent, local business, Clear-Tone Hearing are dedicated to providing a comprehensive hearing healthcare service that improves their clients quality of life.

Michael has been running Clear-Tone

Hearing for over 5 years. “We are very pleased to be able to offer our services in Santa Venera. We have been providing hearing care to people in the surrounding areas for many years and we have extensive experience fitting hearing aids to suit people’s different needs.”

Situated at 360 St Joseph High Road, Santa Venera (beside the Labour Party Club and conveniently located near to Santa Venera bus stop), the new Hearing Centre is fully equipped with the latest cutting edge equipment, ensuring that the most accurate hearing examinations are provided.

“We use the most up-to-date digital hearing aid technology and our team of audiologists are highly qualified and have been nationally accredited for their

services. We really understand the value of listening to our customers and we guarantee you will receive the expert attention you deserve.”

Book Your FREE Hearing Consultation!Clear Tone Hearing are the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

Michael will be available from Monday 16th May - Saturday 28th May to provide FREE hearing consultations and advise you on the latest hearing technology.

To schedule your FREE hearing consultation and evaluation call us today on 27040839 or 77771659 (mob) - by appointment only.

Page 13: Flimkien Mejju 2016

• “L-Evanġelju, għal dik il-Quddiesa solenni ċċelebrata minn Ġesù fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka, ma jitkellimx la dwar pjaneta, la dwar ammittu, u lanqas dwar stola jew kappa. Jitkellem biss dwar biċċa ċarruta li l-Imgħallem libes ma’ ġenbejh f ’ġest għalkollox saċerdotali ... Mhuwiex forsi l-każ li fis-sagristiji tagħna nżidu wkoll il-fardal? ... Il-Knisja tagħna trid tkun Knisja tal-fardal – Knisja li taqdi” (Stola u fardal, 1987).

• “Li nfittxu l-aħħar post ifisser li nirrinunzjaw għas-setgħa u għar-rikkezza. Jekk il-Knisja, l-isqof, is-saċerdoti, l-istituti reliġjużi huma għonja, se nkunu sirna atturi, u nkunu ingannajna lill-foqra.”

• “Li tfittex lil dawk li jinsabu fl-aħħar postijiet tas-soċjetà jfisser li magħhom tgħix il-faqar.”

• “Kuraġġ! Qumu u erfgħu raskom! Imxu! Agħmlu xi ħaġa! Id-dinja għad tinbidel, anzi diġà qed tinbidel! M’intomx tarawhom is-sinjali taż-żminijiet?”

• “Jeħtieġ li niġġieldu kontra l-mard. Jeħtieġ li niġġieldu, u qatt ma nċedu l-armi ... Jekk nafu niġġieldu bilwieqfa, jeħtieġ li nkunu nafu kif niġġieldu għarkopptejna ... Lilkom ilkoll ngħid: Kuraġġ! Il-Mulej Ġesù jinsab magħna. Ħafna ħbieb huma magħna wkoll. Jixtiqulna l-ġid. Ejjew ma nibżgħux mis-solitudni! Għax fid-dinja għadu ma nixifx l-għerq it-tajjeb tal-erwieħ ġenerużi” (Ittra lill-Morda, 1994).

• “L-aktar ħaġa sabiħa hi li nħossni maħfur. Żgur li għamilt bosta żbalji ta’ direzzjoni pastorali għax aħna bnedmin, però hemm

Ġ Aw h A R I N S A R A d U N h EC TOR S CE R R I

Il-Knisja tal-Fardal

ħaġa li nista’ niggarantixxi u li dwarha jiena ċert: dejjem ħassejtni kburi li jiena l-isqof tagħkom. Jiena ċert li dejjem xtaqt il-ġid tagħkom” (30 ta’ Ottubru 1992, fil-Katidral ta’ Molfetta).

• “Kuraġġ, żgħażagħ! Tingħalqux fis-sagristiji! Ħallu l-qalb tagħkom tkun qrib l-imbegħdin” (lil grupp ta’ seminaristi mid-djoċesi tiegħu, waqt li Dun Tonino Bello kien fuq is-sodda tal-mewt).

Ħa jkunu lkoll ħaġa waħdaF’Mejju niċċelebraw il-festa ta’ Għid il-Ħamsin, meta aħna msejħin nitolbu għall-għaqda fost l-Insara. Il-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana ppubblikat DVD dwar l-ekumeniżmu. Ħa Jkunu Lkoll Ħaġa Waħda. Is-Sejħa Ekumenika tal-Knisja – Is-Sejħa Ekumenika Tagħna hu twil 35 minuta u huwa bil-Malti u bl-Ingliż. Huwa produzzjoni tal-Media Centre tal-Arċidjoċesi u jikkonsisti f ’dokumentarju dwar kif seħħew il-firdiet fil-Knisja u kif beda l-Moviment Ekumeniku ftit aktar minn mitt sena ilu. Jitkellem ukoll dwar l-istorja tal-ekumeniżmu f ’Malta, u kif u f ’liema livelli jsir id-djalogu ekumeniku f ’pajjiżna. Ikseb kopja billi tikteb [email protected] jew iċempel 2590 6506 (Kurja tal-Arċisqof). Prezz: €10.

Tonino Bello (1935-1993), l-Isqof ta’ Molfetta (Italja) kien magħruf bħala ħabbar tal-Evanġelju u kif din l-Aħbar it-Tajba tissarraf fil-qadi tal-proxxmu. Kien profeta kontemporanju li b’vuċi ċara u radikali xandar il-paċi, l-awtentiċità Nisranija u l-karità tal-proxxmu, speċjalment dak l-aktar emarġinat. Bello kien xbieha ħajja tat-twettiq tal-opri tal-ħniena.

Have You Heard The News?

360 St Joseph High Road, Santa VeneraTel. 27040839 Mob. 77771659

Book your FREE hearing assessment, call today:

27040839 / 77771659(Mob)

New Hearing Clinic Now Open In Santa Venera!

New Hearing Clin

ic

Now Open!

Clear-Tone Hearing are proud to announce the official opening of

their new Hearing Centre in Santa Venera. On Monday 15th February 2016, Michael Wall, owner of Clear-Tone Hearing, opened the doors to the state of the art clinic and is now ready and waiting to provide a premium hearing service to the people of Malta. Michael and his team are on hand to provide information on the latest hearing technology and offer impartial advice when it comes to recommending the best hearing solution for you.

As a long established independent, local business, Clear-Tone Hearing are dedicated to providing a comprehensive hearing healthcare service that improves their clients quality of life.

Michael has been running Clear-Tone

Hearing for over 5 years. “We are very pleased to be able to offer our services in Santa Venera. We have been providing hearing care to people in the surrounding areas for many years and we have extensive experience fitting hearing aids to suit people’s different needs.”

Situated at 360 St Joseph High Road, Santa Venera (beside the Labour Party Club and conveniently located near to Santa Venera bus stop), the new Hearing Centre is fully equipped with the latest cutting edge equipment, ensuring that the most accurate hearing examinations are provided.

“We use the most up-to-date digital hearing aid technology and our team of audiologists are highly qualified and have been nationally accredited for their

services. We really understand the value of listening to our customers and we guarantee you will receive the expert attention you deserve.”

Book Your FREE Hearing Consultation!Clear Tone Hearing are the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

Michael will be available from Monday 16th May - Saturday 28th May to provide FREE hearing consultations and advise you on the latest hearing technology.

To schedule your FREE hearing consultation and evaluation call us today on 27040839 or 77771659 (mob) - by appointment only.

Mejju 2016 | 13

Page 14: Flimkien Mejju 2016

Int minn dawk li tħobb tara kollox f ’postu, kollox pulit, u kollox fejn suppost ikun? Jekk iva, allura tixtieq li min jarak ikun

jista’ jgħid kemm int organizzat u kemm int eżatt fl-affarijiet li tagħmel.

Imma din l-organizzazzjoni xi kultant xejn ma tagħmlilna ġid jekk napplikawha kif inhi għall-fidi tagħna. Dan għaliex ċerti affarijiet li huma ta’ ġid għalina jew għan-nies ta’ madwarna nistgħu nispiċċaw ma nagħmluhomx għaliex naħsbu li posthom ma jkunx hemm.

Biex nieħdu eżempju konkret. Inti taħseb li l-quddiesa u t-tqarbina jispiċċaw malli s-saċerdot jgħid: “Morru fil-paċi ta’ Kristu”? Fil-verità, l-effetti tal-quddiesa u t-tqarbina jibdew jaħdmu propju f ’dan il-mument, u mhux jispiċċaw.

L-Ewkaristija (il-quddiesa u t-tqarbina) huma stedina biex immorru ngħixu u nipprattikaw fil-familji tagħna dak li nkunu għexna u tgħallimna fil-quddiesa. Dan jimla lilna l-ġenituri li qed nakkumpanjaw lil uliedna fil-mixja tal-fidi tagħhom b’ħafna responsabbiltà. L-effetti tal-Ewkaristija rridu ngħixuhom fil-familji tagħna. Din mhix xi ħaġa ta’ barra minn hawn!

Bħalma l-istess kelma ‘Ewkaristija’ tfisser ringrazzjament, hekk ukoll fil-familji tagħna

FR C A R L- M A R I O S U LTA N A

Tħalli dejjem kollox f’postu?

rridu nrawmu lil uliedna b’sentimenti ta’ ringrazzjament, jiġifieri li jkunu kapaċi jgħidu ‘Grazzi’ – kelma tant sempliċi imma fl-istess waqt daqstant ieħor diffiċli biex toħroġ minn fomm uliedna! Forsi għax tant għandhom kollox u draw ma jonqoshom xejn li ma japprezzawx dak li jaqilgħu mingħand ħaddieħor.

L-Ewkarisitja bħala l-Ikla tal-Mulej tgħaqqadna bħala familja waħda madwar il-mejda waħda tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù. Aħna wkoll fil-familji tagħna ninġabru madwar il-mejda biex naqsmu l-ikel u l-ideat tagħna. Kemm tkun ħaġa tajba kieku nużaw il-mejda tal-ikel biex inkabbru sentimenti ta’ għaqda bejnietna! Kif?

Billi fuq il-mejda ma naqilgħux argumenti sħan li aktar jifirduna milli jgħaqqduna. B’dan il-mod inkunu qed inkunu strumenti ta’ għaqda, u lil uliedna nkunu qed nuruhom kif għandhom iġibu ruħhom biex tassew ikunu strumenti tal-għaqda kull fejn ikunu.

Kieku nħallu kollox f ’postu jew fejn imdorrijin insibuh, u kieku l-Ewkaristija nħalluha biss mill-bieb tal-knisja ’l ġewwa, allura dawn is-sentimenti ma nkunux nistgħu ngħadduhom lil uliedna kif għaddewhomlna ommna u missirijietna!

Tmiem tas-serje. Mill-qalb nirringrazzjaw lil Fr Carl-Mario Sultana għal din is-serje ta’ artikli dwar kif il-ġenituri jakkumpanjaw lil uliedhom fil-fidi.

14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Mejju 2016

E x p e r i e n c e - Q u a l i t y - A f f o r d a b i l i t y

www.solarsolutions.com.mt

Call us on21 424 750

Call us on21 424 750

2/3 Tal-Balal Road, Xwieki, L/O Għargħur, Malta

Grants to be announced

soon

0095 Flimkien-Ad-Feb2016.indd 1 1/18/2016 8:22:57 PM

Page 16: Flimkien Mejju 2016

Pellegrinaġġ għal Ruma fis-Sena tal-Ħniena mal-ACN (Malta)Mit-13 sas-17 ta’ Ġunju 2016 Inżuru Ruma u postijiet storiċi f’Ruma – Assisi fi triqitna nieqfu Terni – il-Belt ta’ Cascia – Porta di Roma (shopping) – il-Bażilka ta’ San Franġisk – Santa Chiara – San Ruffinu – Santa Maria degli Angeli

Għal aktar informazzjoni jew biex tirċievi kopja tal-programm ċemplilna fuq 21487818 jew ibgħatilna email fuq [email protected]

Aid to the Church in Need (Malta)39b, Triq l-Imdina, H’Attard ATD 9038 Tel: 21487818 Email: [email protected]

-

www.acnmalta.org

Aid to the Church in Need Malta

@acn_malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

F O N D A Z Z J O N I PON T I F I Ċ J A

Kotba ideali bhala rigali ghall-Ewwel Tqarbina u l-Grizma tal-Isqof.

-.-

Pubblikazzjonijiet tal-Fondazzjoni Pontifiċja Aid to the Church in Need

€9.90€6.25

(jinkludi l-ktieb tal-Katekiżmu tal-Knisja

Kattolika)

God speaks To His Children: siltiet mill-Bibbja bl-Ingliż u bi stampi

kkuluriti. Addattat għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.

YOUCAT Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

ppreżentat b’disinn u lingwa addattata għaż-żgħażagħ.

ACN Flimkien (RomeP/YouCat) B5.indd 1 19/04/2016 11:47 AM

Page 17: Flimkien Mejju 2016

Pellegrinaġġ għal Ruma fis-Sena tal-Ħniena mal-ACN (Malta)Mit-13 sas-17 ta’ Ġunju 2016 Inżuru Ruma u postijiet storiċi f’Ruma – Assisi fi triqitna nieqfu Terni – il-Belt ta’ Cascia – Porta di Roma (shopping) – il-Bażilka ta’ San Franġisk – Santa Chiara – San Ruffinu – Santa Maria degli Angeli

Għal aktar informazzjoni jew biex tirċievi kopja tal-programm ċemplilna fuq 21487818 jew ibgħatilna email fuq [email protected]

Aid to the Church in Need (Malta)39b, Triq l-Imdina, H’Attard ATD 9038 Tel: 21487818 Email: [email protected]

-

www.acnmalta.org

Aid to the Church in Need Malta

@acn_malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

F O N D A Z Z J O N I PON T I F I Ċ J A

Kotba ideali bhala rigali ghall-Ewwel Tqarbina u l-Grizma tal-Isqof.

-.-

Pubblikazzjonijiet tal-Fondazzjoni Pontifiċja Aid to the Church in Need

€9.90€6.25

(jinkludi l-ktieb tal-Katekiżmu tal-Knisja

Kattolika)

God speaks To His Children: siltiet mill-Bibbja bl-Ingliż u bi stampi

kkuluriti. Addattat għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.

YOUCAT Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

ppreżentat b’disinn u lingwa addattata għaż-żgħażagħ.

ACN Flimkien (RomeP/YouCat) B5.indd 1 19/04/2016 11:47 AM

0616

Xalata!Don’t let your celebrations go unnoticed!Print your logo on anything from hats to coolers!

Tel: 2144 0815 Email: [email protected] www.uvprint.com.mt

UV Print Malta

KC6733Fans

MO6913HandheldFan

KC1312Frisbee

IT3491Plastic fan

IT3852Beach game

IT1627Beachball

IT1628Inflatable pillow

K18020BBeach hat

K18039Baseball cap

Q24005Cooler bag

Q24000Cooler bags

Page 18: Flimkien Mejju 2016

O Salib ta’ Kristu, simbolu tal-imħabba divina u fl-istess ħin simbolu tal-inġustizzja umana; ikona tal-ogħla

sagrifiċċju għall-imħabba, imma wkoll ta’ egoiżmu sfrenat li jwassal sal-bluha; strument ta’ mewt, imma wkoll tat-triq tal-qawmien; sinjal tal-ubbidjenza, imma wkoll emblema ta’ tradiment; patibolu ta’ persekuzzjoni u fl-istess ħin stendard tar-rebħa.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll għadna narawk imtella’ f’ħutna nisa u rġiel maqtula, maħruqa ħajjin, griżmejhom imħanxra u b’rashom maqtugħa minn xwabel barbari, fost skiet ġwejjef.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll għadna narawk imtella’ fl-uċuħ tat-tfal, tan-nisa u tal-persuni, mifnijin u mbeżżgħin, li jaħarbu mill-gwerer u l-vjolenza u li spiss ma’ wiċċhom isibu biss il-mewt u ħafna Pilati b’idejhom maħsula.

O Salib ta’ Kristu, sal-lum għadna narawk f ’dawk mimlijin bit-tagħrif imma mhux bl-ispirtu, studjużi tal-mewt imma mhux tal-ħajja, li minflok jgħallmu l-ħniena u l-ħajja, jheddu bil-kastig u l-mewt, u jikkundannaw lil min hu ġust.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll narawk

f ’ministri żleali li, minflok ma jneżżgħu lilhom infushom mill-ambizzjonijiet fiergħa tagħhom, ineżżgħu saħansitra lil min hu innoċenti mid-dinjità tagħhom.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll narawk fil-qlub iebsa ta’ dawk li jsibuha faċli jiġġudikaw lill-oħrajn, bi qlub lesti li jikkundannaw saħansitra għat-tħaġġir, bla ma qatt jammettu d-dnubiet u l-ħtijiet tagħhom stess.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll narawk f ’forom ta’ fundamentaliżmu u terroriżmu ta’ segwaċi ta’ xi reliġjonijiet li jipprofanaw l-isem ta’ Alla u jinqdew bl-isem qaddis biex jiġġustifikaw il-vjolenza bla preċedent tagħhom.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll narawk f ’dawk li jridu jwarrbuk mill-postijiet pubbliċi u jeskluduk mill-ħajja pubblika, f ’isem lajċiżmu pagan jew f ’isem dik l-ugwaljanza li inti stess għallimtna.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll narawk fis-setgħana u t-traffikanti tal-armi li jkebbsu l-ħuġġieġa tal-gwerra bid-demm innoċenti ta’ ħuthom nisa u rġiel u jagħtu x’jieklu lil uliedhom ħobż imxappap bid-demm.

O Salib ta’ Kristu, anki llum narawk fit-tradituri li għal tletin biċċa tal-fidda lesti li

Din hija t-talba li għamel Papa Franġisku fi tmiem il-Via Crucis li saret fil-Kolossew ta’ Ruma nhar il-Ġimgħa l-Kbira, 25 ta’ Marzu.

Forsi tidher stramba li qed inġibuha f’Mejju, imma meta l-Papa għamel din it-talba,

Flimkien ta’ April kien diġà stampat. Barra dan, żgur li taqblu magħna li din it-talba

tapplika għas-sena kollha. Ma stajniex inħalluha għaddejja bla ma nwassluhielkom.

O Salib ta’ Kristu

18 | Flimkien

Page 19: Flimkien Mejju 2016

jibagħtu lil kull min ikun għall-mewt.O Salib ta’ Kristu, illum ukoll narawk

fil-ħallelin u l-uffiċjali korrotti li, minflok iħarsu l-ġid komuni u l-morali, ibigħu ruħhom fis-suq ta’ min jistmerru tal-immoralità.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll narawk fil-boloh li jibnu mħażen għal teżori li jispiċċaw, waqt li jħallu lil Lazzru jmut bil-ġuħ fuq l-għatba ta’ darhom.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll narawk f’dawk li jfarrku “id-dar komuni” tagħna, li bl-egoiżmu tagħhom jeqirdu l-futur tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll narawk fl-anzjani abbandunati mill-familji tagħhom, fil-persuni b’diżabbiltà u fit-tfal bil-ġuħ u mormija mis-soċjetà egoista u ipokrita tagħna.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll narawk fil-Baħar Mediterran u fl-Eġew li saru ċimiterji bla qiegħ, li jirriflettu l-kuxjenza indifferenti u lluppjata tagħna.

O Salib ta’ Kristu, xbieha tal-imħabba bla tarf u triq tal-Qawmien, illum ukoll nilmħuk f ’persuni nobbli u ġusti li jagħmlu l-ġid bla ma jfittxu tifħir jew ammirazzjoni minn ħaddieħor.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll nilmħuk fil-ministri fidili u umli, li jdawlu d-dlam ta’ ħajjitna bħal xemgħat li mingħajr interessi jiġu kkunsmati waqt li jdawlu l-ħajjiet tal-iċken fostna.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll nilmħuk fl-uċuħ ta’ nisa u rġiel ikkonsagrati – Samaritani tajba – li ħallew kollox warajhom biex idewwu, fi skiet evanġeliku, il-ġrieħi tal-faqar u tal-inġustizzja.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll nilmħuk f’dawk li juru l-ħniena, li fil-ħniena sabu l-ogħla espressjoni tal-ġustizzja u tal-fidi.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll nilmħuk f’nisa u rġiel sempliċi li kuljum jgħixu l-fidi tagħhom bil-ferħ, u josservaw il-

kmandamenti tiegħek f ’attitudni ta’ wlied.O Salib ta’ Kristu, illum ukoll nilmħuk

fin-niedma, li mill-qiegħ nett tal-miżerja ta’ dnubiethom, kapaċi jgħajtu: Mulej, ftakar fija meta tkun fis-Saltna tiegħek!

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll nilmħuk fil-beati u l-qaddisin li jafu jgħaddu mil-lejl mudlam tal-fidi bla ma qatt jitilfu l-fiduċja fik u bla ma jippretendu li fehmu s-skiet misterjuż tiegħek.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll nilmħuk f ’familji li s-sejħa taż-żwieġ tagħhom jgħixuha billi jkunu fidili u jagħtu l-frott.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll nilmħuk fil-voluntiera li b’ġenerożità jassistu lil min hu fil-bżonn u lil min hu ttrattat ħażin.

O Salib ta’ Kristu, anki llum nilmħuk f ’dawk li huma ppersegwitati minħabba l-fidi tagħhom, li fost it-tbatija tagħhom jibqgħu jagħtu xhieda awtentika ta’ Ġesù u tal-Vanġelu.

O Salib ta’ Kristu, illum ukoll nilmħuk f’dawk li joħolmu, dawk b’qalb safja bħal tat-tfal, li jħabirku biex jagħmlu d-dinja post aħjar, iżjed uman u ġust.

Fik, Salib Imqaddes, nilmħu lil Alla li jħobb sal-aħħar, u nilmħu wkoll il-mibegħda ta’ dawk li jridu jaħkmu, dik il-mibegħda li tagħmi l-imħuħ u l-qlub ta’ dawk li jippreferu d-dlam mid-dawl.

O Salib ta’ Kristu, Arka ta’ Noè li salvat lill-umanità mid-dilluvju tad-dnub, salvana mill-ħażen u mill-Ħażin! O Tron ta’ David u siġill tal-Patt divin u etern, qajjimna mill-ġibdiet fiergħa! O karba ta’ mħabba, qanqal fina x-xewqa għal Alla, għat-tajjeb u għad-dawl.

O Salib ta’ Kristu, għallimna li ż-żerniq tax-xemx hu aqwa mid-dlam tal-lejl. O Salib ta’ Kristu, għallimna li dik li bħalissa tidher bħala r-rebħa tal-ħażen tiġi fix-xejn quddiem il-qabar vojt u quddiem iċ-ċertezza tal-Qawmien u quddiem l-imħabba ta’ Alla li xejn ma jista’ jegħleb jew idallam jew idgħajjef. Ammen!

Mejju 2016 | 19

Page 20: Flimkien Mejju 2016

Nargis hija mara ta’ 41 sena mill-Pakistan. Fi tfulitha għexet id-dar mal-ġenituri u t-tliet ħutha bniet.

Hi kienet it-tieni waħda. Bħal ħutha, ftit damet l-iskola għax il-ġenituri tagħha ma kellhomx biex iħallsulha l-iskola sekondarja. Meta tgħarrset bdiet taħdem biex tkun tista’ tħallas id-dota. Fil-Pakistan, biex tiżżewweġ, mara jrid ikollha biżżejjed biex tkun tista’ tħallas id-dota.

Ta’ 16-il sena żżewġet lill-kuġin tagħha Nabeel. Tliet snin wara tweldilhom tifel, Samir. Samir twieled qabel iż-żmien u kellu xi komplikazzjonijiet f ’saħħtu. Minħabba f ’hekk Nabeel sewwed qalbu u, bla ma ħasibha darbtejn, qabad u telaq mid-dar u ma ġiex lura aktar. Iżżewweġ mara oħra u beda familja ġdida għalih. U l-familja tiegħu żammet miegħu!

Għalhekk Nargis reġgħet lura lejn il-familja tagħha. Fil-familja hi biss taħdem u ma tlaħħaqx mal-ħajja. Bħalma ġara fi tfulitha, issa jmiss lilha li ma tistax tħallas għall-edukazzjoni ta’ binha.

Għal Mejju, Papa Franġisku jixtieqna nitolbu biex kull pajjiż jagħti ġieħ lill-mara u jgħożż il-kontribut essenzjali tagħha fis-soċjetà.

Naħseb: Min jaf kemm taqsam qalbha dik l-omm li, taħdem kemm taħdem, xorta waħda ma tistax tħallas l-edukazzjoni tat-tfal tagħha! Għaliex nagħtu tant kas tal-ġid materjali? X’inhu l-aqwa: id-dota jew il-mara?Xi ngħidu għal dawk is-sitwazzjonijiet ta’ xogħol fejn il-mara ma jkollhiex opportunitajiet daqs ir-raġel?

Nitlob: Mulej agħmel li kullimkien fid-dinja kulħadd japprezza l-valur tal-ugwaljanza bejn ir-raġel u l-mara u li dawn ikollhom opportunitajiet indaqs fis-soċjetà.

X’nista’ nagħmel: Ta’ kuljum niftakar f ’xi mara li naf u nirrifletti fuq il-kontribut tagħha fis-soċjetà. Hija apprezzata? Inqis anki l-affarijiet l-aktar “ordinarji” bħal meta n-nanna tieħu ħsieb in-neputijiet waqt li l-ġenituri jkunu x-xogħol.

Minn xiex tinsab għaddejjaNargis?

20 | Flimkien

Page 21: Flimkien Mejju 2016
Page 22: Flimkien Mejju 2016

Offering Support andEmployment to the

VULNERABLE

197, Office B, Triq il-Marina, Pieta Malta.T: (+356) 2703 6602 | 2706 7426 | 2740 9907 | E: [email protected]

SUPPORTEDEMPLOYMENTPROGRAMME

The official Supported Employment Cooperative affiliated to the Malta Association for Supported Employment. VO-1159

Positive Supported Employment Cooperative Ltd

HOTLINE7706 7426

Page 23: Flimkien Mejju 2016

ITTRA REbbIEħA

Mobiles waqt il-quddiesaDan l-aħħar, għall-inqas waqt il-quddies li mmur jien, qed ninnota li waqt l-omelija qed jintefgħu ħafna żgħażagħ u koppji bi tfal żgħar fuq in-naħa ta’ wara tal-knisja u joqogħdu jużaw il-mobile u t-tfal bit-tablets. Minbarra li jtellfu lil ħaddieħor ma tantx jistgħu jieħdu sehem ħaj fil-quddiesa.

Claire Sultana, ix-Xgħajra

I T TR I M I L L- qA R R E jjA

Bibien sbieħ u famużi għas-Sena tal-ĦnienaNissuġġerixxi li din is-Sena tal-Ħniena ġġibu xi bieb sabiħ ta’ xi knisja f ’kull ħarġa tal-magażin Flimkien. Jien nissuġġerixxi dawn it-tlieta (u naħseb li ssibu oħrajn żgur): Sagrada Familia, f ’Barċellona (bil-kaxxa ‘maġika’ fejn in-numri għandhom dejjem it-total ta’ 33); il-Battisteru ta’ Firenze (Michelangelo sejħilhom Bibien il-Ġenna); u dak ta’ Greccio, fl-Italja.

doris Muscat

Stennija akbarXi saċerdoti għandhom id-drawwa sabiħa li fil-bidu tal-quddiesa jagħtuna ħjiel tal-Kelma t’Alla li tkun se tinqara dakinhar. Dan isir anki fil-quddiesa fuq Radju Marija fis-7:30am. Dan jgħin għax joħloq fina stennija akbar għall-qari u nifhmuh aħjar. Forsi jgħin jekk aħna stess inkunu qrajnieh qabel il-quddiesa, u hekk il-Kelma t’Alla tħalli aktar frott fina.

Anzjana, il-Mosta

ITTRI MILL-qARREjjA: L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Talb bil-kulur (għal tfal bejn 9 u 14-il sena)Seeing God through painted art

Immexxi minn Lida Sherafatmand (għalliema u artista). Lida tippreżenta sett ta’ tpinġijiet u flimkien mat-tfal tipprova tagħtihom tifsira u jsir talb dwarhom.

Mill-Ġimgħa 6 sal-Ħadd 8 ta’ Mejju

Mount St Joseph, Mosta

Ibbukkja: Tel: 2276 0201; Email: [email protected]

Għażliet tajbin (għal kulħadd)Irtir residenzjali. Inputs qosra, riflessjoni personali u applikazzjoni tal-prinċipji tad-dixxerniment f’sitwazzjonijiet reali tal-ħajja.

Imexxi: Fr Chris Vella SJ

Mill-Ġimgħa 13 sal-Ħadd 15 ta’ Mejju

Manresa House, Għawdex

Ibbukkja: Tel: 2155 6635; Email: [email protected]

Rebbieħa tal-biljetti għall-film ‘Chiamatemi Francesco’ (Marzu):

C. Falzon, Paola; J. Zammit, Qormi; S. Borg, Żebbuġ

Servizz Ekumeniku fi żmien PentekosteIl-Ħamis 19 ta’ Mejju fis-6:30pm

Fil-knisja ta’ Santu Rokku, Triq Sant’Ursola, Valletta (il-parroċċa tal-Komunità Ortodossa Rumena f’Malta)

Kulħadd huwa mistieden.

Mejju 2016 | 23

Page 24: Flimkien Mejju 2016

• 4-section electric bed• German Brand• Ultra-low entry height of just 32 cm• 24v drive system• 185kg user weight

Page 25: Flimkien Mejju 2016

Kulħadd jaf li l-għasel għandu togħma tajba u ħelwa ħafna. Bil-Malti ngħidu: B’qatra għasel taqbad iżjed dubbien

milli b’mitt barmil ħall!L-għasel huwa sors ta’ karboidrati li

jipprovdu saħħa u enerġija lil ġisimna u jipprovdi saħħa għall-muskoli biex iżid l-istamina waqt l-eżerċizzju. Iz-zokkor naturali li fih l-għasel malajr jiġi assorbit fil-ġisem u għalhekk jagħti ħafna enerġija malajr, fil-waqt li l-fructose jiġi assorbit aktar bil-mod u b’hekk iżid il-ħin li sservi l-enerġija. Instab ukoll li l-għasel iżomm iz-zokkor fid-demm kważi dejjem l-istess meta mqabbel ma’ tipi oħra ta’ zokkor.

L-għasel għandu l-benefiċċju li huwa antiossidant, jiġifieri jnaddaf iċ-ċirkulazzjoni u jgħin biex jiġġieled ċertu mard, speċjalment tal-imsaren. Dan l-iktar huwa tajjeb meta tħallat l-għasel ma’ ftit lumi fil-misħun. Studji juru wkoll li jgħin kontra l-kanċer u jnaqqas il-progress ta’ kemm jikber it-tumur. Għal eluf ta’ snin ġie rikonoxxut li l-għasel huwa rimedju naturali biex inaqqas l-infezzjonijiet tal-mikrobi, il-fungi u l-uġigħ tal-artrite, u dan jagħmlu billi jnaqqas l-infjammazzjoni u l-uġigħ.

Jista’ jintuża wkoll biex ifejjaq feriti esterni u jniżżel l-infjammazzjoni. L-għasel jgħaġġel ir-rata li biha l-ġisem jaħdem l-alkoħol fil-ġisem, għalhekk jgħin biex bniedem li jkun xorob wisq alkoħol jgħaddulu l-effetti ħżiena iktar malajr. Huwa magħruf li jgħin ukoll biex iserraħ il-griżmejn u joqtol il-mikrobi. U jekk ma tkunx tista’ torqod bil-ħsibijiet ... ħu naqra għasel għax kapaċi jikkalmak.

I F h E M dA K L I T I E KO L

G EO F F R E y A x I A K , N U TR Iz z j O N I S TA

Blalen tal-karawett u l-għasel

Ingredjenti: (a) 16-il cracker (b) kikkra butir tal-karawett bil-biċċiet (ċ) żewġ terzi ta’ kikkra għasel (d) nofs kikkra trab tal-ħalib mingħajr xaħam (e) kikkra coconut.

Metodu: L-ewwel idħan il-crackers bejn biċċtejn karta forn b’lembuba jew food processor. Imbagħad ħallat sew il-crackers mal-għasel, il-butir tal-karawett u l-ħalib, f ’bowl kbira. Fl-aħħar agħmel blalen żgħar bit-taħlita u qegħidhom fuq karta forn. Irrombla l-blalen fil-frak tal-coconut.

Il-benefiċċji tal-għasel

• 4-section electric bed• German Brand• Ultra-low entry height of just 32 cm• 24v drive system• 185kg user weight

Mejju 2016 | 25

Page 26: Flimkien Mejju 2016

F O OT H E A LT H C E N T R E

Available from Scholl Foothealth Centres at:

The Point-Tigne, The Plaza Shopping Centre-Sliema, Mosta,

Fgura and Valletta. Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty

Centre Victoria-Gozo, and from all leading pharmacies (Scholl).

Tel: 20601148

www.schollfoothealthcentre.com

While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change

and not all sizes and colours may be available.

Mindyoff white / flower suede

sizes: 35-42

Sbrilliblack

sizes: 35-42

Domillared

sizes: 36-42

Kennawhite

sizes: 36-42

Glossysilver

sizes: 35-42

Gandiabronze

sizes: 35-42

Page 27: Flimkien Mejju 2016

Mimdudin2. Fih jitqiegħed l-ilma mbierek (5) 5. Tefa’ l-ġebla u ħeba ... (3)6. Użaw għajnejhom u ħarsu (3)7. Il-25 ta’ Diċembru (5)9. Din wellditni (4)10. Għemil (4)11. Għan; skop (3)13. Vulkan fi Sqallija (4)14. Ajk (3)15. Hu ressaq ’l hawn (3)17. Hi u jien għandna l-istess ġenituri (4)18. Logħba fuq bord li fiha l-parteċipanti jtellqu

bejniethom (4)19. Żiemel bi strixxi bojod u suwed (5)20. Frott iswed u li jtabba’ (3)21. Personaġġ Bibliku magħruf għall-paċenzja

li kellu (3)22. Il-poplu Lhudi kielha fid-deżert meta

waqgħet mis-sema (5)

weqfin1. Annimal kbir b’qarn fuq imnieħru (11).3. Ħlas fuq tal-linja (3) 4. Biċċa għamara kbira fejn tpoġġi l-ħwejjeġ (11) 7. Dan jgħix Milan (7) 8. Villa, appartament jew terran (3)12. --- Losco, kantanta Maltija (3)15. Tal-ħakk jew tat-tursina (5)16. Mingħajr (3)

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-ħamrunIbgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Sib il-Kliem

Tisliba

Qiegħed dawn l-għaxar kelmiet kull waħda fir-ringiela tagħha. Meta ssibilhom posthom, il-kaxxi l-griżi jkunu juru żewġ ismijiet ta’ xhur tas-sena. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat biss iż-żewġ kelmiet (m’hemmx għalfejn il-grillja kollha) sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sib il-Kliem, Kurja, Floriana.

Tweġiba għax-xahar l-ieħor: APRIL u LULjU.

Rebbieħ/a: T. Magro, San Ġwann

Not

a: G

ħ u

IE ji

eħdu

kax

xa w

aħda

Mimdudin: 2. TIĠIEĠ, 5. ASS, 6. IDI, 7. DAWRA, 9. ELMU, 10. ROSS, 11. RUT, 13. NEWL, 14. KJU, 15. TAF, 17. SAWT, 18. URNA, 19. TAFAL, 20. ELF, 21. ĠEJ, 22. GRADA.weqfin: 1. PATER NOSTER, 3. ĠEW, 4. MISSJUNARJI, 7. DUBLETT, 8. ART, 12. UŻA, 15. TIFLA, 16. FUL.

LOG ħ O b • CL AU d I A CI N I

Rebbieħ/a: M. Tonna, bormla

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

1 2 3 4

5 6

7 8

9 10

11 12

13 14

15 16

17 18

19

20 21

22

D

R

F

B

BANJU, FANAL, ĠIDRA, KARTA, MALJA, MEJDA, MEJJU, SUFAN, TARJA, TAZZA.

Flimkien fuq il-kompjuter tiegħekFlimkien tista’ taqrah ukoll online fuq il-websajt tal-Arċidjoċesi: www.maltadiocese.org

F O OT H E A LT H C E N T R E

Available from Scholl Foothealth Centres at:

The Point-Tigne, The Plaza Shopping Centre-Sliema, Mosta,

Fgura and Valletta. Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty

Centre Victoria-Gozo, and from all leading pharmacies (Scholl).

Tel: 20601148

www.schollfoothealthcentre.com

While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change

and not all sizes and colours may be available.

Mindyoff white / flower suede

sizes: 35-42

Sbrilliblack

sizes: 35-42

Domillared

sizes: 36-42

Kennawhite

sizes: 36-42

Glossysilver

sizes: 35-42

Gandiabronze

sizes: 35-42

Mejju 2016 | 27

Page 28: Flimkien Mejju 2016
Page 29: Flimkien Mejju 2016

Għalina t-tfal

Kif inkun paċenzjuż

Kompetizzjoni bi premjuWara li timla l-kaxex kollha, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor.

Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia, f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba għax-xahar l-ieħor: QANFUD. Rebbieħ/a: D. Zammit, Birżebbuġa

1. Nies minn Malta.2. L-istaġun ta’ wara s-sajf.3. Omm il-prinċipessa.4. Kwiekeb.5. L-ewwel xahar tas-sena.6. Ħares lejh biex tara l-ħin.

1.

2.

3.

4.

5.

6.

Inkun paċenzjuż meta nżomm kalm – anki meta jkolli nistenna lil xi ħadd li jasal tard.

Jgħinni ħafna jekk nieħu l-affarijiet ftit biċ-ċajt u mhux kollox b’serjetà kbira.Inkun qed nuri paċenzja meta xi ħadd jieħu żball u jien inkun ġentili miegħu.Li nkun paċenzjuż ifisser li nammetti li jien ukoll niżbalja u li m’iniex perfett.

Tkellem mal-ġenituri dwar kif tista’ tkun paċenzjuż jekk:• min kellu jiġi għalik u jiġbrok minn xi

mkien iħallik tistenna ħafna;• tixtieq tkabbar xi fjuri fil-ġnien u

għandek seba’ mitt sena li tarahom jikbru;

• sellift xi ħaġa lil xi ħadd u għadu ma tahilekx lura;

• tkun tixtieq toħroġ u tilgħab imma tkun ma tiflaħx.

PAĠ N A MT E L L A’ M I N N CL AU d I A CI N I

GĦAQQAD u pinĠiGħaqqad it-tikek mill-A saz-Z, pinġi l-istampa b’kuluri sbieħ u agħtiha lill-mamà tiegħek għal Jum l-Omm (8 ta’ Mejju).

Mother,s DayHappy

Mejju 2016 | 29

Page 30: Flimkien Mejju 2016

I can look at my daughter running into my room in the middle of the night as an intrusion to my sleep … or as a cry for help,

realizing that this is but a brief moment in her and my life when she will need to cuddle with me because of a nightmare.

I can look at my daughter’s digging up the seeds we just planted as an act of malicious mischief … or as the act of a future Edison, trying to figure out what (or Who) makes those seeds become plants.

I can look at my daughter’s refusal to wear a dress as an act of rebellion … or as an expression of just wanting to be herself.

I can look at my daughter as being an incredible challenge … or an incredible teacher.

I feel blessed!I can look at the war cries of my children

as a punishable offence … or the first stages of learning how to get along and negotiate with other people.

There are times when I feel tested as a Mother, but more than anything else, I feel blessed, rich beyond anything all the money in the world could buy and truly honoured that this little angel chose me, at once, to be her student and teacher.

I can look at having a daughter as being a trial … or as being a gift from God.

When I look at my children, I see God. There are two sides to my coin, but any

way you flip it, I come up the winner.

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Mejju 2016

FEELING FREE AT HOME

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206, Fax: 21 252 207 Email: [email protected]

Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F

Marsa Industrial Park, Marsa, Malta

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Page 32: Flimkien Mejju 2016

MARATONA MISSJONI TA’ 42 SIEGĦA

3 -4 -5 ĠUNJU 2016