flimkien Ġunju 2016

32
Ġiunju 2016 | Numru 139 Newspaper Post Tlett ijiem ġo farmhouse? 9 Għaż-żgħażagħ: Id-deċiżjoni li kellha tieħu Carla B’idejn il-Papa madwarek 10 Amoris Laetitia: Ittra ta’ mħabba minn Papa Franġisku Ma nixtiqux jispiċċa! 12 Kors fit-Teoloġija fl-Università Mhux għalissa... imbagħad naraw! 14 Kif tinduna li l-Mulej qed isejjaħlek għal saċerdot? Jirritornaw żewġ rubriki: Kont taf? 19 Viżta għand it-tabib 22 It-Tewm 25 Kif tinduna li spiċċa l-lejl? 30

Upload: knisja-malta

Post on 30-Jul-2016

244 views

Category:

Documents


7 download

DESCRIPTION

 

TRANSCRIPT

Page 1: Flimkien Ġunju 2016

Ġ i u n j u 2 0 1 6 | N u m r u 1 3 9

New

spap

er P

ost

Tlett ijiem ġo farmhouse? 9Għaż-żgħażagħ: Id-deċiżjoni li kellha tieħu Carla

B’idejn il-Papa madwarek 10Amoris Laetitia: Ittra ta’ mħabba minn Papa Franġisku

Ma nixtiqux jispiċċa! 12Kors fit-Teoloġija fl-Università

Mhux għalissa... imbagħad naraw! 14Kif tinduna li l-Mulej qed isejjaħlek għal saċerdot?

Jirritornaw żewġ rubriki:

Kont taf? 19

Viżta għand it-tabib 22

It-Tewm 25

Kif tinduna li spiċċa l-lejl? 30

Page 2: Flimkien Ġunju 2016

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Vjaææi gœal Lourdes

¢479minn

minn Lulju sa’ Settembru

3, 4, 5 T’IJIEM

Fatima

¢599minn

10-18 Lulju, 7-15 Awwissu

Inÿuru: Fatima, Coimbra, Lisbon, Tomar, Mira d’Aire u oœrajn

San Giovanni Rotondo, Assisi u Ruma

¢799minn

15-22 Awwissu

ESKURSJONIJIET KOLLHA NKLUŸI

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti,

Lourdes, Costa Bravau Barçellona

¢549minn

8-16 Settembru

Inÿuru: Lourdes, Gavarnie, St Jean de Luz u oœrajn

San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo,

Vatikan - Padre Pio - Medjugorje

¢699minn

13-24 Lulju

Inÿuru: Ruma, Vatikan, Assisi, Pietrelcina, San Giovanni Rotondo, Foggia u oœrajn

Page 3: Flimkien Ġunju 2016

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali.

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Ġunju 2016 • Numru 139E d I To r ja l • d u n a n To n P orT E l l I

Flimkien fuq radju MarijaProgramm ġdid dwar il-kontenut tal-magażin Flimkien. Kull l-ewwel Erbgħa u l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10:00am.

discovering a healthy lifestyleIrtir residenzjali li jinkludi inputs minn min imexxi l-irtir, xogħol manwali fil-ġnien, sharing fil-grupp u riflessjoni personali.

Imexxu Fr Godwin Preca SJ u Jean Paul Cauchi

Mill-Ħamis 30 ta’ Ġunju sal-Ħadd 3 ta’ Lulju

Mount St Joseph, Mosta: 22760201; email: [email protected]

Fil-faċċata ta’ dan ix-xahar jidher pagun sabiħ, wieħed minn grupp ta’ paguni li hemm fil-Ġonna ta’ San Anton. Ras u

ġisem il-pagun jagħtuna ħjiel tajjeb tal-kuluri sbieħ li l-Mulej żejjen bihom lil dan l-għasfur.

Ftakart f ’wieħed mix-Xa tal-Persja li kien joqgħod fuq tron imsejjaħ “tal-pagun” minħabba l-kuluri straordinarji tal-ħaġar prezzjuż imwaħħla miegħu.

Anki fil-Bibbja jissemma’ l-pagun meta, biex juri kemm Salamun kien sultan qawwi u għani, l-Ewwel Ktieb tas-Slaten jgħid li numru ta’ iġfna darba kull tliet snin kienu jmorru jġibu deheb, fidda, avorju, xadini u paguni (1Slat 10:22).

Ftakart ukoll fil-kuluri sbieħ isebbħu ħafna katidrali u knejjes b’immaġni ta’ Ġesù, l-Imgħallem u l-Mulej ta’ kulħadd.

Imma anke l-ħajja tagħna hija mżewqa b’ħafna kuluri: ta’ ferħ u ta’ niket; kuluri li jkanġu u jsiru sbieħ jew koroh skont l-aptiti, il-burdati u s-sitwazzjonijiet tal-ħajja tagħna.

Il-mumenti ta’ ferħ u dwejjaq, ta’ ċelebrazzjoni u niket, huma parti mill-ħajja. Kultant ikun hemm ħajta li tgħaqqadhom flimkien: jew negattiva li twassal għat-tgergir u l-qtigħ il-qalb; jew pożittiva li tidher fi tbissima, il-paċi u kelma tajba lil xulxin.

Bil-preżenza ta’ Ġesù fina, aħna l-Insara nġorru kuluri sbieħ tal-Mulej li kapaċi jbiddel anki n-niket tagħna f ’ferħ – il-ferħ tiegħu, frott l-imħabba tiegħu għalina.

Il-kuluri tal-pagun

Ritratt tal-faċċata: meħud minn Raymond Zammit

K E l M a Ta’ F r a n Ġ I S K u

Inkomplu niktbu l-VanġeluIl-Vanġelu hu l-ktieb tal-ħniena ta’ Alla, li wieħed għandu jaqra u jerġa’ jaqra, għax dak li Ġesù qal u għamel hu espressjoni tal-ħniena tal-Missier. Imma mhux kollox ġie miktub. Il-Vanġelu tal-ħniena jibqa’ dejjem ktieb miftuħ, li fuqu jissoktaw jinkitbu s-sinjali tad-dixxipli ta’ Kristu, ġesti konkreti ta’ mħabba, li huma l-aqwa xhieda tal-ħniena. Ilkoll kemm aħna msejħin insiru kittieba ħajja tal-Vanġelu, ħabbara tal-Bxara t-Tajba lil kull bniedem tal-lum. Dan nistgħu nagħmluh billi nqiegħdu fil-prattika l-għemejjel tal-ħniena li jmissu l-ġisem u r-ruħ, li huma l-istil tal-ħajja tan-Nisrani. Il-Ħadd, 2 ta’ April, 2016

Page 4: Flimkien Ġunju 2016

Please help these children achieve their dreams when they grow up, so they can be fully ALIVE.

www.missio.org.mt

When I grow up I want to be.....

By donating €2.33 on

50617374 you can feed 7 children for one day.

By donating €6.99 on

50618820 you can buy books for one child for a year.

Page 5: Flimkien Ġunju 2016

Għall-Knisja, Ġunju huwa marbut mal-Ewkaristija. Fih normalment niċċelebraw il-

festi tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus Domini) u tal-Qalb ta’ Ġesù. F’ħafna parroċċi Ġesù Ewkaristija jingħata għall-ewwel darba lit-tfal ċkejknin f ’mument straordinarjament importanti għalihom.

Barra minn hekk, lejn l-aħħar ta’ Ġunju ssir il-festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Appostli li b’ħajjithom taw l-ikbar xhieda għall-Evanġelju u x-xandir tiegħu bħaż-żerriegħa li taqa’ fl-art u tmut biex tagħmel il-frott – sewwa sew kif għamel Ġesù meta ta lilu nnifsu għalina u kif jagħmel f ’kull Quddiesa li l-Knisja tiċċelebra madwar id-dinja kollha.

L-Ewwel Tqarbina: It-tfal ċkejknin tagħna jirċievu ġewwa fihom lil Ġesù bil-ġisem, bid-demm, bir-ruħ u bid-divinità tiegħu. Ġo fihom jibda jgħix Alla nnifsu u jdewwaqhom il-ħajja tiegħu.

Ħelwin it-tfal u jħolluk bil-ħlewwa tagħhom. Ħaġa sabiħa li l-ġenituri u l-qraba ta’ dawn it-tfal mhux biss iressqu lil uliedhom lejn Ġesù fl-Ewkaristija iżda wkoll jersqu magħhom! Tkun grazzja ta’ Alla għall-familji tagħna li dan ikun mument fejn ilkoll niskopru mill-ġdid il-qawwa tal-imħabba ta’ Alla f ’dan is-Sagrament!

Mingħajr dan l-ikel li jsostnina l-imħabba tagħna lejn Alla u lejn xulxin tibqa’ difettuża, imxellfa jew imtebbgħa. B’dan l-ikel il-ħajja tagħna tissaffa mill-egoiżmu li jkisser ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna u jdaħħalna fid-dlam li ma jħalliniex naraw lil xulxin sbieħ kif jarana Alla. Tkun ħaġa sabiħa li lil dawn it-tfal mhux biss ngħidulhom imma nuruhom kif jersqu lejn din l-għajn tal-ħajja

I l- K E l M a Ta l-a rċI S qo F

Nuruhom, mhux ngħidulhom biss!

u l-imħabba biex imbagħad huma stess, bħalna, jgħadduha lil ħaddieħor.

L-Imnarja: Dakinhar ta’ San Pietru u San Pawl, jiena se nordna għall-ewwel darba grupp ta’ żgħażagħ bħala saċerdoti. Dawn iż-żgħażagħ b’ġenerożità kbira se jagħtu ħajjithom, bħal Ġesù li sejħilhom, għal Alla u għall-poplu tiegħu, biex id-dinja tkompli tissebbaħ bil-preżenza qaddisa tagħhom u anki bl-Ewkarestija li huma jiċċelebraw. Nitolbu ħafna għalihom. Il-ġenituri tagħhom ukoll huma ġenerużi, u f ’isem Ġesù nirringrazzjahom ta’ din l-għotja.

Nitlob, u nixtieq bil-ħerqa, li tingħaqdu miegħi f ’din it-talba, li l-ġenerożità tagħhom tkun tittieħed, ħalli jkollna iktar żgħażagħ li lesti jitqaddsu biex jagħtu ħajjithom b’imħabba, u iktar ġenituri biex iħeġġu f ’uliedhom ix-xewqa u r-rieda li jagħmlu din l-għotja.

Charles J. Scicluna • Arċisqof ta’ Malta

Please help these children achieve their dreams when they grow up, so they can be fully ALIVE.

www.missio.org.mt

When I grow up I want to be.....

By donating €2.33 on

50617374 you can feed 7 children for one day.

By donating €6.99 on

50618820 you can buy books for one child for a year.

Ġunju 2016 | 5

Page 6: Flimkien Ġunju 2016

“FIT-TMIEM, aħna niftakru mhux il-kliem tal-għedewwa tagħna imma s-skiet tal-ħbieb tagħna.”

“Il-FIdI hI li tagħmel l-ewwel pass, anke meta ma tistax tara t-taraġ kollu.”

“Id-dlaM Ma jISTax ikeċċi d-dlam tagħna: huwa biss id-dawl li jista’ jagħmel dan. Il-mibegħda ma tistax tkeċċi l-mibegħda: hi l-imħabba biss li tista’ tagħmel dan” (A Testament of Hope).

“jEKK raĠEl huwa kennies, hu għandu jiknes it-toroq hekk tajjeb kif Michelangelo pitter, jew hekk kif Beethoven ikkompona l-mużika, jew hekk kif Shakespeare kiteb il-poeżija. Għandu jiknes it-toroq tant tajjeb li l-qtajja’ tas-sema u tal-art għad jieqfu u jgħidu: Hawn għex kennies mill-aqwa li qeda dmiru sewwa.”

Ġ aw h a r I n S a r a (11)du n h Ec Tor S cEr r I

Huwa biss fid-dlam li naraw il-kwiekeb

Martin Luther King (1929-1968) kien attivista importanti fil-ġlieda għad-drittijiet tas-‘Suwed’ fl-Istati Uniti fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet tas-seklu l-ieħor. Kien pastor Battista. Mexxa moviment mingħajr vjolenza biex jipperswadi li s-‘Suwed’ għandhom drittijiet daqs il-‘Bojod’. Mexxa l-famuża ‘Mixja lejn Washington’ fl-1963, ġrajja li għadha tissemma’ sal-lum. Kien predikatur u oratur ta’ kapaċità kbira, u awtur ta’ bosta kotba. Miet assassinat.

“BnIEdEM jITKEjjEl mhux mill-mumenti ta’ kumdità u l-konvenjenza li jsib ruħu fihom, imma fejn ikun f ’waqtiet ta’ sfida u ta’ kontroversja.”

“hEMM raĠunI aħħarIja, naħseb, l-għala Ġesù jgħid ‘Ħobbu l-għedewwa tagħkom.’ Hija din: li l-imħabba fiha qawwa li tifdi. Din il-qawwa, bil-mod il-mod, tittrasforma l-individwi. Kompli agħmilha ta’ ħabib ma’ dawk il-persuni. Ibqa’ ħobbhom, u ma jdumux jissaportu wisq. Għall-bidu jirreaġixxu b’diversi modi. Jirreaġixxu bil-guilt feelings, u xi drabi jobogħduk aktar minn qabel, imma int ibqa’ ħobbhom. U permezz tal-qawwa ta’ mħabbtek, huma jaslu biex iċedu. Dik hi l-imħabba ... taraha? Hija mħabba li tifdi, u dan hu għaliex Ġesù jgħidilna biex inħobbu. Hemm xi ħaġa speċjali dwar l-imħabba li tibni u li toħloq. Hemm, imbagħad, xi ħaġa dwar il-mibegħda li ċċarrat u teqred. Għalhekk, ħobbu l-għedewwa tagħkom” (Loving Your Enemies).

“jIEn GħandI ħolMa li l-erba’ wlied żgħar tiegħi għad jgħixu f ’nazzjon fejn ikunu ġġudikati mhux skont il-kulur tal-ġilda tagħhom imma aktar mill-kontenut tal-karattru tagħhom.”

“huwa BISS fid-dlam li naraw il-kwiekeb.”

“Il-MaħFra MhIx azzjoni okkażjonali imma atteġġjament kostanti.”

“Il-BnIEdEM li mhux kapaċi jmut għal xi ħaġa mhuwiex kapaċi jgħix” (Awtobijografija).

6 | Flimkien

Page 7: Flimkien Ġunju 2016

Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.

98. X’inhu l-qassis fil-Knisja?Il-qassis hu dak li hu magħżul biex jaħdem flimkien mal-isqof fil-ħidma tal-predikazzjoni u taċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti (Presbyterorum Ordinis, 7).

99. X’inhu d-djaknu?Id-djaknu hu dak li hu magħżul biex jaħdem flimkien mal-isqof u mal-qassisin fil-predikazzjoni, fil-liturġija u fit-tqassim tal-karità u fil-ħidma soċjali tal-Knisja (Lumen Gentium, 29).

100. Min jordna l-isqfijiet, il-qassisin u d-djakni?L-isqfijiet, il-qassisin u d-djakni jordnawhom l-isqfijiet bil-kunsens tal-poplu t’Alla.

101. F’numru 67 konna għedna li l-kelma ‘sagrament’ tfisser ‘misteru’. Kull sagrament juri u jwettaq il-misteru tal-Knisja nnifisha u dan il-misteru jiġbor fih il-ħidma ta’ Kristu bħala saċerdot. Mela liema misteru tal-Knisja juri u jwettaq is-Sagrament tal-Ordni Sagri?Il-misteru tal-Knisja li s-Sagament tal-Ordni Sagri juri u jwettaq hu s-sehem partikulari fis-Saċerdozju ta’ Kristu permezz ta’ konsagrazzjoni għal dejjem għall-ħidma ministerjali. Dan hu l-karattru tal-Ministeru jew tal-Ordni Sagri.

102. F’numru 67 konna għedna wkoll li kull sagrament juri l-misteru tas-Saltna t’Alla, tal-Ispirtu t’Alla fina, jiġifieri juri l-misteru tal-grazzja. Liema misteru tal-Grazzja juri u jwettaq s-sagrament tal-Ordni Sagri?Il-misteru tal-Grazzja li dan is-sagrament juri u jwettaq jinsab f ’dik il-preżenza tal-Ispirtu s-Santu li biha l-ministri jsiru mhux biss uffiċjali tal-Knisja iżda rappreżentanti bid-dieher ta’ Kristu u ħabbara tal-Bxara t-Tajba bil-ħajja li jgħixu.

103. X’nifhmu meta ngħidu li l-Knisja hi infallibbli?Meta ngħidu li l-Knisja hi infallibbli nifhmu li kull meta titkellem bħala Knisja Universali, u f ’isem il-Knisja Universali, il-Knisja – taħt it-tmexxija tal-Ispirtu s-Santu – ma tistax tgħallem xi ħaġa kontra l-Vanġelu, jiġifieri ma tistax tiżbalja fi ħwejjeġ ta’ fidi u morali.

104. Il-Knisja kif tħaddem l-infallibbiltà tagħha?Il-Knisja tħaddem jew teżerċita l-infallibbiltà tagħha:(a) fit-tagħlim tal-isqfijiet u

ta’ predikaturi oħra;(b) meta f ’okkażjonijiet speċjali jissejjaħ

Konċilju Ekumeniku biex jaqta’ xi punt diskuss ta’ duttrina billi juri jekk jaqbilx jew le mat-tagħlim komuni tal-Knisja;

(ċ) u, xi kultant, meta l-Papa jieħu deċiżjoni dwar tagħlim (ex cathedra), barra minn Konċilju Ekumeniku, iżda b’konsultazzjoni mal-isqfijiet l-oħra. Deċiżjonijiet infallibbli bħal dawn huma rari ferm (Lumen Gentium, 25).

Darba oħra: Iż-Żwieġ

X’inhu qassis? X’inhu djaknu?

Ġunju 2016 | 7

Page 8: Flimkien Ġunju 2016

Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 2016 0751/2 Mob: 99991666 Email: [email protected] Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: [email protected] www.suzuki.com.mt

Starting from

€8,999

DEPOSIT

AVAILABLE0%

VISIT OUR NEW SHOWROOM AT ANTONIO BOSIO STREET, MSIDA!

Price includes Scrappage Scheme

Page 9: Flimkien Ġunju 2016

Carla kienet drat tagħmel dejjem l-istess ħaġa kuljum: tqum filgħodu, taqbad tal-linja, tmur l-iskola, terġa’

lura d-dar, tintefa’ tara episodju, tlesti l-istudju, torqod ftit (jew ħafna), imbagħad tqum u toħroġ mal-ħbieb. L-għada l-istess, tqum għajjiena, kważi b’nofs ħeġġa u terġa’ taqbad tal-linja, tmur l-iskola, lura d-dar, tara episodju ieħor waqt li tiekol, imbagħad torqod, tqum u terġa’ toħroġ mal-ħbieb....

Issa kien ġej long weekend u ħbiebha webbluha tmur magħhom ġo farmhouse bil-pixxina. Dażgur li tmur! Imma ġara li ħabib ieħor tagħha, li kienet saret tafu xi ftit tal-ġimgħat qabel u li veru kellha grazzja miegħu, kellu xi ħaġa oħra ppjanata għal dak l-istess tmiem il-ġimgħa. Kien se jattendi tlett ijiem irtir għaż-żgħażagħ u ħajjarha tattendi miegħu.

Kienet bejn ħaltejn: weekend ġo farmhouse kieku jogħġobha, imma ma xtaqitx tgħid le lill-ġuvni li tiffansja – avolja dan l-irtir ma tantx ratu ħobż għal snienha! Fl-aħħar qatgħetha li tibbukkja għall-irtir. Jekk xejn, tkun ħdejh!

Malli daħlet fid-dar tal-irtiri sabet grupp ta’ żgħażagħ kollha deċiżi li għal ftit jiem iħallu l-ġenn tas-soltu u jesperjenzaw it-trankwillità u l-paċi. Introduċew lilhom infushom u ngħataw il-programm.

Kellhom ħin biex jiffukaw fuq id-doni tal-Ispirtu s-Santu u jiskopru t-talenti

li għandhom u kif jistgħu jikbru fihom għall-ġid tagħhom u tal-oħrajn. Kellhom ħin japprezzaw is-sabiħ tal-ħbiberija u jduqu l-preżenza t’Alla fis-sbuħija tan-natura li kien hemm madwar il-post. Setgħu jesperjenzaw is-sempliċità tal-ħajja billi jitfu l-mowbajl u l-internet u jfittxu l-kwiet. B’hekk setgħu jsibu ħin u spazju biex jaħsbu fuq ħajjithom u r-relazzjoni tagħhom ma’ Alla.

Carla kienet sejra tajjeb. Ħadet gost tagħmel ħbieb ġodda, tkanta, titlob, u tisma’ l-esperjenzi ta’ żgħażagħ oħra. Indunat kemm hi ħaġa tajba li xi kultant taqta’ ftit mir-rutina tas-soltu u tiskopri esperjenzi ġodda. Imma f ’ħin minnhom ingħatat sett ta’ mistoqsijiet mill-qoffa u kellha tmur tweġibhom f ’qalbha... u quddiem dawn il-mistoqsijiet sabet sfida kbira:

“Int min int? Kif tiddeskrivi lilek innifsek? F’liema stadju tal-ħajja

wasalt? X’int tagħmel eżatt b’ħajtek? X’inhuma l-prijoritajiet fil-ħajja tiegħek? Qatt ħsibt dwar il-pjan t’Alla għalik?”

U f ’qalbha wieġbet: “Boqq, ma nafx!”

Id-diskussjoni li nħolqot għenitha twieġeb dawn il-

mistoqsijiet fundamentali. It-tlett ijiem malajr taru, imma l-ġid li ħadet Carla se tibqa’ ġġorru ħajjitha kollha.

Inti titħajjar tattendi xi rtir li jsiru apposta għaż-żgħażagħ, kemm f ’Malta kif ukoll barra?

ŻGħa Ż aGħ S I lVa n a c a r do n a

Tlett ijiem ġofarmhouse?

Ġunju 2016 | 9

Page 10: Flimkien Ġunju 2016

Il-kelma “eżortazzjoni” tfisser “tħeġġiġa”. Fl-Eżortazzjoni “Amoris Laetitia” tista’ tistħajjel lill-Papa jkellmek b’idejh madwarek. Mhijiex tqila u lanqas mhi intenzjonata biss għas-saċerdoti. Hija kitba li tmisslek qalbek u tikkommovik. Taf tqabbiżlek demgħa ta’ ferħ!

L-interess tagħna f ’din l-Eżortazzjoni m’għandux ikun limitat biss għal dawk il-partijiet fejn il-Papa jittratta kwistjonijiet “jaħarqu” bħal jekk koppji ddivorzjati li reġgħu żżewġu għandhomx jitqarbnu.

Din l-Eżortazzjoni ħarġet bħala konklużjoni taż-żewġ Sinodi tal-Isqfijiet li saru fl-2014 u l-2015. Hija dwar is-sbuħija tal-imħabba. Fiha riflessjoni mill-isbaħ dwar il-kliem ta’ San Pawl meta qal li l-imħabba taf tistabar u tħenn, mhijiex għajjura u ma tintefaħx biha nnifisha, ma titkabbarx fuq

l-oħrajn, ma tifraħx bl-inġustizzja (1 Kor 13:4-7). Hija l-aktar silta li tingħażel mill-għarajjes stess fil-quddiesa taż-żwieġ tagħhom.

Il-Papa jgħid li din l-imħabba ssib postha fil-ħajja tal-familja. Jgħid ukoll li l-imħabba tista’ tikber saħansitra permezz tal-istess kriżijiet u diffikultajiet li jinqalgħu. Tabilħaqq, l-imħabba hija arti, xi ħaġa li trid taħdem ħafna għaliha, b’ċerta kura, delikatezza u perseveranza. L-imħabba hija vjaġġ. U dan il-vjaġġ tal-imħabba, jgħid il-Papa, irridu nippreparaw għalih.

Hija l-istess esperjenza li jkollna tal-ħajja fil-familja li tippreparana għal dan il-vjaġġ. Imbagħad, meta bħala żgħażagħ inkomplu nikbru, din il-preparazzjoni tkompli permezz tal-għajnuna li nirċievu minn dawk li jmexxuna. Il-Papa jfakkarna li l-edukazzjoni

a Mor I S l a E T I T I a

Ittra ta’ mħabba mill-Papa li taf tqabbiżlek dmugħ ta’ ferħ!

B’idejn il-Papa madwarek

F’April li għadda l-Papa ħareġ Eżortazzjoni Appostolika bl-isem “Amoris Laetitia” (Il-Ferħ tal-Imħabba). Hija dwar l-imħabba fil-familji tagħna.

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Ġunju 2016

sesswali trid tkun pożittiva u prudenti (paragrafu 280) u jagħti importanza kbira lit-tħejjija tal-koppji għaż-żwieġ.

Papa Franġisku jitkellem b’mod realistiku dwar il-problemi fil-vjaġġ tal-imħabba. Jagħmel appell biex nitgħallmu ngħinu lil xulxin u naħdmu dejjem biex insaħħu ż-żwieġ u l-ħajja fil-familja. Huwa jgħidha ċar u tond: “L-ebda familja ma taqa’ mis-sema jew tkun iffurmata b’mod perfett” (352).

F’kull stadju tal-vjaġġ irridu nibqgħu niftakru liema hi d-destinazzjoni vera tagħna, u qatt ma naqtgħu qalbna. Din id-destinazzjoni nilħquha permezz ta’ mħabba fidila fiż-żwieġ. Hija l-post fejn Alla jgħammar tassew u t-triq li twassal għall-qdusija. Hija triq li fiha aħna qatt m’aħna se nkunu mingħajr il-preżenza tiegħu. L-imħabba fil-familja hija “spazju mdawwal minn Alla” (317) u dan l-ispazju ħaqqu qima u li nieħdu ħsiebu (307).

Madankollu l-Papa jrid il-Knisja tkun bħal “sptar fuq il-kamp tal-battalja” u li tieħu ħsieb b’mod partikolari ta’ dawk li qegħdin “f ’sitwazzjonijiet li għadhom ma jaqblux jew li m’għadhomx jaqblu aktar mat-tagħlim tagħha dwar iż-żwieġ” (292). Din hi l-aktar parti sensittiva tal-Eżortazzjoni “Amoris Laetitia”. Filwaqt li jippreżenta l-verità tat-tagħlim tal-Knisja dwar iż-żwieġ huwa jfakkarna dwar verità kbira oħra: il-verità dwar il-ħniena bla tarf li Alla għandu għal kull wieħed minna.

F’din l-Eżortazzjoni ma nfittxux biss x’jgħid il-Papa dwar il-kwistjoni jekk persuni ddivorzjati li reġgħu żżewġu għandhomx jitqarbnu. L-aktar importanti hu li kull wieħed minna jipprova jifhem b’mod aktar profond kif jinsab quddiem Alla. Meta ma naħbu xejn minnu. Meta nirriflettu fil-kwiet tat-talb. Meta niftħu qalbna għall-pjan tal-għaġeb li Alla għandu biex jagħmilna ferħana. Allura mbagħad nibdew nisimgħu s-sejħa tal-kuxjenza, dak is-santwarju fejn

jinstema’ l-leħen ta’ Alla ġo fina. Hemm ikollna nammettu d-dgħufijiet passati tagħna u nagħrfu liema hu l-pass li jmiss fil-vjaġġ tagħna. Il-Papa jsejjaħ dan kollu “dixxerniment”. L-aħjar mod li dan isir hu bl-għajnuna ta’ gwida bl-esperjenza, ġeneralment saċerdot.

Persuni f ’dawn is-sitwazzjonijiet, jgħid il-Papa, għandhom jitkellmu bil-kunfidenza kollha mal-konfessur tagħhom jew ma’ xi persuni lajċi li ħajjithom hi impenjata għall-Mulej. Minn dawk li jakkumpanjawhom żgur isibu xi dawl biex jgħinhom jifhmu aħjar is-sitwazzjoni tagħhom u jagħrfu t-triq (312).

L-imħabba fil-familja hija l-ewwel mod kif l-imħabba ta’ Alla ssir “ta’ veru” fid-dinja tagħna u li permezz tagħha l-“Vanġelu tat-Tama” jiġi mħabbar, anki f ’sitwazzjonijiet ibsin u diffiċli.

Jalla l-qari ta’ din l-Eżortazzjoni jimliek ferħ u kuraġġ. Ħu ħsieb aqraha. Aqraha bil-mod. Aqraha waħdek, id-dar, jew flimkien mal-għeżież tiegħek, jew fl-għaqda fejn tattendi. Agħmlu xi ħaġa fil-parroċċa tagħkom dwarha!

Forsi ssib li lilek ukoll tkun qabżitlek demgħa int u taqraha – demgħa ta’ ferħ, naturalment!

Jalla l-qari ta’ din l-Eżortazzjoni jimliek ferħ u kuraġġ. Ħu ħsieb aqraha. Aqraha bil-mod. Aqraha waħdek, id-dar, jew flimkien mal-għeżież tiegħek. Jew fl-għaqda fejn tattendi. Agħmlu xi ħaġa fil-parroċċa tagħkom dwarha!

Ġunju 2016 | 11

Page 12: Flimkien Ġunju 2016

Sa minn fuq il-bankijiet tal-iskola kienet bdiet l-imħabba tiegħi lejn is-suġġett tar-reliġjon. Din kibret miegħi tul

is-snin u fil-limitazzjonijiet tiegħi bqajt ninteressa ruħi fis-suġġett u nipprova niskopri lil Alla billi nfittex u naqra. Kont ukoll nattendi xi kors qasir dwar il-Bibbja organizzat minn xi għaqda jew parroċċa.

Iżda sentejn ilu qrajt l-avviż fil-Flimkien u ddeċidejt napplika għall-Kors tat-Teoloġija ta’ filgħaxija li jsir fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta. Illum inħossni kuntent bid-deċiżjoni li ħadt!

Matul dawn is-sentejn inħoss li diġà ksibt għarfien profond dwar il-Kelma ta’ Alla kif ukoll dwar oqsma oħra tal-fidi u r-reliġjon li jien qatt ma studjajthom qabel, bħall-filosofija u l-etika. Illum nara kemm dawn huma ta’ għajnuna biex nifhem aktar lil Alla u ngħix ħajja Nisranija.

Kor S F I T-T Eo loĠ I ja

Ma nixtiqux jispiċċa!

B’wiċċi minn quddiem ngħid li t-tagħlim li rċevejt u r-riċerka li għamilt s’issa kienu ta’ benefiċċju kbir għalija biex nikber spiritwalment u akkademikament. Għenuni niskopri kif Alla jaħdem mal-bniedem u fhimt ftit aktar x’irid Alla minni fiċ-ċirkustanzi ta’ ħajti.

Il-Kors tat-Teoloġija sibtu ta’ għajnuna kbira fl-aktar mumenti diffiċli li għaddejt minnhom għax għenni nara l-episodji ta’ ħajti minn lenti spiritwali. Għenni wkoll niskopri li l-fidi u r-raġuni jimxu id f ’id u mhux kontra xulxin.

L-esperjenza tiegħi fil-Fakultà tat-Teoloġija tagħtini aktar ħeġġa biex niskopri u nifhem aħjar l-iskop ta’ ħajti. Ma nixtieqx nara dak il-jum li fih se jiġi fi tmiemu dan il-kors!

Minn qalbi, inħeġġek biex tagħmel kuraġġ u tieħu dan il-pass li għamilt jien (bħal ħafna oħrajn miegħi u qabli) u tara s-sbuħija ta’ din l-esperjenza.

Korsijiet offruti fis-sena akkademika 2016-2017: Master of Arts in Business Ethics, Master of Arts in Spirituality, Master of Arts in Spiritual Companionship, Master of Arts in Religious Studies, Master of Arts in Theology, Licentiate in Sacred Theology, Bachelor of Sacred Theology, Bachelor of Arts (Honours) in Theology, Bachelor of Arts in Theology & Human Studies u Diploma Religious Studies.

Dawn il-korsijiet ikunu full-time jew part-time. Għal aktar informazzjoni: www.um.edu.mt/theology; il-paġna Facebook “Faculty of Theology - University of Malta”; Tel. 2340 2767. Email: [email protected]

ja M E S M u l h o l l a n d

12 | Flimkien

Page 13: Flimkien Ġunju 2016

emCare HubThis is the central device for all your monitoring needs. Simple and easy to use the hub is accessible with just the touch of a button. All our devices will automatically alert the call centre in case of falls, fire or intruders.

On-Wrist Fall AlertDetects falls and waterproof

Smoke DetectorAlerts emergency services

Intruder AlarmIntruder and no motion alert

Call us today on2142 4949

Visit our web pagewww.myemcare.com

Peace of mind at home

Falls

Emergencies

1

Keep all walkways clear of any clutter

2

Install light switches at both the top and bottom of stairways

4

Wear an On-Wrist Fall Trigger to be safe and continue living

independently

5

Choose a smoke detector that is linked to a Telecare monitoring centre

6

Do not overload your plug sockets or extension cables

3

Install grab bars or even a walk-in-shower can help

increase home safety

Home Safety Tips

Page 14: Flimkien Ġunju 2016

Hekk jgħidu xi żgħażagħ meta nistaqsihom jekk jikkunsidrawx is-sejħa għal qassis. Forsi aħna wkoll

nistaqsu: “Kif jista’ żagħżugħ jinduna li l-Mulej qed isejjaħlu għal din it-triq? Hemm xi sinjali?”

Il-Mulej jibgħat diversi sinjali f ’ħajjitna, u rridu nkun attenti għalihom għax jistgħu jaħarbulna bħal leħħa ta’ berqa. Meta nitkellmu fuq sinjali ma rridux naħsbu f ’xi viżjoni jew xi leħen li jkellimna. Ir-realtà hi li ħafna drabi Alla jkellimna fil-ħajja ordinarja ta’ kuljum, permezz tal-ġrajjiet u l-esperjenzi li ngħaddu minnhom. Kieku kellna ngħarblu fil-fond dawn l-esperjenzi, fihom jaf ikun hemm messaġġ prezzjuż. X’messaġġ hu dan?

Il-messaġġ huwa l-imħabba tremenda li l-Mulej għandu għal kull persuna u s-sejħa li jagħmel lil dik il-persuna sa mill-bidu. Il-bniedem jista’ jiċħad din l-imħabba, iżda din tibqa’ hemm, tfittex lill-bniedem. U meta ssibu, u hu jaċċetta din l-imħabba, hemmhekk ikun jista’ jwieġeb ukoll għas-sejħa tiegħu.

Jista’ jkun hemm diversi sinjali li Alla jibgħat sabiex bniedem jagħraf li huwa msejjaħ għal saċerdot Djoċesan. Forsi jkun jogħġbu x-xogħol tal-qassis: li jqaddes, jipprietka, jgħammed, iqarben il-morda. Imma dan jiddeskrivi biss il-ħidma. L-aktar li għandu jattira żagħżugħ lejn is-saċerdozju mhijiex il-ħidma li qassis iwettaq imma pjuttost il-vokazzjoni iktar interjuri u intima tiegħu.

F r ch a r lo n M uS c aT

Mhux għalissa… imbagħad naraw!

Il-vokazzjoni hija aktar profonda mill-ħidma għax tgħin lil dak li jkun jiskopri lilu nnifsu, jagħraf id-dgħufija tiegħu, u fl-istess ħin isir dak li hu msejjaħ li jkun: bniedem sħiħ.

Dan huwa l-iskop taċ-Ċentru tal-Vokazzjonjiet Djoċesani, li jlaqqa’ diversi preadolexxenti, adolexxenti u żgħażagħ minn parroċċi u skejjel differenti. Bħala ikona jippreżenta lil Ġesù fil-mixja tiegħu mad-dixxipli ta’ Għemmaws fejn iż-żewġ dixxipli poġġewlu l-mistoqsijiet, il-beżgħat u l-inċertezzi tagħhom.

L-għan tagħna huwa li qabelxejn inlaqqgħu lill-adolexxenti ma’ Ġesù, ngħinuhom ikollhom esperjenza tiegħu (u miegħu) f ’ħajjithom. Imbagħad, eventwalment, ikunu f ’qagħda li jifhmu li Ġesù qed isejħilhom għal xi ħaġa sabiħa, għal ħajja qrib tiegħu, mimlija u sħiħa. Meta jagħrfu dan, nippreżentawlhom il-possibbiltà tal-ħajja saċerdotali jew reliġjuża.

Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet Djoċesani jorganizza laqgħat u live-ins ta’ formazzjoni għall-istudenti mill-Form 1 sas-6th Form. Jorganizza wkoll dawk li nsejħulhom Nicodemus Encounters li huma laqgħat informali fil-parroċċi għal żgħażagħ ta’ ’l fuq minn 18-il sena.

Fr Charlon Muscat huwa d-Direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet u jista’ jiġi

kkuntattjat bl-email: [email protected]

14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Ġunju 2016

SPRING SUMMER 2016

Page 16: Flimkien Ġunju 2016

Phebegrey

sizes: 36-42

Snipulgold or black

sizes: 36-42

Alaxiasblack

sizes: 36-42

Yonablack

sizes: 36-42

Boa Vistawhite

sizes: 36-42

Catalinagrey

sizes: 36-42

Linkolsilver

sizes: 36-42

Lulublack

sizes: 36-42

Scholl Sunwhite

sizes: 36-42

Cearabrown

sizes: 36-42

Tailawhite

sizes: 36-42

Tailagreen

sizes: 36-42

Page 17: Flimkien Ġunju 2016

Phebegrey

sizes: 36-42

Snipulgold or black

sizes: 36-42

Alaxiasblack

sizes: 36-42

Yonablack

sizes: 36-42

Boa Vistawhite

sizes: 36-42

Catalinagrey

sizes: 36-42

Linkolsilver

sizes: 36-42

Lulublack

sizes: 36-42

Scholl Sunwhite

sizes: 36-42

Cearabrown

sizes: 36-42

Tailawhite

sizes: 36-42

Tailagreen

sizes: 36-42

Rosailneblue

sizes: 36-42

Polidorawhite

sizes: 36-42

Rosalinewhite

sizes: 36-42

Ajedebeige

sizes: 36-42

Page 18: Flimkien Ġunju 2016

F O OT H E A LT H C E N T R E

Available from Scholl Foothealth Centres at:

The Point-Tigne, The Plaza Shopping Centre-Sliema, Mosta,

Fgura and Valletta. Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty

Centre Victoria-Gozo, and from all leading pharmacies (Scholl).

Tel: 20601148

www.schollfoothealthcentre.com

While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change

and not all sizes and colours may be available.

Mindyoff white / flower suede

sizes: 35-42

Sbrilliblack

sizes: 35-42

Domillared

sizes: 36-42

Kennawhite

sizes: 36-42

Glossysilver

sizes: 35-42

Gandiabronze

sizes: 35-42

Page 19: Flimkien Ġunju 2016

Kont Taf?

300,000Kemm mietu s’issa fis-Sirja f ’ħames snin ta’ gwerra ċivili. Il-biċċa l-kbira kienu Nsara. Hemm min isostni li n-numru hu ħafna akbar. Barra dawn, l-istess gwerra ħolqot aktar minn 7 miljun refuġjat.

Ittri żgħarMeta tiġi biex tikteb l-ismijiet tal-muniti, l-istaġuni u s-sekli, uża ittri żgħar għall-ewwel ittra:Jiswa tliet ewro. Tawni lira sterlina. Tlift disa’ dollari.Għaddiet ir-rebbiegħa. Waslet il-ħarifa. Ġej is-sajf.Għex fis-seklu dsatax. Qegħdin fis-seklu wieħed u għoxrin.(Għal aktar tagħrif ara Deċiżjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti).

l-olimpijadi ta’ rioNumru ta’ midalji: 4,924. Se jkun hemm 42 sport.l-ewwel Olimpijadi fl-Amerika ta’ Isfel.se jsiru mill-5 sal-21 ta’ Awwissu.10,500 atleti minn 206 pajjiż.L-atleta li l-aktar rebaħ midalji s’issa hu Michael Phelps (18-il midalja tad-deheb fl-għawm fl-Olimpijadi ta’ Ateni, Beijing u Londra).

Meta t-tabib jagħmillek il-preskrizzjoni, qabel l-isem tal-pilloli jew il-mediċina li jagħtik jikteb ℞. Xi drabi jikteb Rx jew sempliċement Rx. Xi tfisser? L-oriġini ta’ dan is-simbolu ġej mill-Medjuevu u huwa abbrevjazzjoni tal-kelma Latina Recipe, jiġifieri “ħu” (take).

Simboli tal-EvanġelistiL-Evanġelisti huma erbgħa: Mattew, Mark, Luqa u Ġwanni. Is-simboli tagħhom huma bniedem jew anġlu (Mattew), iljun (Mark), għoġol (Luqa), u ajkla (Ġwanni). Dawn ġejjin minn żewġ siltiet mill-Profeta Eżekjel (1:1-14 u 10:1-22) u mill-Apokalissi (4:5-11). Fl-Apokalissi nsibu: “Quddiem it-tron rajt … erba’ Ħlejjaq Ħajjin … l-ewwel Ħliqa Ħajja donnha LJUN, it-tieni Ħliqa Ħajja qisha GĦOĠOL, it-tielet Ħliqa Ħajja b’wiċċ ta’ BNIEDEM, u r-raba’ Ħliqa donnha AJKLA ttir. U l-erba’ Ħlejjaq Ħajjin … lejl u nhar ma jieqfu qatt itennu: ‘Qaddis, Qaddis, Qaddis il-Mulej, Alla li jista’ kollox, li kien, u li hu, u li ġej.”

Bil-maqlubFl-1961 il-pittura famuża ta’ Henri Matisse “Le Bateau” (Id-dgħajsa) iddendlet mal-ħajt fil-Museum of Modern Art ta’ New York. Imma 46 jum wara xi ħadd induna … li l-pittura kienet iddendlet rasha ’l isfel! U jekk tħares sew lejn l-istampa żgur li ma tagħtihomx tort!

Rasha ’l isfel!

Kif suppost

Ġunju 2016 | 19

Page 20: Flimkien Ġunju 2016

Lindsay kienet aktar ferħana f ’Kabul, il-belt kapitali tal-Afganistan. Minkejja l-isplużjonijiet tal-bombi li spiss kienu

jfaqqgħu ftit bogħod mill-aġenzija fejn kienet taħdem, hija tippreferi l-ħajja f ’Kabul milli dik fil-belt fejn trabbiet, fl-Ewropa tal-Punent. Minkejja kollox, f ’Kabul qatt ma kienet tħossha weħidha.

“Għall-ewwel darba fil-ħajja tiegħi ta’ mara adulta, f ’Kabul ma ħassejtnix iżolata,” tistqarr Lindsay. “Kont inħossni magħquda mal-bqija tan-nies. Kollha konna nixtiequ ħaġa waħda. Kont inħoss li lkoll konna qed nittamaw u naħdmu biex intejbu d-dinja ta’ madwarna.”

Meta s-sitwazzjoni fl-Afganistan saret perikoluża wisq, Lindsay kellha tirritorna pajjiżha fejn taħdem f ’uffiċċju. Hawnhekk qed tħoss in-nuqqas tal-kumpanija sempliċi li kienet drat. Tħossha mxennqa għal xi ħadd f ’ħajjitha ma’ min tiltaqa’ b’mod regolari, imqar biex imorru jaraw film jew jieħdu kafè flimkien. Ix-xogħol hu l-aktar li jagħtiha sodisfazzjon. Min jaf kif kienet tkun ħajjitha li kieku ma kellhiex ix-xogħol! Minkejja li għandha biss 44 sena, Lindsay qed tħossha qisha anzjana, u ħuta barra mill-ilma.

Dan l-aħħar moħħha spiss imur fuq il-ħafna anzjani weħidhom u fuq l-emarġinati li jgħixu f ’dik il-belt kbira fejn twieldet u trabbiet, u fejn issa qed taħdem u tgħix. Min jaf kemm iħossuhom weħidhom u abbandunati!

n E T w Er K d I n j I Ta’ Ta l B

wEħIdha F’BElT KBIra

Intenzjoni tal-Papa għal Ġunju: Biex fl-ibliet il-kbar l-anzjani, l-emarġinati u dawk li sfaw weħidhom jiltaqgħu ma’ nies li jagħtu kashom.

NitlobMulej, grazzi tal-persuni li jriduli l-ġid. Fakkarni f ’dawk li ma nfittixhomx għax naħseb li m’għandix bżonnhom. Wittilhom it-triq biex huma wkoll isibu lil min iwasslilhom il-ħlewwa u l-kobor ta’ mħabbtek.

X’nista’ nagħmel• Insib ħin fil-ġurnata fejn nitfi

l-mowbajl u noqgħod nitkellem ftit ma’ dawk li nħobb. Ma nħalli lil ħadd u lil xejn itellifni milli nikkomunika tajjeb.

• Fil-contacts list li għandi fil-mowbajl tiegħi nara hemmx xi ħadd li forsi qed ibati jew iħossu waħdu u mwarrab mill-oħrajn. Nagħtih sorpriża billi nċempillu b’xi skuża jew oħra – kemm nurih li jimpurtani minnu.

• Meta nżur xi dar tal-anzjani jew l-isptar nistaqsi hemmx xi ħadd li ħadd ma jmur iżuru. Forsi d-darba li jmiss inqatta’ mqar żewġ minuti ħdejh!

20 | Flimkien

Page 21: Flimkien Ġunju 2016
Page 22: Flimkien Ġunju 2016

Kulħadd jaf li f ’dawn l-aħħar 30 sena qed jiżviluppaw aktar kanċers, mard tal-qalb, pressjoni għolja, kolesterol

għoli, dijabete, fost kundizzjonijiet oħra. Ħafna minn dawn huwa minħabba l-istil ta’ ħajja li hu differenti minn dak li konna ngħixu bih qabel. Sirna nieklu ikel b’ħafna preżervattivi u melħ. Qed ikollna wkoll stress akbar fuq ix-xogħol u fil-ħajja inġenerali.

Nispera li f ’din is-serje ta’ artikli nkun nista’ nispjega li dan in-nuqqas ta’ saħħa qegħdin inġibuh b’idejna stess u li ħafna mill-mard, stress, tensjoni u dipressjoni huwa proprju minħabba dan l-istil ta’ ħajja.

Din is-sitwazzjoni nistgħu nibdluha billi nibdlu d-dieta tagħna, nieklu ikel nadif, aktar organiku u b’anqas preżervattivi; nieklu aktar frott u ħaxix frisk, u nnaqqsu l-istress b’modi oħra, anki billi nagħmlu aktar eżerċizzju.

Wieħed irid jagħmel ukoll viżta regolari għand it-tabib tiegħu, check-up komplet tal-qalb, il-pulmun, u l-organi taż-żaqq, tal-pressjoni, tal-piż, tal-BMI (Body-Mass Index) u xi testijiet tad-demm għall-anemija, id-dijabete, il-fwied, il-kolesterol, il-kliewi, il-prostata, u t-thyroid.

S aħ ħ I T n a l- E w w E l doT T. Go d Fr E y aG I uS

Qed nerġgħu nibdew ir-rubrika dwar is-saħħa. Grazzi lil Dott. Godfrey Agius għal din is-serje li se jkun qed jikteb. Jekk għandek xi mistoqsijiet jew suġġeriment

dwar suġġetti, iktbilna: Flimkien, Saħħitna l-Ewwel, Kurja, Floriana.

Viżta regolari għand it-tabib

Jagħmel ukoll bone density scan, mammogram, chest X-ray, ECG, check-up tal-ġilda għal xi tbajja’ kannella jew għazz li qed jiskuraw, test tal-ippurgar għal xi traċċi ta’ demm, test tal-awrina u testijiet oħra li t-tabib jirrakkomanda.

Għal dawn iċ-check-ups m’hemmx età, u wieħed jista’ jibda jagħmilhom mill-età ta’ 20 sena, għalkemm xi testijiet minn dawn m’hemmx għalfejn isiru f ’età żgħira.

Importanti li nitkellmu mat-tabib u nagħtuh l-‘istorja’ tagħna u xi dettalji dwar xi mard fil-familja, safar f ’postijiet b’iġjene baxxa, sports jew passatempi li nagħmlu li jitolbu ċertu livell ta’ saħħa fiżika, xi tipjip jew abbuż mill-alkoħol, droga jew mediċini li wieħed jieħu regolari. Dan kollu jgħin lit-tabib biex jista’ jagħti pariri aħjar u aktar dettaljati għall-istat tas-saħħa tagħna.

Dawn iċ-check-ups għandhom isiru kull sena, għalkemm meta t-tabib ikollu r-riżultati f ’idejh jista’ jirrakkomanda li xi testijiet isiru aktar spiss, pereżempju l-mediċina għat-thyroid fejn wieħed irid jara regolarment kif qiegħed id-demm u jżid jew inaqqas id-doża skont il-bżonn.

22 | Flimkien

Page 23: Flimkien Ġunju 2016

Spjega tal-Vanġelu tal-ĦaddNissuġġerixxi lill-qarrejja tal-magażin Flimkien biex jidħlu fil-websajt LAIKOS. Fil-kolonna fuq in-naħa tal-lemin issib kaxxa bit-titlu ‘L-Evanġelju tal-Ħadd’. Fiha ssib ‘Qari tal-Vanġelu tal-Ħadd, produzzjoni Kyrios”. Hemm ukoll il-Vanġelu għat-tfal li qed jintuża ħafna minn xi skejjel u klassijiet tad-duttrina. Produzzjoni ta’ Joyce u Raymond Zammit. Hemm ukoll riflessjonijiet minn Dun Pawl Camilleri, P. Hayden Wiliams OFM Cap, P. Marcello Ghirlando OFM – li huma kollha produzzjoni Kyrios. Il-kelliem jinbidel skont iż-żmien tas-sena liturġika. Issib ukoll riflessjoni minn P. Paul Chetcuti SJ, produzzjoni Kyrios. Dan il-kelliem ukoll jinbidel skont iż-żmien tas-sena liturġika. Fl-ewwel paġna tal-Laikos issib link aġġornata għalihom kull ġimgħa.

HB, Tas-Sliema

Sitt ostji fl-ispazjuKien interessanti ħafna l-artiklu “Sitt ostji fl-ispazju” (Mejju) dwar Michael Hopkins li għamel żewġ mixjiet fl-ispazju fil-21 u l-24 ta’ Diċembru, 2013. Huwa wera pubblikament il-fidi tiegħu fl-Ewkaristija wara li sar Kattoliku meta tqarben fl-ispazju. Huwa ta kuraġġ u eżempju lil min isibha bi tqila jitqarben ta’ spiss jew forsi jitqarben darba fis-sena jew qatt. Fil-fatt din ma kenitx l-ewwel darba li astronawta jieħu miegħu “ħobż u nbid” fl-ispazju. Fl-20 ta’ Lulju, 1969, Buzz Aldrin kien fuq il-qamar u qara mill-Vanġelu skont San Ġwann: “Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn” (Ġwanni 15:5). Wara dan huwa ħa l-ħobż u l-inbid, u mbagħad ħareġ barra l-Lunar Module fuq wiċċ il-qamar ħdejn sieħbu Neil Armstrong.

P. Xuereb, Ħaż-Żabbar

I T Tr I M I l l- qa r r E jja

L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

ITTra rEBBIEħa

Inħallu kollox għaddej?Inħossni tassew iddiżgustat b’xi wħud mill-produzzjonijiet Maltin tal-palk u t-tv minħabba l-kliem ħażin, baxx u maħmuġ li fihom. Mhux se nirrepetihom hawn, imma bis-saħħa ta’ dawn is-suppost produzzjonijiet il-palk u l-ilsien Malti lura sejrin mhux ’il quddiem. Uliedna qed jitgħallmu malajr il-Malti baxx, vulgari u maħmuġ. U m’iniex la qed niskrupla u lanqas nipprova nilgħabha tal-qaddis – anki jekk forsi hawn min ittimbrani hekk. Ma narax lanqas li hi tad-daħk jew xi arti li jingħad id-dagħa. S’issa wasalna sa “ħaqq” u mbagħad isemmu l-ewwel ittri tal-kelma ta’ wara. Ftit ieħor – nittama li le – jibdew jgħidu l-kelma sħiħa. Kliem baxx u dagħa la hu letteratura, la arti, la realiżmu u lanqas xi kapaċità. U mhux biss għax hemm it-tfal jisimgħu kollox.

M.A. Chircop

Koppja Magħġuna fi KristuSentejn ilu nfetaħ il-proċess tal-Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani. Fuq il-websajt, li ġiet modernizzata u aġġornata, issib ktieb online bil-Malti (Koppja Magħġuna fi Kristu) u bl-Ingliż dwar ħajjithom, riflessjonijiet dwar l-ispiritwalità tal-koppja, u l-mixja tagħhom flimkien lejn il-qdusija fiż-żwieġ u fil-familja. Issib ukoll it-talba jekk tixtieq titlob grazzja bl-interċessjoni tagħhom. Il-link għall-websajt hija www.henryandinezcasolani.org.

Ġunju 2016 | 23

Page 24: Flimkien Ġunju 2016

FLEXORIN GEL jista jinxtara minn spiżerijiewlenin madwar Malta w Għawdex u mill-Europharma Medical Centre, Triq Salvu Psaila, B’KaraTel: 23859211 ; [email protected]

FLEXORIN GEL huwa emulsjoni li hija fformulataspeċifikament biex i�affi l-uġigħ tal-muskoli u anketal-ġogi. Li jaghmel FLEXORIN GEL speċjali hu l-fa� lidan il-prodo� mhux xi ingwent ordinarju li hawnħafna bħalhom fuq is-suq, iżda emulsjoni ta’ żejt uilma mħall�n flimkien biex b’hekk ikun jista’jippenetra l-ġilda (li ukoll hi magħmula minn saffi ta’żejt u ilma) aħjar u b’mod ħafna aktar mgħaġġel.Minħabba din ir-raġuni, FLEXORIN GEL kapaċi jilħaqferm aħjar tessu� (�ssues) fil-ġisem li jistghujibbenefikaw mill-ingredjen� a�vi (ac�ve ingredients)li mgħammar bih FLEXORIN GEL

Barra mill-fa� li FLEXORIN GEL jippenetra l-ġildamalajr, FLEXORIN GEL mgħammar b’si� ingredjen�li huma xjen�fikament ippruva� li jtaffu l-uġigħ uin�ammazzjoni.

Għaldaqstant, FLEXORIN GEL joffri serħan mill-uġigħu jtaffi l-in�ammazzjoni mill-ewwel. FLEXORIN GELjista’ jiġi applikat sa tliet darbiet kuljum, huwakklassifikat bħala medical device u għalhekk magħandux bżonn preskrizzjoni tat-tabib.

Page 25: Flimkien Ġunju 2016

Bil-Malti għandna qawl li jgħid: “Jekk ma tikolx it-tewm, ma ġġibx riħet it-tewm!” Jiġifieri, oqgħod attent xi tgħid

għax kliemek jikxfek. Naturalment il-qawl ġej mill-fatt li jekk tkun kilt it-tewm kulħadd se jinduna! Imma minkejja r-riħa li ddejjaq lil xi wħud, it-tewm fih ħafna benefiċċji għal saħħitna.

Nafu li jgħin biex jikkontrolla l-pressjoni u l-livell tal-kolesterol. Jgħin ukoll lil ġisimna biex jiġġieled l-infezzjonijiet. It-tewm jiġġieled kontra l-mard minħabba l-antiossidanti li fih. Dawn inaddfu ċ-ċirkolazzjoni u jgħinu l-imsaren jaħdmu sew. Jidher ukoll li min jieħu l-ammont ta’ tewm li suppost ibati inqas minn influwenzi u rjiħat, u dan minħabba li t-tewm jagħmel is-sistema immunitarja tal-ġisem (li tiġġieled kontra l-mard) aktar b’saħħitha. Studji u esperimenti oħra juru li t-tewm jista’ jgħin ukoll biex tittratta l-uġigħ fil-widnejn u anki l-hay fever.

Esperimenti li saru wkoll juru li jekk it-tewm ma jkunx frisk ikun aktar qawwi u aħjar għas-saħħa. Meta jkun iffermentat (u iswed) ikun l-aħjar. Hawn min jieħu l-pinnoli tat-tewm, li fihom it-tewm fl-ammont li suppost, imma t-tewm naturali hu dejjem l-aħjar. L-importanti huwa li ma tiħux aktar milli suppost għax tewm żejjed ukoll jista’ jagħmillek il-ħsara, pereżempju jista’ “jaħraq” l-istonku u l-imsaren u b’hekk jagħmlilhom il-ħsara.

Nagħlqu b’qawl ieħor Malti dwar it-tewm: “San Mattew qtigħ ir-rummien u żrigħ it-tewm.” Qawl agrikolu li jfisser li fit-tielet ġimgħa ta’ Settembru (fil-21 taħbat il-festa ta’ San Mattew, l-appostlu u l-evanġelista) jinqata’ r-rummien u jinżara’ t-tewm.

I F h E M da K l I T I E Ko ln u Tr Iz z j o n I S Ta

Spinaċi bit-Tewm(4 porzjonijiet)

Ingredjenti:• mgħarfa butir mhux immellaħ• 6 irjus tewm imqattgħin irqiq• 2 boroż spinaċi frisk• kuċċarina tewm imfarrak• nofs lumija magħsura

Metodu:Saħħan il-butir ġo taġen b’qiegħ oħxon fuq nar mhux qawwi. Ħallatlu t-tewm. Sajjar u ħawwad sakemm it-tewm jibda jfuħ, għal xi 2 minuti. Żid l-ispinaċi ftit ftit, waqt li tħawwad sakemm dan jidbiel qabel ma żżid iktar, u dan għal xi 5 minuti. Ħallat il-lumi magħsur u żid il-frak tat-tewm.

It-Tewm

FLEXORIN GEL jista jinxtara minn spiżerijiewlenin madwar Malta w Għawdex u mill-Europharma Medical Centre, Triq Salvu Psaila, B’KaraTel: 23859211 ; [email protected]

FLEXORIN GEL huwa emulsjoni li hija fformulataspeċifikament biex i�affi l-uġigħ tal-muskoli u anketal-ġogi. Li jaghmel FLEXORIN GEL speċjali hu l-fa� lidan il-prodo� mhux xi ingwent ordinarju li hawnħafna bħalhom fuq is-suq, iżda emulsjoni ta’ żejt uilma mħall�n flimkien biex b’hekk ikun jista’jippenetra l-ġilda (li ukoll hi magħmula minn saffi ta’żejt u ilma) aħjar u b’mod ħafna aktar mgħaġġel.Minħabba din ir-raġuni, FLEXORIN GEL kapaċi jilħaqferm aħjar tessu� (�ssues) fil-ġisem li jistghujibbenefikaw mill-ingredjen� a�vi (ac�ve ingredients)li mgħammar bih FLEXORIN GEL

Barra mill-fa� li FLEXORIN GEL jippenetra l-ġildamalajr, FLEXORIN GEL mgħammar b’si� ingredjen�li huma xjen�fikament ippruva� li jtaffu l-uġigħ uin�ammazzjoni.

Għaldaqstant, FLEXORIN GEL joffri serħan mill-uġigħu jtaffi l-in�ammazzjoni mill-ewwel. FLEXORIN GELjista’ jiġi applikat sa tliet darbiet kuljum, huwakklassifikat bħala medical device u għalhekk magħandux bżonn preskrizzjoni tat-tabib.

Ġunju 2016 | 25

Page 26: Flimkien Ġunju 2016

F’Xarabank b’risq id-Dar tal-Providenza

Għin biex tinbena Dar oħra

nHar iL-ĠiMGħa, 24 ta’ ĠUnJU 2016...

Page 27: Flimkien Ġunju 2016

Mimdudin2. “Għax fejn hemm it------ tiegħek, hemm

tinsab qalbek ukoll.” - Mt 6:21 (5) 5. Parti minn kurvatura jew ċirku (3)6. “F’kemm tgħid --- ” - jiġifieri f’radda ta’ salib

(3)7. Dawn ġejjin u sejrin fl-aħħar jinkisru (5)9. Speranza (4)10. Pranzu, ċena (4)11. Fl-elezzjoni titfgħu ġol-kaxxa (3)13. Qawl: Mix-xewk joħroġ il----- (4)14. B’punti ndaqs (3)15. Karta tal-logħob bin-numru wieħed (3)17. Bihom tigdem u tiekol (4)18. Ma jiftaħarx bih innifsu (4)19. Jirreċta fuq il-palk (5)20. Żgur li mhux le! (3)21. Ġurnata (3)22. Pjanta (5)

weqfin 1. Ommu kienet Santa Monika (5,6) 3. Bomblu, ġarra (3) 4. Jekk jaħdimlek bil-mod ma tantx taħraq

kaloriji! (11) 7. Ġnien żgħir (7) 8. Ċerimonja (3) 12. Panda jew polari (3)15. Jekk tiftaħ dan, tiekol żgur! (5)16. L-Imdina mdawra bih (3)

Irbaħ voucher mingħand alfsons Supermarket, il-ħamrunIbgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Sib il-Kliem

Tisliba

Qiegħed dawn l-għaxar kelmiet kull waħda fir-ringiela tagħha. Meta ssibilhom posthom, il-kaxxi l-griżi jkunu juru żewġ ismijiet ta’ membri tal-familja. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat biss iż-żewġ kelmiet (m’hemmx għalfejn il-grillja kollha) sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sib il-Kliem, Kurja, Floriana.

Tweġiba għax-xahar l-ieħor: Marzu u Ġunju.

rebbieħ/a: M. Muscat, il-Fgura

not

a: G

ħ u

IE ji

eħdu

kax

xa w

aħda

Mimdudin: 2. FONTI, 5. IDU, 6. RAW, 7. MILIED, 9. OMMI, 10. AĠIR, 11. TIR, 13. ETNA, 14. FRA, 15. ĠAB, 17. OĦTI, 18. LUDO, 19. ŻEBRA, 20. TUT, 21. ĠOB, 22. MANNA.weqfin: 1. RINOĊERONTI, 3. NOL, 4. GWARDAROBBA, 7. MILANIŻ, 8. DAR, 12. IRA, 15. ĠOBON, 16. BLA.

loGħ o B • cl au d I a cI n I

rebbieħ/a: M. agius, il-Mosta

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

1 2 3 4

5 6

7 8

9 10

11 12

13 14

15 16

17 18

19

20 21

22

M

I

X

O

ANTIK, GAĠĠA, ĦITAN, ISFEL, KOLLA, KUKER, MUTUR, TAFAL, TIKKA, XITLA.

Flimkien fuq il-kompjuter tiegħekFlimkien tista’ taqrah ukoll online fuq il-websajt tal-Arċidjoċesi: www.maltadiocese.org

Ġunju 2016 | 27

Page 28: Flimkien Ġunju 2016

Offering Support andEmployment to the

VULNERABLE

197, Office B, Triq il-Marina, Pieta Malta.T: (+356) 2703 6602 | 2707 5555 | 2707 5556 | E: [email protected]

SUPPORTEDEMPLOYMENTPROGRAMME

The official Supported Employment Cooperative affiliated to the Malta Association for Supported Employment. VO-1159

Positive Supported Employment Cooperative Ltd

HOTLINE7707 5555

Malta Representative of the European Union of Supported Employment.

Page 29: Flimkien Ġunju 2016

Għalina t-tfal

Kif inkun kreattiv

Kompetizzjoni bi premjuWara li timla l-kaxex kollha, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor.

Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia, f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba għax-xahar l-ieħor: MARIJA. Rebbieħ/a: N. Bugeja Ħal Qormi

1. Logħba bil-ballun.2. Majjal.3. Ir-raġel tal-mogħża.4. Fih iġġorr li tkun xtrajt.5. Statwa ċkejkna fil-presepju.6. Ħrafa; ġrajja.

1.

2.

3.

4.

5.

6.

• Tkun kreattiv billi tuża kemm tista’ t-talenti li għandek.

• Tkun kreattiv ifisser tagħraf liema huma t-talenti tiegħek.

• Żviluppa t-talenti li għandek billi titgħallem, tipprattika, tistaqsi, tfittex.

• Tkun kreattiv billi tagħmel l-affarijiet bil-mod tiegħek, bla ma tikkopja lil ħaddieħor.

• Tkun kreattiv jekk tagħmel xi ħaġa li minnha jgawdi wkoll xi ħaddieħor.

Tkellem mal-ġenituri dwar kif tista’ tkun kreattiv jekk:• tixtieq titgħallem iddoqq strument,

tpinġi, tiżfen, tirreċta;• ġietek xi idea kif tagħmel xi ħaġa

b’mod ġdid u differenti;• tixtieq tikteb poeżija;• tixtieq tagħmel xi kartolina jew rigal

inti stess.

PaĠ n a MT E l l a’ M I n n cl au d I a cI n I

pinġi l-istampa b’Kuluri sbieħ u aGħtiha lil missiereK f’jum il-missier

Ġunju 2016 | 29

Page 30: Flimkien Ġunju 2016

Ir-rabbi qagħad bilqiegħda u staqsa lid-dixxipli tiegħu din il-mistoqsija: “Min jaf jgħidli meta jintemm il-lejl u meta jibda l-jum?”

Wieħed mid-dixxipli wieġeb: “Ħeqq, meta jkun hemm dawl biżżejjed biex tista’ timxi fit-triq bla ma jkollok bżonn tuża l-fanal.”

Ieħor wieġeb: “Meta jkun hemm dawl biżżejjed li tista’ tara d-differenza bejn nagħġa u kelb.”

Terġa’ ieħor qal: “Meta tista’ tagħraf siġra tat-tin minn siġra taż-żebbuġ.”

Kull darba r-rabbi jgħidilhom: “Le, mhux dik it-tweġiba t-tajba.”

Qam ir-raba’ wieħed u wieġeb: “Meta l-kwiekeb ma jidhrux aktar fis-sema.”

“Lanqas.”

Fl-aħħar ir-rabbi ġabarhom madwaru u qalilhom: “Tinduna li l-lejl spiċċa u beda l-jum meta tħares f’wiċċ xi ħadd barrani u tagħrfu bħala ħuk jew oħtok! Huwa f’dak il-mument biss li l-lejl iċedi postu għall-jum!”

l-aħ ħa r PaĠ n a

Meta jintemm il-lejl?

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Ġunju 2016
Page 32: Flimkien Ġunju 2016

FEELING FREE AT HOME

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206, Fax: 21 252 207 Email: [email protected]

Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F

Marsa Industrial Park, Marsa, Malta

invest in comfort and safety for yourself or your parents