flimkien frar 2015

32
Frar 2015 | Numru 123 Newspaper Post Jien li bqajt id-dar 10 X’seta’ għadda minn moħħ ħu l-Iben il-Ħali 9 Is-sejħa u l-missjoni tal-Familja 18 Ġlieda bejn il-Karnival u r-Randan

Upload: knisja-malta

Post on 07-Apr-2016

297 views

Category:

Documents


11 download

DESCRIPTION

 

TRANSCRIPT

Page 1: Flimkien Frar 2015

F r a r 2 0 1 5 | N u m r u 1 2 3

New

spap

er P

ost

Jien li bqajt id-dar

10 X’seta’ għadda minn moħħ ħu l-Iben il-Ħali

9 Is-sejħa u l-missjoni tal-Familja

18 Ġlieda bejn il-Karnival u r-Randan

Page 2: Flimkien Frar 2015

DATI 3 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni tripla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, transfers, servizzi ta’ gwida professjonali u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni tripla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, transfers, servizzi ta’ gwida professjonali u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

BSL Britannia Tours… your holiday starts here!

DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

L-Gœid æewwaLisbona

minn

¢439 ¢399minn

DATI 3 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

Kusadasi, Turkija

DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

DATI 2 - 6 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)DATI 2 - 6 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

L-Gœid æewwaLourdes

minn

¢543 ¢419minn

DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

Fatima - Portugall

Page 3: Flimkien Frar 2015

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Frar 2015Editorjal • Dun Anton Portelli

Aħseb fuqha

Irtir fis-silenzju għaż-żgħażagħIrtir fis-silenzju għaż-żgħażagħ, iggwidat fuq livell individwali minn grupp ta’ Ġizwiti u lajċi.

Dar Manresa, Victoria. 27 ta’ Frar - 1 ta’ Marzu.

Jekk interessat, ibgħat email lil: [email protected]

Idejn miftuħa

L-Iben il-Ħali, li huwa milqugħ minn Missieru, huwa aħna lkoll:

kull wieħed u waħda minna.

Aħna lkoll ħlejna l-imħabba u l-grazzji li tana l-Mulej Alla tagħna.

Aħna lkoll tlaqna minn dar il-familja tagħna u mill-imħabba ta’ Missierna.

Aħna lkoll m’għarafniex biżżejjed kif nużaw l-imħabba li poġġa fina l-Missier tagħna tas-sema.

Aħna lkoll spiċċajna naħsbu, ngħidu u nagħmlu ħwejjeġ li ma konniex nagħmlu qabel tbegħidna mill-imħabba ta’ Missierna.

Aħna lkoll – f ’xi mument – intbaħna bl-iżball li nkunu għamilna.

Ħafna minna reġgħu lura u sabu lill-Missier jilqagħhom b’idejh miftuħa.

Dawn l-idejn miftuħa dejjem qegħdin jistennew lil min għadu ma marx lura.

Ir-Randan huwa ż-żmien it-tajjeb biex nimtlew bl-imħabba ta’ Alla, il-Missier tagħna lkoll.

Faċċata: Rembrandt, The Return of the Prodigal Son, Hermitage Museum, St Petersburg

Children and guestsWhat do we say to a guest who forgets her umbrella? Do we run after her and

say: “What is the matter with you? Every time you come to visit you forget

something! If it’s not one thing it’s another. Why can’t you be like your sister? When she comes to visit, she

knows how to behave! You’re 44 years old! Will you never learn? I’m not a

slave to pick up after you! I bet you’d forget your head if it weren’t attached

to your shoulders!”

No, that is not what we say to a guest. We say, “Here’s your umbrella, Alice,” without adding “scatterbrain”.

Parents need to learn to respond to their children as they do to guests.

Haim Ginott

Drachma Parents Support Group Support group għal ġenituri Kattoliċi b’ulied gay.

Il-laqgħat li jmiss se jsiru l-Ħamis 19 ta’ Frar u l-Ħamis 19 ta’ Marzu.

Fis-7:30pm.

Mount St Joseph Retreat House, Mosta.

Ċempel 7944 2317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett dwar is-suġġett.

Irtir ta’ tħejjija għall-Għid il-KbirMill-Ġimgħa, 27 ta’ Frar filgħaxija sal-Ħadd l-1 ta’ Marzu f’nofsinhar.

Imexxi: Fr. Mark Cachia, SJ

Dar Manresa, Għawdex

DATI 3 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni tripla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, transfers, servizzi ta’ gwida professjonali u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni tripla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, transfers, servizzi ta’ gwida professjonali u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

BSL Britannia Tours… your holiday starts here!

DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

L-Gœid æewwaLisbona

minn

¢439 ¢399minn

DATI 3 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

Kusadasi, Turkija

DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

DATI 2 - 6 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)DATI 2 - 6 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

L-Gœid æewwaLourdes

minn

¢543 ¢419minn

DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

Fatima - Portugall

Page 4: Flimkien Frar 2015

Kien jisimha Malta

F’dawn il-jiem meta nkunu qed niċċelebraw il-festa tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl, niftakru

fil-Fidi Nisranija li ġabilna u li sawret l-għeruq tal-poplu tagħna.

Nistqarr magħkom li kull darba li nisma’ l-espressjoni “Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta” (Atti 28:1) nikkommwovi ruħi u nħoss f ’qalbi sens kbir ta’ gratitudni lejn il-providenza ta’ Alla kif ukoll sens kbir ta’ responsabbiltà li ngħix u ngħaddi lil ta’ warajna dan id-don prezzjuż tal-Fidi Nisranija.

F’dan ix-xahar ukoll inkunu qed nibdew ir-Randan, biex nippreparaw ħalli niċċelebraw il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù Kristu, u f ’Sibt il-Għid inġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija. Ippermettuli nagħmlilkom żewġ suġġerimenti.

L-ewwel, li nagħmlu ħilitna kollha biex niċċelebraw flimkien il-Vġili Qaddis tal-Għid fil-parroċċi u l-komunitajiet tagħna u nġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija flimkien. It-tieni, li nfittxu l-ġurnata tal-Magħmudija tagħna u dakinhar nerġgħu nġeddu personalment il-wegħdiet tal-Magħmudija b’sinjal ta’ impenn ġdid.

B’hekk inkunu qed nissaħħu fir-rieda tagħna li nilqgħu l-istedina ta’ Alla biex nagħrfuh, inħobbuh l-ewwel u qabel kollox, biex hekk inħobbu lil xulxin bl-istess imħabba tiegħu.

+ Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku

L-omm l-aktar li tobgħod il-gwerra

L-omm ftit li xejn hi mismugħa. Ftit issib għajnuna fil-ħajja ta’ kuljum. Ftit hu meqjus ir-rwol ċentrali tagħha

fis-soċjetà. Anzi, spiss napprofittaw mid-disponibbiltà tal-ommijiet li jissagrifikaw ruħhom għal uliedhom. L-ommijiet jixirqilhom jinstemgħu iżjed. Għandna nifhmu iżjed it-taħbit tagħhom ta’ kuljum.

L-ommijiet huma l-aqwa antidotu kontra l-individwaliżmu egoistiku. “Individwu” jfisser “li ma tistax taqsmu”. Imma l-ommijiet “jinqasmu”, ibda minn meta jilqgħu iben fi ħdanhom biex jagħtuh lid-dinja u jrabbuh. Huma l-ommijiet l-aktar li jobogħdu l-gwerra, li toqtlilhom lil uliedhom.

L-ommijiet jittrasmettu wkoll is-sens l-aktar profond tal-prattika reliġjuża. Fl-ewwel talbiet, fl-ewwel ġesti ta’ devozzjoni li tfajjel jitgħallem, hemm minqux il-valur tal-fidi fil-ħajja ta’ bniedem. Hu messaġġ li l-ommijiet li jemmnu jafu jgħadduh mingħajr ħafna spjegazzjonijiet – dawk jiġu wara – imma ż-żerriegħa tal-fidi qiegħda f ’dawk l-ewwel waqtiet mill-aktar prezzjużi. Mingħajr l-ommijiet, mhux biss ma kienx ikun hawn fidili ġodda, imma l-fidi kienet titlef parti sewwa mis-sħana sempliċi u qawwija tagħha.

Għeżież ommijiet, grazzi, grazzi ta’ dak kollu li intom fil-familja u għal dak li tagħtu lill-Knisja u lid-dinja ... Grazzi lill-ommijiet kollha hawn preżenti: insellmulhom b’applaws! (7 ta’ Jannar, 2015).

Il-kelma ta’ Papa Franġisku

4 | Flimkien

Page 5: Flimkien Frar 2015

Aħna tempju tat-Trinità qaddisa. Il-persuna umana sħiħa – ruħ u ġisem – hija dan it-tempju qaddis

ta’ Alla. Aħna lkoll imsejħin nuru rispett kbir lejn il-ġisem tagħna u lejn ġisem ħaddieħor. It-tradizzjoni tal-Knisja dejjem qieset is-sitt kmandament bħala gwida ta’ kulma għandu x’jaqsam mas-sesswalità tal-bniedem.

Meta ngħidu kastità, inkunu qed nirreferu għal dik l-integrazzjoni pożittiva tas-sesswalità. Il-kastità

tgħodd għal kulħadd. Hemm il-kastità li jgħixu dawk li jħaddnu l-ħajja konsagrata (patrijiet u sorijiet); hemm il-kastità li jgħixu s-saċerdoti tar-Rit Latin (għax ma jiżżewġux); hemm il-kastità li jgħixu l-miżżewġin; u hemm il-kastità li jgħixu dawk li jagħżlu li ma jiżżewġux (il-ġuvintur u x-xebbiet verġni); u dawk li jkunu romlu. F’kull każ, nitkellmu dwar l-‘integrazzjoni tal-persuna’, li tagħraf tgħix il-kastità skont l-istat tagħha, u b’rispett lejn persuni oħra.

Persuna li ma tiżnix – jiġifieri li tgħix il-kastità – iżżomm taħt kontroll dawk l-impulsi ta’ ħajja u ta’ mħabba li tħoss

ġewwa fiha. Dan il-kontroll huwa meħtieġ f ’kulħadd, hu x’inhu l-istat li l-persuna għażlet li tħaddan jew li qiegħda fih. Dan huwa marbut mad-dinjità tal-persuna. Din id-dinjità l-bnedmin jiksbuha meta bil-mod il-mod jeħilsu minn kull jasar tal-passjonijiet li jħossu, u b’għażla ħielsa jagħżlu dak li huwa tajjeb u safi.

Inti msejjaħ biex turi kontroll fuqek innifsek (self-control). Dan jieħu ż-żmien, u jitlob impenn. Ifisser ukoll li għandek

toqgħod attent għal dak li tħoss ġewwa fik u tesprimi s-sesswalità tiegħek skont l-istat ta’ ħajtek. Int min int, u hu x’inhu l-istat ta’ ħajtek, dejjem għandek turi rispett lejk innifsek u lejn ħaddieħor.

Mhux kulma tħoss jista’ jkun tajjeb għalik jew għal persuna oħra. Il-kontroll fuqek innifsek jgħinek

biex tagħti lilek innifsek. Il-mod kif tagħti lilek innifsek jiddependi mill-istat ta’ ħajtek – altru inti miżżewweġ jew miżżewġa; altru inti ġuvni jew xebba; altru inti patri jew soru; altru inti saċerdot; u altru armel jew armla. Kulħadd huwa msejjaħ biex jagħti ħajtu lil ħaddieħor.

Jekk trid tgħix b’fedeltà s-sejħa Nisranija tiegħek, għandek tipprova tagħmel minn kollox biex tevita dak li taf li jista’ jfixklek

u jġiegħlek tiżni. Tinsiex li min jittarraf, jiġġarraf. Min jimxi qrib it-tarf tal-irdum, għandu ċans akbar li jitgerbeb u jaqa ’l isfel.

Ġesù Kristu huwa l-mudell tal-kastità.

Kif tagħti ħajtek lil ħaddieħor

Frar 2015 | 5Fr Hector Scerri • Il-Kmandamenti (6)

Page 6: Flimkien Frar 2015

rehearsing for an upcoming show. I was asked what was wrong with me but I couldn’t answer. For the first time in my life I was unable to hear the wonderful music that was being played.”

Exposure to noise can cause extensive damage to your hearing. This is sometimes irreversible and the only answer is to consult a hearing aid audiologist.

“There is a real stigma that the hard of hearing have to face. With all the difficulties that may effect a man of my age, it’s one more problem you don’t want to add to the list.

“So I did a lot of pretending. I did a lot of smiling and nodding and saying ‘Oh, yes’ to people, hoping I’d got away with it but I was aware that I was only picking up every eighth or ninth word. It came to the point where I knew I had to do something constructive and so I finally decided to go and have a hearing test. My wife

Thanks to Clear Tone Hearing I’m in heaven again!Eurovison Singer, Joe Grech explains how his life felt incomplete when his hearing loss meant that he was no longer able to sing. After a visit to Mr Michael Wall at Clear Tone Hearing, his life is now firmly back on track.

Since becoming Malta’s first ever representative at the Eurovision Song Contest in 1971, Joe Grech has spent his entire career performing to crowds all over the world. However, for the past five years he has concealed a closely-guarded secret that has threatened not only his singing career but his day to day life: noise induced hearing loss.

“I have no idea, even now, how my hearing became so damaged,” he says, speaking publicly for the first time. “I first noticed that something was wrong when I was

suggested that I contact Clear Tone Hearing as she had seen their advertisement in the local church magazine. I was very hesitant at first but after visiting Mr. Wall I new I had made the right choice.

“When I lost my hearing I was very depressed. Thanks to Clear Tone Hearing I’m in

heaven again.”

Joe Grech performing his 1971 Eurovision hit “Marija L-Maltija”

Joe Grech during his recent visit to the Unitron UK office

Joe is now wearing Moxi Kiss Pro from Unitron.

hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

To schedule your FREE hearing consultation and evaluation call Philip today on 99 884 517.

El Medina, Triq Il-Maskli, Qawra, SPB 1480Tel. 21 576 308

CLEAR TONE HEARING

The day Joe Grech got his hearing back...

Mr Wall of Clear Tone Hearing conducts a thorough examination of Joe’s ears. He must first check that the ear is healthy before he can conduct a comprehensive hearing assessment. The otoscope Mr Wall uses enables him to explore the outer and middle ear including the ear drum.

Having his hearing tested was the next step in determining if Joe did in fact have hearing loss. The hearing test is a quick, painless and noninvasive procedure that allows the hearing professional to recommend the best treatment if you do in fact have hearing loss.

It was smiles all round as Mr. Wall presented Joe with the latest hearing instrument technology from Unitron. The Moxi Pro is the most advanced product available in Malta today. There was also a surprise for Mr. Wall as Joe presented Mr. Wall with a copy of his 1971 hit, “Marija L-Maltija”.

A common problemHearing loss is not like listening to sounds with the volume turned down. Instead, you may notice that certain spoken sounds - like sh, th and f - are more difficult to hear than others. That is why people with hearing loss often say they can hear people talking but can’t understand what is being said.

Today there’s such a wide choice of hearing instruments with an unprecedented variety of features and looks available to suit your specific hearing loss, listening environments, budget and style.

Clear Tone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE

Join us at our Malta & Gozo clinics, running from Monday, 16th February - Saturday, 21st February where our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.

Page 7: Flimkien Frar 2015

rehearsing for an upcoming show. I was asked what was wrong with me but I couldn’t answer. For the first time in my life I was unable to hear the wonderful music that was being played.”

Exposure to noise can cause extensive damage to your hearing. This is sometimes irreversible and the only answer is to consult a hearing aid audiologist.

“There is a real stigma that the hard of hearing have to face. With all the difficulties that may effect a man of my age, it’s one more problem you don’t want to add to the list.

“So I did a lot of pretending. I did a lot of smiling and nodding and saying ‘Oh, yes’ to people, hoping I’d got away with it but I was aware that I was only picking up every eighth or ninth word. It came to the point where I knew I had to do something constructive and so I finally decided to go and have a hearing test. My wife

Thanks to Clear Tone Hearing I’m in heaven again!Eurovison Singer, Joe Grech explains how his life felt incomplete when his hearing loss meant that he was no longer able to sing. After a visit to Mr Michael Wall at Clear Tone Hearing, his life is now firmly back on track.

Since becoming Malta’s first ever representative at the Eurovision Song Contest in 1971, Joe Grech has spent his entire career performing to crowds all over the world. However, for the past five years he has concealed a closely-guarded secret that has threatened not only his singing career but his day to day life: noise induced hearing loss.

“I have no idea, even now, how my hearing became so damaged,” he says, speaking publicly for the first time. “I first noticed that something was wrong when I was

suggested that I contact Clear Tone Hearing as she had seen their advertisement in the local church magazine. I was very hesitant at first but after visiting Mr. Wall I new I had made the right choice.

“When I lost my hearing I was very depressed. Thanks to Clear Tone Hearing I’m in

heaven again.”

Joe Grech performing his 1971 Eurovision hit “Marija L-Maltija”

Joe Grech during his recent visit to the Unitron UK office

Joe is now wearing Moxi Kiss Pro from Unitron.

hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

To schedule your FREE hearing consultation and evaluation call Philip today on 99 884 517.

El Medina, Triq Il-Maskli, Qawra, SPB 1480Tel. 21 576 308

CLEAR TONE HEARING

The day Joe Grech got his hearing back...

Mr Wall of Clear Tone Hearing conducts a thorough examination of Joe’s ears. He must first check that the ear is healthy before he can conduct a comprehensive hearing assessment. The otoscope Mr Wall uses enables him to explore the outer and middle ear including the ear drum.

Having his hearing tested was the next step in determining if Joe did in fact have hearing loss. The hearing test is a quick, painless and noninvasive procedure that allows the hearing professional to recommend the best treatment if you do in fact have hearing loss.

It was smiles all round as Mr. Wall presented Joe with the latest hearing instrument technology from Unitron. The Moxi Pro is the most advanced product available in Malta today. There was also a surprise for Mr. Wall as Joe presented Mr. Wall with a copy of his 1971 hit, “Marija L-Maltija”.

A common problemHearing loss is not like listening to sounds with the volume turned down. Instead, you may notice that certain spoken sounds - like sh, th and f - are more difficult to hear than others. That is why people with hearing loss often say they can hear people talking but can’t understand what is being said.

Today there’s such a wide choice of hearing instruments with an unprecedented variety of features and looks available to suit your specific hearing loss, listening environments, budget and style.

Clear Tone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE

Join us at our Malta & Gozo clinics, running from Monday, 16th February - Saturday, 21st February where our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.

Page 8: Flimkien Frar 2015

L-ordni ta’ Alla biex jitqiegħed dan il-kontenitur mal-koxox tal-bibien ġej mill-ktieb tad-Dewteronomju (il-ħames ktieb

tat-Testment il-Qadim), eżattament f ’kapitlu 6, versi 4-9. Din is-silta tissejjaħ XEMÀ (kelma Ebrajka li tixbah ħafna l-kelma Maltija li tfisser ISMA’). Din is-silta tgħid hekk:

“Isma’, o Iżrael: Alla tagħna l-Mulej, il-Mulej waħdu. Ħobb, mela, lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha. Żomm f ’qalbek dan il-kliem u dawn il-kmandamenti li qiegħed nagħtik illum. Tennihom lil uliedek, u tkellem fuqhom meta tkun f ’darek, u meta tkun miexi fit-triq, u meta timtedd, u meta tqum; torbothom b’sinjal ma’ idek u ddendilhom bejn għajnejk. U tiktibhom mal-ġnub tal-bibien.”

Dan il-kliem tax-XEMÀ jinkitbu fuq skroll żgħir, u dan jiġi rrumblat u mqiegħed fil-meżuża. Fuq in-naħa ta’ barra tal-meżuża tkun miktuba l-ittra ‘X’ li hija l-ewwel ittra

tal-kelma XEMÀ (meta l-X Ebrajka tinkiteb, tixbah il-W tagħna).

Il-meżuża bl-iskroll b’kollox titwaħħal mal-koxxa tal-bieb. Skont id-drawwa Lhudija titwaħħal mal-koxxa tal-lemin tal-bieb int u dieħel. Kull darba li wieħed jgħaddi mill-bieb, imiss il-meżuża b’subgħajh, imbagħad ibus is-swaba’ li jkunu missew il-meżuża, u hekk wieħed ikun qed juri mħabba u rispett lejn Alla u l-kmand tiegħu u jiftakar fil-kmandament li hemm ġewwa l-meżuża.

M’hemmx dubju li anki Ġesù, Marija u Ġużeppi kellhom waħda bħalha mal-bieb tad-dar tagħhom f ’Nazaret! Din hi drawwa li tista’ ssir anki minna l-Insara fid-djar tagħna, speċjalment meta xi koppja tidħol f ’dar ġdida u tkun se tbierek id-dar jew tikkonsagra l-familja. L-iskop tagħha huwa li tiftakar li Alla huwa preżenti f ’dik id-dar u li min jgħix hemm se jipprova jgħix skont il-qalb ta’ Alla. Mhux idea ħażina għal dan ir-Randan, le?...

Randan 2015

Mal-koxxa tal-biebFid-djar Lhud mal-koxxa tal-bieb għandek issib kontenitur żgħir. Dan il-kontenitur jissejjaħ Meżuża (koxxa tal-bieb, bl-Ebrajk) għax hu propju hemm li jitqiegħed. Dan mhuwiex xi lucky charm, u m’għandu x’jaqsam xejn mad-demm tal-ħaruf li ċċappas mal-bibien tad-djar Lhud meta ġew biex jaħarbu mill-Eġittu. Il-meżuża tfakkar il-ħin kollu fil-preżenza ta’ Alla u l-kmandamenti tiegħu.

Frar 2015 | 8

Page 9: Flimkien Frar 2015

Ma’ dan id-dokument hemm kwestjonarju b’46 mistoqsija. Dan id-dokument tas-Sinodu

(Relatio) flimkien bil-kwestjonarju jissejjaħ Lineamenta.

Il-Papa jixtieqna nirriflettu u niddiskutu dawn is-46 mistoqsija biex, fi kliemu stess, “jinstabu soluzzjonijiet prattiċi għal għadd ta’ diffikultajiet u ħafna sfidi li l-familja qed ikollha tħabbat wiċċha magħhom”. Is-Sinodu għandu jkompli f ’Ottubru li ġej bis-suġġett: “Is-sejħa u l-missjoni tal-Familja fil-Knisja u fid-dinja tal-lum”.

Min jixtieq jaqra l-Lineamenta jista’ jidħol fil-websajt tal-Vatikan (vatican.va). Verżjoni bil-Malti tal-Lineamenta tinsab fuq il-websajt tad-djoċesi. Kulħadd – anki int li qed taqra –mistieden jibgħat ir-riflessjonijiet tiegħu lis-Segreterija Pastorali fuq dan l-indirizz elettroniku: [email protected].

Anki l-parroċċi huma mistiedna jiddiskutu l-mistoqsijiet li hemm fil-Lineamenta. Hekk ukoll l-għaqdiet u l-movimenti u l-gruppi fi ħdan il-Knisja huma mħeġġin jagħtu r-riflessjonijiet tagħhom.

Imbagħad, għall-ħabta ta’ April li ġej, l-Isqfijiet Maltin se jibagħtu lis-Segreterija tas-Sinodu r-riżultati ta’ din ir-riflessjoni li tkun saret f ’Malta.

L-isqfijiet jappellaw biex ikunu ħafna li jieħdu sehem f ’din id-diskussjoni. Iħeġġu biex fil-familji u l-għaqdiet u l-movimenti tingħad it-talba li l-Papa Franġisku kiteb għall-okkażjoni li hija kif ġej:

Ġesù, Marija u Ġużeppi, fikom nikkontemplaw id-dija tal-imħabba vera. Lejkom bit-tama nduru. Familja Mqaddsa ta’ Nazaret, ibdel il-familji tagħna wkoll f ’inħawi ta’ għaqda u ċenakli ta’ talb, skejjel tassew tal-Evanġelju, u knejjes domestiċi ċkejknin. Familja Mqaddsa ta’ Nazaret, jalla qatt aktar fil-familji ma jkun hemm esperjenzi ta’ vjolenza, ta’ għeluq u ta’ firda. Jalla kull min qatt kien imweġġa’ jew skandalizzat jagħraf fis il-faraġ u l-fejqan. Familja Mqaddsa ta’ Nazaret, jalla s-Sinodu tal-Isqfijiet li jmiss jagħraf irawwem mill-ġdid f ’kulħadd l-għarfien tal-karattru qaddis u invjolabbli tal-famija, u l-ġmiel tagħha fil-pjan ta’ Alla. Ġesù, Marija u Ġużeppi, isimgħu t-talb tagħna u aqilgħuh. Ammen.

Sinodu dwar il-Familja

Is-sejħa u l-missjoni

tal-Familja Ftit ġimgħat ilu l-Papa Franġisku bagħat id-dokument finali tas-Sinodu li l-ewwel parti tiegħu saret f’Ottubru li għadda. Dan id-dokument jissejjaħ Relatio Synodi.

Frar 2015 | 9

Page 10: Flimkien Frar 2015

Dejjem kont ġibt ruħi bil-għaqal. Tgħammidt, għamilt il-Preċett, u rċevejt il-Griżma. Attendejt

l-għaqdiet, qatt ma tlift quddiesa l-Ħadd. Dejjem obdejt lill-ġenituri, lill-għalliema, lil kull min kien akbar minni. Osservajt il-kmandamenti u żammejt il-preċetti tal-Knisja. Naf x’jgħid il-Katekiżmu kważi fuq kollox.

Riflessjoni • R. Grima

Jien li bqajt id-dar

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Frar 2015

Jien wieħed minn dawk li dejjem bqajt id-dar – mhux bħal “dak” li ħarab u berbaq ġidu f ’ħajja mtajra. Kont irrabjajt meta rajt lil Missieri joħroġ jiltaqa’ miegħu, ibusu, u jilqgħu lura għandu. U jien? Mela x’ħaqqni jien li ħdimtlu bħal kelb, qatt ma ksirtlu kelmtu, imxejt mar-regoli, qatt ma qbiżt il-linja, u dan kollu b’sagrifiċċji personali?...

Jien wieħed mid-disgħa u disgħin li ma ħarbux – mhux bħal dik li rriskjat, u ntilfet. Għalhekk qatt ma fhimt kif telaq lilna weħidna … biex imur ifittex lil dik li ħarbet u, wara li sabha, refagħha fuq spallejh u għamlilha festa – qisu qatt ma kien xejn.

Jien wieħed mill-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli u bdejt naħdem mill-ewwel siegħa – mhux bħal dawk l-għażżenin tal-aħħar siegħa. Kif nista’ ma ninteliex bl-għira … meta nara lil dawk tal-aħħar siegħa jitħallsu daqsi?

Jien insum u nitlob – mhux bħal dak il-pubblikan fuq wara nett, li lanqas jistħoqqlu jpoġġi ħdejn il-bieb tal-knisja. Kif jista’ jkun li dak imur lura d-dar bi dnubietu maħfura?

Jien, li bqajt id-dar … jien li ħaqqni aktar u aħjar …

… sakemm f ’daqqa waħda llum ħarist lejn il-Missier. Meta ħarist lejh, fhimt li għalkemm jien bqajt id-dar … fil-verità ma kont bqajt id-dar xejn. Dak iż-żmien kollu fil-verità kont qiegħed f ’pajjiż imbiegħed.

Kont bqajt f ’dar missieri … imma qatt ma ħassejtni grat għall-preżenza tiegħu.

Ma kontx bqajt id-dar bil-ferħ ġo qalbi. Qatt ma ħassejt is-sħana tal-imħabba tiegħu … għamilt kollox b’obbligu, għax bilfors.

Irrealizzajt li jien kont bqajt id-dar biex ma nweġġax, biex ma niġix ikkastigat.

Kont ħdimt minn kmieni filgħodu mhux

Għal min irid jaqra ktieb tajjeb ħafna matul ir-Randan li ġej, nirrakkomandaw ħafna l-ktieb ta’ Henri Nouwen: The Return of the Prodigal Son, li fuqu hija bbażata u ispirata din il-kitba.

għal sid il-għalqa … imma biex nieħu l-premju.

Għamilt is-sagrifiċċji … għax ridt li jarani ħaddieħor u jitkellem tajjeb dwari.

Fhimt dan kollu mhux meta ħarist lejn x’għamel ħija ż-żgħir. U lanqas meta ħarist lejn x’għamilt jien.

Fhimt dan kollu meta ħarist lejn il-Missier. Fhimt li l-Missier ma kienx ħareġ biss

għaż-żgħir. Kien ħareġ barra anki għalija, u talabni nidħol ġewwa għall-festa.

Fhimt li l-Missier iħobb lill-ibnu l-kbir u lill-ibnu ż-żgħir

indaqs. M’hemmx limitu għall-imħabba tiegħu. Hu qatt ma jixba’ jaħfer; ma joqgħodx jikkalkula u jkejjel … kont jien li qgħadt inkejjel b’xibri.

Fhimt dan kollu meta ftakart fi kliemu meta qalli, “Ibni, inti dejjem miegħi, u kulma hu tiegħi hu tiegħek”. Jeżisti kliem isbaħ minn dan?

Meta nitfa’ għajnejja fuq il-Missier … niftakar fil-kelma “Ibni”. U nifhem li jien ibnu: xi drabi ibnu l-kbir; xi drabi ibnu ż-żgħir.

Ninduna li fejn ġieli qalli: “Jien magħkom dejjem” … din id-darba qalli: “Inti dejjem miegħi”. X’irrid aktar minn hekk? Għalfejn se nibqa’ ngħir, niġġudika, nikkundanna, nimtela bir-riżentimenti u l-preġudizzji?

U fl-aħħarnett nifhem ukoll il-kliem: “Kulma hu tiegħi hu tiegħek”. U kulma għandu l-Missier hu ħniena, imħabba, maħfra.

Nifhem li jekk ma rridx inkun l-iben iż-żgħir u lanqas l-iben il-kbir, għażla waħda baqagħli: li nkun nixbah lill-Missier – billi f ’kull mument inħenn, inħobb, naħfer … bla ma noqgħod inkejjel u nikkalkula.

Meta ħarist lejh, fhimt li għalkemm jien bqajt id-dar … fil-verità ma kont bqajt id-dar

xejn. Dak iż-żmien kollu fil-verità kont qiegħed f’pajjiż imbiegħed

Frar 2015 | 11

Page 12: Flimkien Frar 2015

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq [email protected] • www.facebook.com/livelifemalta

46, Manwel Dimech Street, Sliema

Il-kunċett ta’ Active Aging diġà smajna bih, però kemm huma dawk l-anzjani li verament iħaddnuh? X’nifhmu bih dan is-suġġett? Xi tfisser meta tgħid li wieħed ikun attiv?

Hemm ħafna modi ta’ kif wieħed iżomm ruħu attiv. Li tibqa’ tieħu interess fit-tagħlim u li taġġorna ruħek fuq dak li qed jiġri madwarek, huwa eżempju wieħed biss. Eżempju ieħor hu li wieħed jibqa’ jeżerċita il-professjoni tiegħu jew jinvolvi ruħu fil-volontarjat. Anzjanità attiva tfisser ukoll li żżomm ruħek fiżikament attiv u b’saħħtek, kif diġà rreferejna għal dan il-kunċett propju s-sena l-oħra f’dan il-magażin.

Biex inkomplu nsaħħu s-servizzi tagħna, Livelife investa f’apparat li hu ideali biex persuni

anzjani jeżerċitaw rwieħom bih, għal benefiċċju ta’ saħħithom mingħajr strapazz żejjed. Il-HUR Equipment tkellimna fuqu fl-artiklu ta’ Jannar.

Huma ħafna dawk l-għaqdiet għall-anzjani li jiltaqgħu fuq bażi regolari f’diversi rħula u bliet ta’ Malta. Hemm ukoll Day Care Centres pubbliċi li huma ta’ wens għal ħafna anzjani oħra, li mingħajrom jispiċċaw waħedhom u jħossuhom abbandunati. Livelife qed jipproponi lill-amministraturi ta’ dawn l-għaqdiet u Day Care Centres, esperjenza ġdida għal membri tagħhom fosthom day membership sabiex wieħed ikun jista’ jagħmel użu mill-gym jew il-pool. Din il-ħarġa isservi bħala attività differenti u ta’ valur aġġuntiv għal ħidma tagħhom. B’dan il-mod, persuni li forsi qatt ma kellhom ix-xorti li jużaw gym f’ħajjithom, issa se jkunu jistgħu jagħmlu din l-esperjenza ġdida li forsi tqanqal aktar interess għalihom. B’dan huma jistgħu jagħrfu il-benefiċċji ta’ attività fiżika.

Sħubija f’gym li toffri attività mmirata għal nies ta’ ċertu età, bħalma qed joffri Livelife, tista’ tkun alternattiva għal attivitajiet li normalment l-anzjani huma mdorrija bihom. Active Aging għandu jkun aktar minn sempliċement Tombla jew Coffee Morning!

L-istaff ta’ Livelife joffri l-għajnuna kollha li jkun hemm bżonn biex min jattendi għal dawn l-attivitajiet, jieħu l-massimu minn din l-esperjenza u fl-istess ħin jevita sforzi bla bżonn. Filwaqt li l-ambjent tagħna huwa rilassanti u komdu, wieħed m’għandux isib l-ebda problema ta’ parkeġġ.

Min hu nteressat għandu jċempel fuq 21339 000 għal aktar informazzjoni.

Avviż

bi ħ

las

Alternattiva għal Day Centres

Taħdita fuq il-Parkinsons DiseaseLivelife se terġa torganizza taħdita pubblika nhar is-Sibt 21 ta’ Frar 2015 mill-10am ‘l quddiem,

fuq il-Parkinsons Disease. L-ispeċjalista newrologu Dr Anthony Galea Debono ser ikun il-kelliem ewlieni ta’ din it-taħdita. Ser ikun hemm ukoll intervent minn fiżjoterapista fuq il-benefiċċji

tal-eżerċizzji għal pazjenti li jsofru minn din il-kundizzjoni.Persuni li għandhom din il-kundizzjoni jew qraba tagħhom huma mħeġġa li jattendu.

Min hu nteressat għandu jċempel fuq 2133 9000 sabiex jirisserva post.

Page 13: Flimkien Frar 2015

Kelli 10 snin, u kont qiegħed għand in-nanna. Kienet qed isserraħ mas-sink, tħares ’il fuq lejn is-sema, għadha

kif semgħet li miet ħuha fl-Awstralja. Waqt li ħarset lejn is-sema bdiet tgħid, “Min jaf x’qed jgħidlek! Min jaf x’inti tgħidlu!” Din il-viżjoni ċara ta’ fidi sempliċi imma qawwija tan-nanna baqgħet dejjem stampata ġo moħħi.

Illum, ftit qabel wasalt l-isptar, il-Mulej sejħilha ħdejh. Kif indunajt x’laqatni, ħriġt ngħaġġel ’il barra, u ntfajt bilqiegħda waħdi, nolfoq. In-nanna kienet għaddiet għall-mistrieħ ta’ dejjem! U hemm, waħdi, ħarist ’il fuq u staqsejtha, “X’qed jgħidlek, nann?

X’qed tgħidlu?” M’għandix dubju li qalilha biex tgħaddi ħdejh għax “dak li għamilt mal-iżgħar fost ħuti, għamiltu miegħi!” U n-nanna Karm għamlet ħafna!

Ma jistax jonqos li fil-bieb tal-Ġenna, flimkien ma’ San Pietru, kien hemm in-nannu jistennieha bla sabar. Mhux ovvja!? Wara 34 sena sħaħ! Naħseb li qalu xi ħaġa hekk: “Karm! Ġejt fl-aħħar? Ilni nistennik!” “Ġuż, taf x’data hi llum?” “Is-7 t’Awwissu ... festa ta’ San Gejtanu!” “Bħal-lum konna ltqajna, tiftakar?” “Kif nista’ ninsa Karm? (Nimmaġinah jgħannaqha miegħu.) U llum erġajna ltqajna

Fil-familja • Darren Bonnici

Ir-rabtiet ta’ bejnietna jinbnew fuq waqtiet żgħar,

insinifikanti, sempliċi, imma li f’ċerti mumenti jassumu l-importanza u

t-tifsira vera tagħhom

I n - n a n n a

Frar 2015 | 13

Page 14: Flimkien Frar 2015

għal dejjem!” (U hawn nimmaġina lilha tbusu.)

Barra l-isptar, bkejt, għax se nimmissjaha wisq lin-nanna. Għandi wisq memorji magħha!

Meta kelli xi sentejn, il-ġenituri siefru, u hi żammitni għandha. Biex ma nibkix, kienet tpoġġini fil-ħoġor tat-tieqa u għal kull ajruplan li naraw, kienet tgħidli, “Ara b’dak l-ajruplan ġejjin il-mamà u l-papà!” u titbissimli!

Meta kienet issajjar għand il-Franġiskani, Birkirkara, kienet teħodni magħha. Patri William kien joqgħod jaqbad miegħi, u Patri Michael kien jurini l-qniepen.

Fis-sajf kont nistenna bil-ħerqa jiġi t-Tnejn, meta jien u ħija konna nitilgħu ma’ ommi għand in-nanna biex ngħinuha fil-faċendi. Ma nistax ninsa r-riħa ta’ towst u d-dehra tar-raġġi tax-xemx deħlin mit-tieqa tal-kċina. Niftakarha ddellikli bezzun bil-butir u noqgħod nieklu bil-kwiet, u nixrob flixkun ħalib tal-kulur li kienet tixtrili.

Ir-riħa tal-kċina tan-nanna, ir-riħa tal-“kamra l-bajda”, tas-salott, tal-intrata, tal-kamra tas-sodda tagħha, u ta’ ħwejjiġha ... ma ninsihomx.

Wara kull eżami li kont nagħmel, kont inċemplilha. Kienet tgħidli li tgħidx kemm talbet għalija. Kienet tinkwieta jekk ngħidilha li ma naħsibx li mort tajjeb. Darba rrabjat miegħi għax xbajt nistudja, u meta daħlet fil-kamra tal-banju, mort minn wara l-bieb nitkerrhilha … u mal-ewwel iddispjaċieni!

Kienet tibgħatni nixtri pakkett ħalib b’karta tal-għaxar liri. Kont ngħidilha tagħtini ż-żgħar, imma hi kienet tgħidli, “Le, ħu l-għaxar liri ħa ssarrafhieli” u wara li nkun ġejt lura, spiss kienet terġa’ tibgħatni nixtrilha xi ħaġa oħra, għax tkun insiet. U ġieli anki t-tielet darba!

Iċ-ċajta li kont għamiltilha fl-1 ta’ April meta ċempiltilha taparsi mill-RTK u

għedtilha tgħid posta rużarju miegħi! Hi wieġbet li kienet mara anzjana u ma tiflaħx toqgħod bil-wieqfa fejn it-telefown fit-tul. Sadattant, fuq in-naħa tiegħi, ħija u missieri ma felħux iżommu bid-daħk, u jien infqajt, u qabduni!

Kull meta mort għandha u nsibha tgħid ir-rużarju mar-radju. Ma kinitx tkellimni qabel ma jispiċċa. Kont inkomplih magħha.

Kont għandha meta indunajt li qabditni l-ġidri riħ.

Kemm kienet tieħu gost li niltaqa’ magħha l-quddies u noqgħod ħdejha, minflok fejn sħabi, u wara nitla’ magħha sad-dar.

It-talba lil Ġesu Msallab qabel ma torqod, it-talba lil San Ġużepp, u għall-erwieħ li se jmutu matul il-lejl.

Id-drabi kollha li mar id-dawl, u missieri jkollu jmur jissettjalha r-radju fuq Radju Marija.

It-tarja moqlija li kienet tippreparali meta kont immur għandha wara l-Mużew. Iċ-ċips, il-pulpetti tal-corned beef u l-għaġina tat-torti.

Il-mod kif kienet titkellem fuq in-nannu, li ma lħaqtux ħaj, imma sirt nafu mill-mod kif kienet titkellem dwaru.

Il-Milidijiet kollha li qattajna għandha, maz-zijiet u l-kuġini.

Il-kont tad-dawl! Ma kinitx tista’ għalih – jiġi kemm jiġi, dejjem tgħid li għoli!

Iċ-ċanfir bil-ħlewwa li ġieli kellha bżonn ittini, speċjalment meta kelli xi ngħid ma’ ħija jew mal-ġenituri.

Il-kartolini kollha ta’ għeluq snini li bagħtitli.

Ir-reazzjoni tagħha meta ppruvajt nispjegalha li l-istorja ta’ Adam u Eva mhux “eżattament ġrat hekk”.

It-tieġ tiegħi ma’ Charmaine.Il-fidi li kellha!

Nimmissjak, nann. Ibqa’ ħu ħsiebna, u itlob għalina kif dejjem għamilt!

14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Frar 2015

Assigurazzjoni tad-Dar

50ckuljum*

* Il-primjum hu bbażżat fuq somma medja assigurata tal-propjeta’

Skennja hawn għal aktardettalji dwar il-kopertura

Citadel Insurance p.l.c hija kumpanija awtorizzata sabiex tmexxi kummerc tal-assigurazzjoni ġenerali u fit-tul u hija regolata mill-MFSA

Citadel Insurance p.l.c. • Casa Borgo • 26 Triq is-Suq • il-Furjana FRN 1082 • Tel: 2557 9000 • Freephone 800 72322 • E-mail: [email protected] Fergħat: Ħaż-Żebbuġ 21464873 • Il-Gżira 21332151 • Il-Mosta 21438880 • In-Naxxar 21419198 • Iż-Żejtun 21807779 • Raħal Ġdid 21806247 • San Ġwann 27330044

Victoria, Għawdex 21566660 • Intermedjarji fl-Assigurazzjoni Marbutin: Malta • Għawdex

Page 16: Flimkien Frar 2015

• 1,104paġna• Bl-indiċiur-referenzi• Ktiebmeħtieġgħall-istudjużiugħalmin

jixtieqjifhemaħjarx’tgħallemil-Knisja• Ta’għajnunakbiragħall-eżami

tal-Matrikolatar-Reliġjon

Għall-bejgħminndawnil-postijiet:il-Kurja(il-Furjana),LibrerijaPreca(Blatal-Bajda),ĊAK(Birkirkara)ul-CatholicBookCentre(RaħalĠdid)

Il-KateKIÛmu tal-KnIsja KattolIKaRiveduTB’€19tifhemaħjardaklitemmen.

Page 17: Flimkien Frar 2015
Page 18: Flimkien Frar 2015

għall-Karnival, għalhekk wieħed minnhom jokkupa post prominenti fl-isfilata. Meta jibda r-Randan, bis-sawm u l-astinenza tiegħu, il-ħwienet tal-laħam kienu jagħlqu, u tal-laħam kienu jmorru jixtru l-annimali biex ikollhom laħam xi jbigħu fir-rebbiegħa.

Warajh hemm raġel liebes l-isfar, kulur simbolu tal-qerq. Hemm ukoll mara ġġorr fuq rasha mejda bl-ikel; f ’id waħda qed iżżomm tazza u fl-oħra xemgħa, ukoll dak iż-żmien simboli tal-qerq. Ħdejha hemm raġel idoqq kitarra, simbolu tar-reliġjon Luterana. Il-Luterani kienu neħħew ir-Randan imma baqgħu jiċċelebraw il-Karnival. Fit-tverna, simbolu tat-tbaħrit,

Pieter Bruegel, li pitter din ix-xena, kien jgħix fi żmien meta r-Riforma Protestanta kienet fl-aqwa tagħha.

Il-Protestanti kienu kontra d-drawwiet tar-Randan kif kienu osservati mill-Kattoliċi għax kienu jaraw fihom ċerti esaġerazzjonijiet. Min-naħa l-oħra l-Kattoliċi kienu jħarsu lejn il-Karnival b’ċertu suspett u jqisuh bħala żmien id-dnubiet.

Ix-xena hi ambjentata fi pjazza, fejn ġeneralment jinżamm il-Karnival. Il-karru tal-Karnival hu rrappreżentat minn raġel oħxon, fuq quddiem tal-isfilata, riekeb fuq kartell kbir tal-birra, u liebes kappell f ’forma ta’ torta tal-laħam. F’idu għandu lanza li qed iżżomm ras ta’ majjal, biċċa ċanga u zalzett. Is-sikkina maċ-ċinturin tindika li hu bejjiegħ tal-laħam. Dak iż-żmien kienet ix-xirka tal-bejjiegħa tal-laħam li kienu jipprovdu l-laħam

Fix-xena tidher pjazza f’belt fin-naħa ta’ isfel tal-Olanda, fejn qed isseħħ “ġlieda” bejn żewġ karrijiet opposti: il-Karnival u r-Randan

Ġlieda bejn il-Karnival u r-Randan

Page 19: Flimkien Frar 2015

fuq ix-xellug, qed issir farsa popolari ta’ dak iż-żmien bl-isem “L-Għarusa Maħmuġa”.

In-naħa tar-Randan hi dominata mill-astinenza u nies jagħmlu atti ta’ karità. Din in-naħa tal-lemin hi ddominata mill-knisja, li minnha ħerġin nies lebsin l-iswed, bl-irmied fuq moħħhom. Fid-daħla tal-knisja tidher statwa mgħottija – sa ftit ilu konna ngħattu x-xbihat kollha fil-knisja matul ir-Randan sakemm nikxfuhom fl-Għid. Ir-Randan hu rrappreżentat minn mara liebsa ta’ soru, bilqiegħda fuq karettun misjuq minn patri. F’rasha għandha xehda għasel, simbolu tal-Knisja. L-arma tagħha hi lasta twila tal-injam b’żewġ ħutiet, simbolu

tal-astinenza. Ir-Randan tidher mikduda u rqiqa, bis-segwaċi tagħha jieklu l-ħobż.

Bruegel kellu d-drawwa li jpoġġi dettall simboliku f ’nofs il-pitturi tiegħu. Minkejja li x-xena fiha mal-200 figura, tidher ċara ħafna dik il-koppja, daharha lejna, immexxija minn buffu b’torċa taqbad f ’idu. Ħafna jaraw f ’din il-koppja l-massa anonima tan-nies li jitmexxew mhux mir-raġuni imma minn buffu, li ma jittollerawx lil min ma jaqbilx magħhom. Ir-raġel jidher iġorr ħotba stramba fuq dahru, donnha xkora moħbija – simbolu tal-figura allegorika tal-Egoiżmu li ġeneralment kien ikun irrappreżentat minn persuna ġġorr xkora dnubiet fuq daharha. L-aktar dettall importanti tal-mara huwa l-fanal mitfi, imdendel maċ-ċinturin. It-torċa taqbad f ’id il-buffu hi simbolu tal-firda u d-distruzzjoni, filwaqt li ħdejn il-koppja jidher ħanżir jirremetti, simbolu tad-deġenerazzjoni.

Dik il-koppja fin-nofs iġġiegħlek taħseb. Jista’ jkun li f ’xi mumenti fil-Karnival qed nesaġeraw, kemm moralment kif ukoll estetikament? Jista’ jkun ukoll li anki l-mod kif niċċelebraw ir-Randan qed ibiegħed lin-nies! Forsi qed jaljenawna wisq il-purċissjonijiet-spettaklu? Forsi moħħna biss fir-regoli ta’ kemm u x’nistgħu nieklu ‘kemm kemm biex ma niksrux is-sawma’? Forsi qed nilbsu l-maskri fil-Karnival u m’aħniex inwaqqgħuhom fir-Randan? Jista’ jkun li lanqas ġlieda ma baqa’ bejn il-Karnival u r-Randan għax m’hemm l-ebda differenza bejn il-mod kif ngħixu l-wieħed u l-ieħor? Forsi qed nirrendu l-ġlieda bejn il-Karnival u r-Randan biss f ’waħda bejn ikel tradizzjonali differenti?

Kieku kellna nagħmlu kollox bil-qies, m’għandu jkun hemm l-ebda battalja bejn il-Karnival u r-Randan. Jalla ma nibqgħux bi pjazza vojta bin-nies kollha telqu: b’Karnival bla ruħ, u Randan bla ħajja!

Il-pittura: Il-Ġlieda bejn il-Karnival u r-Randan, Pieter Bruegel, 1569,

Kunsthistorisches Museum, Vjenna

Frar 2015 | 19

Page 20: Flimkien Frar 2015
Page 21: Flimkien Frar 2015

ITTRI MILL-QaRREJJa L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Tagħmel differenza kemm ikun ilu li ntiret il-post in kwistjoni. Jekk il-post ikun intiret aktar minn għaxar snin allura hemm proċedura li permezz tagħha il-post jista’ jinbiegħ, anke jekk ma jkunx hemm il-firma ta’ kulħadd. Dan iseħħ permezz ta’ rikors fil-Qorti li miegħu jiġi anness konvenju li jkun sar suġġett għall-otteniment tal-awtorizzazzjoni tal-Qorti. Imma anke f ’dak il-każ tkun trid issir notifika tal-atti tal-Qorti lill-eredi kollha.

ITTRa REBBIEĦa

FiduċjaAħna ż-żgħażagħ xi kultant inħallu lilna nfusna ninġarru mill-kurrent. Ċerti affarijiet jinfluwenzawna u jġagħluna naħsbu li Alla m’għandux post f ’ħajjitna jew li Alla nsiena. Iżda fil-verità mingħajr Alla f ’ħajti l-ħajja hija ferm aktar diffiċli. Veru li xi drabi jiġuna ċerti mistoqsijiet li diffiċli ssib tweġiba għalihom. Veru wkoll li jiġrulna ħafna affarijiet ħżiena f ’daqqa, u li jġagħluna nistaqsu: Imma għaliex jien? Madankollu dan ma jfissirx li Alla jkun warrabna, għax hu jkun hemm magħna biex jgħinna negħlbu d-diffikultajiet. Jien insib li t-talb jgħinni ħafna nikkomunika miegħu aktar fil-fond. Il-Quddiesa tal-Ħadd tgħinna nibnu relazzjoni soda ma’ Alla. Insibu ħin għal kollox, imma xi kultant insibuha bi tqila immorru nisimgħu l-Kelma ta’ Alla darba f ’ġimgħa! Il-fidi u l-fiduċja fih jgħaqqduna miegħu u mal-oħrajn.

Abigail Cassar, Birkirkara

Ittri mill-qarrejjaIttri

Bejgħ ta’ post

F’dan il-każ in-notifika tal-persuna li tkun nieqsa jeħodha kuratur li jiġi maħtur sabiex jirrappreżenta lill-assenti. F’każ li l-post m’ilux li ntiret allura tkun meħtieġa l-firma tal-eredi kollha jew tal-prokuratur tagħhom. Issa jekk dan ma jkunx possibbli allura tkun trid tinfetaħ kawża għall-qasma tal-post li tista’ twassal għall-bejgħ tal-istess post bl-irkant, jiġifieri bis-subbasta. F’kull każ il-qarrejja għandha tmur għand avukat biex jiggwidaha.

Jien u oħti writna dar. Oħti toqgħod barra minn Malta. Infurmajtha li sibt inbigħha, u qaltli li kollox sew. In-nutar ried jibgħatilha karta biex tiffirmaha, imma oħti bidlet il-post fejn toqgħod u marret post ieħor. L-indirizz ma nafux għax qatt ma kitbet minnu f ’dawn ix-xhur li għaddew. Jien bgħattilha xi għaxar ittri, sintendi fl-indirizz ta’ qabel, u qatt ma rrispondietni. L-ebda ittra ma ġietni lura, u n-nutar ċemplilha wkoll imma bla tweġiba. Jekk jien sibt inbigħu, nista’ nagħmel dan anki bla firma tagħha? Nista’ nħallilha l-flus il-qorti? Hi kienet taqbel li l-post inbigħuh. Nista’ nfittixha bil-konslu ta’ Malta li hemm fil-pajjiż fejn tgħix. U ta’ dan irrid inħallas lill-Konslu?

M.A.M., ir-Rabat

aVUKaT - Dr Ray Zammit LL.D

Frar 2015 | 21

Page 22: Flimkien Frar 2015

Iced Cappuccino

Malta International Airport • The Point Shopping Mall, Sliema

Balzan • The Embassy Shopping Complex, Valletta

Cappuccino

for coffee lovers

17377_TCC_LOCAL COUNCIL AD_NO OFFER.indd 1 28/04/2014 13:37

Page 23: Flimkien Frar 2015

Wara għaxar snin kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, f ’Ħal Qormi, naħseb nista’ niddeskrivi

lil Ħal Qormi f ’żewġ aġġettivi: tradizzjoni u bżulija.

Ħal Qormi huwa antikissimu. Aktarx li beda bi ftit persuni jgħixu madwar xmara żgħira fejn illum hemm il-wied. Ilu parroċċa aktar minn 600 sena. Tant kien estiż li anki l-Belt Valletta kienet tagħmel parti minnu, u ħarġet minnu!

Tista’ timmaġina kemm inħolqu tradizzjonijiet f ’dawn is-600 sena! Tradizzjonijiet li jsawru lil dan ir-raħal fil-mod uniku tiegħu imma li fl-istess waqt iħalluh ikun raħal tipikament Malti f ’kollox. Tradizzjonijiet kemm reliġjużi kif ukoll soċjali. Biex insemmu biss tnejn, wieħed jista’ jieħu l-iżvilupp tal-fratellanzi kif ukoll l-imħabba lejn il-bhejjem, speċjalment iż-żwiemel. Dawn it-tnejn huma marbutin mal-ħajja tal-poplu ta’ hawnhekk.

Is-snajja’ li kien hawn Ħal Qormi, snajja’ ta’ kull tip u artiġjanat, jixhdu l-ħawtela ta’ dan il-poplu. Kull sengħa kont issibha f ’Ħal Qormi. Nies beżlin: minn kmieni fil-għodu jibdew xogħolhom, u kienu propju dawn is-snajja’ li magħhom iffurmaw il-fratellanzi li kienu speċi ta’ koperattivi u unjins tal-ħaddiema.

L-imħabba lejn iż-żwiemel ukoll hija żvilupp interessanti. Ħafna Qriema kienu jaħdmu x-xatt, u kienu jmorru ta’ kull

filgħodu fil-port jistennew jidħol xi vapur biex iħottu l-merkanzija u jaqilgħu xi ħaġa għall-familja. Kieku llum kienu jixtru xi trakk biex jaħdmu bih, imma dak iż-żmien ma kienx hawn trakkijiet; kien hawn il-bhejjem tax-xogħol. Naħseb li minn hawn li nibtet in-namra lejn iż-żwiemel u l-bhejjem li llum inbidlet f ’namur jew logħob fit-tiġrijiet.

L-unika xewqa tiegħi bħala Arċipriet hija li n-nies ta’ din il-parroċċa jsiru jħobbu aktar lil Ġesù u jimxu warajh f ’kollox. Għalhekk nippruvaw li l-pastorali mmexxuha fuq żewġ linji. L-ewwel li nifhmu għalfejn missirijietna kienu jagħmlu hekk, għax dak li bdew missirijietna ħareġ mill-imħabba li kellhom lejn Ġesù, San Ġorġ, il-Madonna u l-qaddisin, u allura rridu nippruvaw nifhmuhom. Dan ifisser meta ngħidu li ‘nispjegaw u nevanġelizzaw it-tradizzjonijiet’.

It-tieni, irridu noħorġu mit-tempju u nfittxu lil dawk il-persuni, speċjalment żgħażagħ, li għalihom it-tradizzjoni ma tfisser xejn. Bħal kull parroċċa oħra, in-numru ta’ dawk li l-istil tal-ħajja tagħhom jaqtagħhom mill-Knisja qiegħed jikber, u aħna rridu nfittxuhom u ngħidulhom li nħobbuhom u li Ġesù għadu jżommhom f ’qalbu – anki jekk huma ma jafux. Irridu nagħmlu sforz biex insibu metodi ġodda.

Nirringrazzja lil tant persuni fil-parroċċa li jagħtu sehemhom biex Ġesù jasal fil-qlub tagħna.

Parroċċi Maltin • Dun Anton Cassar

Korrezzjoni: Ir-ritratt li akkumpanja l-artiklu dwar il-parroċċa taż-Żurrieq fil-ħarġa ta’ Diċembru fil-fatt kien ta’ Ħaż-Żabbar. Niskużaw ruħna għal dan l-iżball.

Tradizzjoni u bżulija

Frar 2015 | 23

Page 24: Flimkien Frar 2015

Id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja qed jintroduċi proġett li jirrigwarda l-promozzjoni tas-saħħa. L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett hu li jrawwem attitudni fost il-kommunità, li hija pro-attiva u ħolistika dwar is-saħħa. Għaldaqstant, ġew imwaqqfin kliniċi speċjali fil-Bereġ ta’ San Ġwann u l-Imsida, fejn persuni li joqogħdu fil-limiti tal-Pietà, Tas-Sliema, L-Imsida, San Ġiljan, Is-Swieqi, San Ġwann, Ta’ Xbiex, Gżira u Pembroke u fil-Berġa ta’ Ħaż-Żabbar u l-Gudja, fejn persuni li joqogħdu fil-limiti tal-Gudja, Ħal Għaxaq, iż-Żejtun, Birżebbuġa, Santa Luċija, Ħaż-Żabbar, Marsaskala, ix-Xagħjra, Marsaxlokk, Raħal Ġdid huma mistiedna li jagħmlu

appuntament ma’ infermiera mħarrġa fejn isir ‘assessment’ tal-bżonnijiet kemm fiżiċi u kemm soċjali tal-individwu. Dan l-‘assessment’ jinkludi xi investigazzjonijiet bħal eżami tal-pressjoni u l-‘Body Mass Index’ (BMI) fejn dan jiġi evalwat skont it-tul u l-piż tal-persuna. Jista’ wkoll jittieħed it-test taz-zokkor jekk l-infermiera, waqt l-‘assessment’, tiddeċiedi li dan hu neċessarju. Wara dan l-‘assessment’, jiġi fformulat pjan ta’ azzjoni bil-għan li s-saħħa ħolistika tal-persuna tkun aħjar minn qabel. Dan ifisser li jista’ jkun hemm bżonn li l-pazjent jiġi rreferut għand xi professjonisti oħra fil-qasam tas-saħħa, kif ukoll f’xi oqsma oħra.

Klinika għall-Ħarsien tas-Saħħa / Lifestyle Clinic

Għal iktar informazzjoni jew biex tagħmel appuntament, tista’ ċċempel il-klinika tal-Gżira fuq in-numru 2133 7244 u ta’ Raħal Ġdid fuq in-numru 2169 1314

Page 25: Flimkien Frar 2015

Il-ħames xahar tat-tqala huwa żmien meta mill-ultrasound nistgħu nindunaw jekk hux se jkollna tifel jew tifla, jew inkella

iżjed minn tarbija waħda! Imma mill-ultrasound mhux dan biss se

nkunu nistgħu naraw. Se naraw ukoll kemm din it-tarbija qiegħda tikber u tiżviluppa, narawha ddaħħal subgħajha f ’ħalqha u toħorġu – u hekk nikkonkludu li l-muskoli tat-tarbija qegħdin jiżviluppaw sew. Naraw qalbha tħabbat, il-bużżieqa tal-pipì timtela u titbattal – u hekk nikkonkludu li dawn l-organi qed jaħdmu kif suppost. Dan it-test jgħidilna wkoll jekk it-tarbija hijiex qed tiżviluppa sewwa għaż-żmien li għandha.

It-tabib, jew min ikun qed jagħmel l-ultrasound, jgħidilna t-tul tat-tarbija kif ukoll kemm huma kbar ir-ras, l-idejn u r-riġlejn. Hemm affarijiet oħra li nistgħu naraw permezz tal-ultrasound, speċjalment difetti fis-sistema nervuża. L-ispina bifida jew in-nuqqas tal-preżenza tal-moħħ narawhom mill-ultrasound qabel ma titwieled it-tarbija.

Huwa mument tassew sabiħ meta kemm l-omm kif ukoll il-missier jaraw il-ħlejqa tagħhom fuq l-iskrin tal-ultrasound u, waqt li jixxennqu li jarawha f ’idejhom, ibirkuha biex tibqa’ tikber f ’saħħitha f ’ġuf l-omm!

Fis-sitt xahar tat-tqala t-tarbija tagħna għandha ġisimha kollu tikmix, għax għad m’għandhiex xaħam taħt il-ġilda. Tiżen bejn

500 u 800 gramma, u twila bejn 20 u 23 ċentimetru. Għandha ġilda ħamra ħafna, u għalkemm għandha l-organi kollha f ’posthom, jekk titwieled issa diffiċli li jirnexxilha tgħix. Għandha bżonn għall-inqas ftit ġimgħat oħra.

Il-pulmun u l-moħħ, għalkemm preżenti, għadhom ma jiffunzjonawx sew, u bejniethom għad ma hemmx koordinazzjoni tajba biex it-tarbija tkun tista’ tgħix barra mill-ġuf tal-omm.

Tarbija ta’ sitt xhur tkun kapaċi tisma’! Rieqda jew imqajma, it-tarbija fil-ġuf tiċċaqlaq madwar 50 darba fis-siegħa: titmattar; iċċaqlaq rasha, saqajha u jdejha; u tesplora l-ambjent li tgħix fih billi tmissu b’subgħajha. B’idejha t-tarbija kapaċi tmiss rasha u tmiss ukoll idha l-oħra kif ukoll taqbad riġlejha u tmiss saqajha ma’ xulxin, u b’idejha tmiss il-kurdun. Kultant ninnutaw kif it-tarbija b’saqajha timbotta mal-ġuf biex tkun tista’ tiċċaqlaq aħjar.

Xi ngħidu dwar omm it-tarbija? Kif qiegħda tħossha? F’dan il-mument l-omm tibda tħossha “titqal” u tikber. Forsi tibda tinnota li qiegħda tegħja malajr, u jekk ma tiqafx xi ftit wara nofsinhar ma twassalx sa filgħaxija. Il-visti għand it-tabib jibdew isiru kull xahar fejn it-tabib josserva diversi affarijiet. Dawn narawhom flimkien ix-xahar id-dieħel.

Dr Anna Maria Vella • It-Tabib

Il-ħames u s-sitt xaharFrar 2015 | 25

Page 26: Flimkien Frar 2015

ISLAND INSURANCE BROKERS

For all your insurance requirements

7.5% discount on any new motor or home insurance policy on presentation of this advert

Island Insurance Brokers Limited is an enrolled company regulated by the Malta Financial Services Authority

www.islandins.com2385 5555‘Insurance House’, 239 Psaila Street, Birkirkara BKR 9078

W

T

A

Page 27: Flimkien Frar 2015

TislibaMimdudin5. Tislima, bidu ta’ talba lil Marija (3)6. Frott li minnu jsir l-inbid (5)7. Xbihat ta’ qaddisin (5)8. Għomor, żmien (3)9. Qorob, ġie (5)12. Ħafna minn 20 Mimduda (5)15. Iżjed; mhux biżżejjed (5)18. Iġbed kemm tista’ (5)20. Annimali tal-baħar (3) 21. Silġ artab li jinżel bħax-xita (5)22. Mitkellem, imlissen (5)23. Tul ta’ 1,480 metru (3)

Weqfin1. Hu uża l-ixkupa (5)2. Torri li qajjem nuqqas ta’ ftehim (5)3. Ġie aktar qrib (5)4. Kiser ir-rieda t’Alla (5)10. Parti minn ċirkonferenza ta’ ċirku (3) 11. Ħares u uża għajnejk (3)13. La baħar u lanqas arja (3)14. Residenza jew mar lura (3)16. Ħaxu bejn l-għaġina imsajjar fil-forn (5)17. Lapida biex iżżejjen fuq qabar (5)18. Strixxa drapp li jilbes saċerdot (5)19. Iben Abraham u Sara (5)

Irbaħ voucher mingħand alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

AlfakodoIrbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

a J x J N J - D 2B C + C O V + VC G - A P X + AD B ÷ B Q Z x RE O + D R E ÷ JF S - J S G ÷ N 11G S + S T X + VH L - N U I x J 18I K ÷ N V Y ÷ J 7J M - V W J x FK X - Z X F x NL H + N 19 Y K + A 21M D x M 10 Z E - S

a 16 N 1B 22 O 10C 7 P 26D 25 Q 15E 20 R 24F 13 S 12G 9 T 11H 8 U 19I 18 V 3J 17 W 5K 6 X 14L 21 Y 23M 4 Z 2

nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Mimdudin: 1. RAKEL, 3. LAPSI, 6. EVANĠELISTI 8. DIRETTI, 12. ĊIVILTÀ, 15. KMANDAMENTI, 16. MĦARA, 17. MOSTA.Weqfin: 1. RVELL, 2. KMAND, 4. PASSI, 5. IMITA, 7. ELEĠIJA, 9. IDI, 10. TUT, 11. ĦÀKEM, 12. ĊĊARA, 13. ARNIES, 14. GWIDA.

Paġna tal-Logħob • Claudia Cini

Ma tistax iżżommu aktar minn minuta, għalkemm ħafif aktar minn rixa!

Tweġiba: in-nifs

1 2 3 4

5

6 7

8

9 10 11 12 13 14

15 16 17 18 19

20

21 22

23

Frar 2015 | 27

Page 28: Flimkien Frar 2015

student.apsbank.com.mt

APS Bank Ltd is licensed to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business by the Malta Financial Services Authority and is enrolled as a Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act 2006. The Bank is also a participant in the Depositor Compensation Scheme established under Legal Notice 369 of 2003.

2122 6644 apsbank.com.mt values you can bank on

SIMPLE AND SECUREInterest payable monthly or annually and is fixed for the entire duration of the 10 year Term. Minimum deposit €2,000 • Maximum deposit €50,000 • No fees • Interest cannot be added to Capital and has to be credited to a savings account held with APS Bank Ltd • Offer valid for a limited period.

*Gross of tax

2.75% p.a.*LIMItED offER

euro term deposit account

student.apsbank.com.mt

APS Bank Ltd is licensed to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business by the Malta Financial Services Authority and is enrolled as a Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act 2006. The Bank is also a participant in the Depositor Compensation Scheme established under Legal Notice 369 of 2003.

2122 6644 apsbank.com.mt values you can bank on

SIMPLE AND SECUREInterest payable monthly or annually and is fixed for the entire duration of the 10 year Term. Minimum deposit €2,000 • Maximum deposit €50,000 • No fees • Interest cannot be added to Capital and has to be credited to a savings account held with APS Bank Ltd • Offer valid for a limited period.

*Gross of tax

2.75% p.a.*LIMItED offER

euro term deposit account

student.apsbank.com.mt

APS Bank Ltd is licensed to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business by the Malta Financial Services Authority and is enrolled as a Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act 2006. The Bank is also a participant in the Depositor Compensation Scheme established under Legal Notice 369 of 2003.

2122 6644 apsbank.com.mt values you can bank on

SIMPLE AND SECUREInterest payable monthly or annually and is fixed for the entire duration of the 10 year Term. Minimum deposit €2,000 • Maximum deposit €50,000 • No fees • Interest cannot be added to Capital and has to be credited to a savings account held with APS Bank Ltd • Offer valid for a limited period.

*Gross of tax

2.75% p.a.*LIMItED offER

euro term deposit account

Page 29: Flimkien Frar 2015

Tfal f il-Bibbja • Storja • Claudia Cini • Disinn: Graziella Grech Cachia Frar 2015 | 29

SamwelOmmi kienet mara twajba ħafna.

Spiss kienet tiġi fit-tempju biex titlob lil Alla jagħtiha tifel. Biex

tgħidlu grazzi hi kienet lesta li ġġib lil binha biex jibqa’ jaqdi fit-tempju. Alla sama’ t-talba tagħha u taha iben kif xtaqet. U twelidt jien! Hija semmietni Samwel, li jfisser ‘mitlub mingħand Alla’. Meta kbirt ftit, u kelli xi tliet snin, ommi ġabitni fit-tempju, kif kienet wiegħdet.

Ma tantx niftakar x’ġara f’dik l-ewwel ġurnata meta ltqajt mat-twajjeb Għeli li kien saċerdot fit-tempju. Skont kif tgħidli ommi, Għeli feraħ ħafna bija u laqagħni għandu b’idejh miftuħa. Għall-bidu ma stajtx nidra, għax kien post ġdid għalija. Kont nibki ħafna għal ommi, imma bil-mod il-mod drajt ngħix fit-tempju ma’ Għeli.

Ta’ kull sena, il-ġenituri tiegħi kienu jiġu jżuruni u magħhom iġibuli libsa ġdida tas-suf fin. Kulħadd kien ifaħħarni għax kont dejjem nobdi. Ta’ kuljum kont nara li x-xemgħat ikunu kollha mixgħulin u li kull oġġett fit-tempju jkun nadif tazza.

Meta kelli madwar tnax-il sena, waqt li kont rieqed, smajt leħen isejjaħli. Qomt niġri mill-friex għax ħsibt li kien Għeli li għajjatli. Għeli kien rieqed, imma jiena qajjimtu. Hu qalli li ma kienx għajjatli u bagħatni lura norqod.

Ħsibt li kont ħlomt, u malajr insejt. Imma xi jiem wara rġajt smajt dak il-leħen. Erġajt mort niġri fejn Għeli. Kont ċert li din id-darba riedni, imma Għeli żgurani li ma ried xejn mingħandi. Imma din id-darba qabel ma bagħatni lura norqod Għeli qalli li jekk nerġa’ nisma’ lil min isejjaħli kelli nwieġeb: “Tkellem Mulej, il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’.”

Ngħid il-verità għall-ewwel bżajt xi ftit, imma obdejt u mort lura fis-sodda tiegħi. Dak il-lejl stess erġajt smajt l-istess leħen isejjaħli, għalhekk qomt bilqiegħda u weġibt eżatt kif qalli nagħmel Għeli: “Tkellem, Mulej, il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’.” Togħġbok din it-talba tiegħi?

KOMPETIZZJOnIX’kien jisimha omm Samwel? Biex twieġeb tajjeb, fittex fl-Ewwel Ktieb ta’ Samwel (wieħed mill-kotba tat-Testment il-Qadim), kapitlu 1, vers 20. Ibgħat it-tweġiba hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, Floriana. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (79790411).

Tkellem Mulej, il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’.

student.apsbank.com.mt

APS Bank Ltd is licensed to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business by the Malta Financial Services Authority and is enrolled as a Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act 2006. The Bank is also a participant in the Depositor Compensation Scheme established under Legal Notice 369 of 2003.

2122 6644 apsbank.com.mt values you can bank on

SIMPLE AND SECUREInterest payable monthly or annually and is fixed for the entire duration of the 10 year Term. Minimum deposit €2,000 • Maximum deposit €50,000 • No fees • Interest cannot be added to Capital and has to be credited to a savings account held with APS Bank Ltd • Offer valid for a limited period.

*Gross of tax

2.75% p.a.*LIMItED offER

euro term deposit account

student.apsbank.com.mt

APS Bank Ltd is licensed to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business by the Malta Financial Services Authority and is enrolled as a Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act 2006. The Bank is also a participant in the Depositor Compensation Scheme established under Legal Notice 369 of 2003.

2122 6644 apsbank.com.mt values you can bank on

SIMPLE AND SECUREInterest payable monthly or annually and is fixed for the entire duration of the 10 year Term. Minimum deposit €2,000 • Maximum deposit €50,000 • No fees • Interest cannot be added to Capital and has to be credited to a savings account held with APS Bank Ltd • Offer valid for a limited period.

*Gross of tax

2.75% p.a.*LIMItED offER

euro term deposit account

student.apsbank.com.mt

APS Bank Ltd is licensed to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business by the Malta Financial Services Authority and is enrolled as a Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act 2006. The Bank is also a participant in the Depositor Compensation Scheme established under Legal Notice 369 of 2003.

2122 6644 apsbank.com.mt values you can bank on

SIMPLE AND SECUREInterest payable monthly or annually and is fixed for the entire duration of the 10 year Term. Minimum deposit €2,000 • Maximum deposit €50,000 • No fees • Interest cannot be added to Capital and has to be credited to a savings account held with APS Bank Ltd • Offer valid for a limited period.

*Gross of tax

2.75% p.a.*LIMItED offER

euro term deposit account

Page 30: Flimkien Frar 2015

TRaInof Life

At birth, we boarded the train of life and met our parents, and we believed that they would always travel

by our side. However, at some station, our parents

would step down from the train, leaving us on life’s journey alone.

As time goes by, some significant people will board the train: siblings, other children, friends, and even the love of our life.

Many will step down and leave a permanent vacuum. Others will go so unnoticed that we won’t realize that they vacated their seats!

This train ride has been a mixture of: joy, sorrow, fantasy, expectations, hellos, goodbyes, and farewells.

A successful journey consists of having a good relationship with all passengers, requiring that we give the best of ourselves.

The mystery that prevails is that we do not know at which station we ourselves will step down.

Thus, we must try to travel along the track of life in the best possible way: loving, forgiving, giving, and sharing.

When the time comes for us to step down and leave our seat empty we should leave behind beautiful memories for those who continue to travel on the train of life.

Let’s remember to thank our Creator for giving us life to participate in this journey

Thank you for being one of the passengers on my train!

Kittieb anonimu. Grazzi lil Fr Colin Apap talli bagħtilna din il-kitba.

L-aħħar paġna30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Frar 2015

Rental Service Available!

visit our website www.okmedical.com.mt to view 100’s of products online!

Quality products at affordable prices!

Page 32: Flimkien Frar 2015