flimkien awwissu 2015

32
Awwissu 2015 | Numru 129 Newspaper Post Mudell ċar għal uliedi 14 Dak li nagħmel jaqbel ma’ dak li ngħid? Il-miraklu tagħna 10 Intervista ma’ koppja b’diffikultà biex inisslu Bomba atomika fuq Hiroshima 75 sena ilu 23 Tifkiriet ta’ Pedro Arrupe 25 Il-Larinġ u l-Vitamina Ċ Riċetta ta’ blalen tal-laħam … b’differenza 18 Kif se nsalva d-dinja? Erbgħin suġġeriment ta’ Papa Franġisku fl-Enċiklika Laudato Si’

Upload: knisja-malta

Post on 22-Jul-2016

273 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

 

TRANSCRIPT

Page 1: Flimkien Awwissu 2015

A w w i s s u 2 0 1 5 | N u m r u 1 2 9

New

spap

er P

ost

Mudell ċar għal uliedi 14Dak li nagħmel jaqbel ma’ dak li ngħid?

Il-miraklu tagħna 10Intervista ma’ koppja b’diffikultà biex inisslu

Bomba atomika fuq Hiroshima 75 sena ilu 23Tifkiriet ta’ Pedro Arrupe

25 Il-Larinġ u l-Vitamina ĊRiċetta ta’ blalen tal-laħam … b’differenza

18 Kif se nsalva d-dinja?

Erbgħin suġġeriment ta’ Papa Franġisku fl-Enċiklika Laudato Si’

Page 2: Flimkien Awwissu 2015

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

San Giovanni Rotondo

minn

¢499

22 – 25 Settembru

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda,

¢499

Short Break in

Normandy

minn

¢389

24-27 Sett/29 Ott - 1 Nov

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda,

¢389¢389

Vjaææi gœal Lourdes -

3 ijiem sœaœ

minn

¢469

7-11 Settembru

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda,

¢469¢469

Page 3: Flimkien Awwissu 2015

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Awwissu 2015Editorjal • Dun Anton Portelli

Catherine SpiteriKors tal-Purtieri

Trid t˙it purtieri sbie˙ b’sistema moderna ta’ kif g˙andek t˙affef ix-xog˙ol? Na˙dmu purtieri sbie˙ moderni u klassiçi. Il-kors hu tajjeb g˙al min

jaf i˙it kif ukoll g˙al min ma jaf i˙it xejn. Il-lezzjonijiet jing˙ataw minn g˙alliema li g˙andha ’l fuq minn 20 sena esperjenza u kkwalifikata barra.

Il-kors isir il-Blata l-BajdaTel: 2157 8951 / 7957 8951

Il-ħolqien f’idejna!

It-tobba l-ħin kollu jgħidulna biex nieklu l-ħaxix u ngħallmu lil uliedna jħobbu l-ħaxix frisk u jagħmluh parti ewlenija fid-

dieta tagħhom.Aħna lkoll nitgħaxxqu naraw l-għelieqi

ħodor mimlijin bil-frott tal-art u xogħol il-bniedem, għelieqi li jitimgħu lin-nies u lill-annimali.

Ħafna drabi fis-sajf naraw għelieqi vojta, bla ħxejjex, bla frott, jekk mhux fis-serra. Forsi l-għelieqi vojta naħsbuhom mejta, imma fil-fatt ikunu qed jistrieħu, lesti biex ftit wara jerġgħu jagħtuna l-frott tagħhom.

Ejjew inħobbu l-għelieqi tagħna: fejn naraw in-nixfa u t-telqa nippruvaw nagħtu l-ħajja permezz tal-ilma u taż-żerriegħa li tkun tgħodd għal dik l-art u li tagħti l-frott tagħha.

Il-ħolqien kollu huwa mħolli f ’idejna biex nibżgħu għalih u nkabbruh: l-għelieqi huma qrib tagħna u nistgħu nilħquhom malajr.

Għalhekk Papa Franġisku beda l-Enċiklika tiegħu (Laudato Si’) bil-kliem ta’ San Franġisk: Imbierek int Mulej għax ħallejt f ’idejna l-ħolqien kollu biex inkabbruh u mhux biex neqirduh, biex nibżgħu għalih u mhux biss biex ninqdew bih, biex inħalluh sabiħ għal uliedna u wlied uliedna.

Kelma ta’ Franġisku‘Mhux imbilli mmorru l-quddies il-Ħadd!

Jekk m’għandekx solidarjetà f ’qalbek, jekk lanqas biss taf x’qed jiġri lil niesek, il-fidi

tiegħek hi dgħajfa jew marida. Hija fidi bla Kristu. Fidi mingħajr solidarjetà hi fidi bla

Kristu, fidi mingħajr Alla, fidi mingħajr fraternità.’ (Paragwaj, 13 ta’ Lulju, 2015)

Drachma Parents Support Group Support group għal ġenituri Kattoliċi b’ulied gay.

Il-laqgħat li jmiss se jsiru:

• il-Ħamis, 20 ta’ Awwissu fit-8:00pm

• il-Ħamis, 17 ta’ Settembru fit-8:00pm

Mount St Joseph, Tarġa Gap, Mosta

Ċempel 79442317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett dwar is-suġġett.

Page 4: Flimkien Awwissu 2015
Page 5: Flimkien Awwissu 2015

Matul is-sajf Malti tispikka l-festa tar-raħal b’dak kollu li tfisser. Ippermettuli noffri ftit pariri ta’

missier u ta’ iben:• naħsbu sew u nirriflettu għaliex qegħdin

nagħmlu l-festa: it-titular jew il-patrun jew patruna u l-messaġġ l-iktar importanti dwar il-ħajja Nisranija li għandna nieħdu mill-festa.

• nagħżlu l-prijoritajiet skont l-eżempju tat-titular jew patrun jew patruna: is-Salvatur, il-Madonna u l-Qaddisin żgur jistidnuna nagħtu prijorità lit-talb, lis-sagramenti, lil-liturġija, lill-karità. Il-kumplament merħba bih jekk ir-ruħ tiegħu tkun Nisranija.

• nagħżlu li niċċelebraw ta’ Nsara li aħna. Nevitaw il-kliem baxx, il-ġesti u l-ilbies mhux xierqa, is-sokor u n-nuqqas ta’ rażan. Ma nħallux is-sħana tas-sajf tagħmel bina. Inħaddnu ġesti ta’ paċi, ta’ ferħ fratern, ta’ rikonċiljazzjoni, ta’ inklussività.

• naħsbu fil-fqar, fil-morda, fid-diżabbli, f ’kull min jinsab f ’xi saram. Il-festi huma okkażjoni sabiha ta’ ġenerożità u ta’ solidarjetà. Inżommu l-qies f ’kollox biex igawdi kulħadd.

• nirrispettaw il-Liġi u nobdu bil-qalb lill-uffiċjali pubbliċi. Inkunu ta’ eżempju ċiviku.

• nirrispettaw l-ambjent u nżommu l-indafa.• naħdmu biex il-festi tagħna jibqgħu

okkażjoni sabiħa għal kulħadd, xhieda ġenwina tal-ferħ Kattoliku, stedina biex nersqu lejn il-Mulej. Nagħtikom il-Barka Pastorali tiegħi!

X Charles J. SciclunaArċisqof ta’ Malta

L-istaġun tal-festiIl-Kelma tal-Arċisqof Awwissu 2015 | 5

Page 6: Flimkien Awwissu 2015

Fit-23 ta’ Mejju kien beatifikat l-Arċisqof Oscar Romero. Fl-1977, pajjiżu – El Salvador, fl-Amerika Ċentrali – waqa’

f ’ċirku ikrah ta’ konflitt ċivili u mdemmi, u ta’ ripressjoni militari ħarxa. Fl-istess sena, Papa Pawlu VI ħatru Arċisqof tal-belt kapitali, San Salvador. Għal tliet snin qabeż għad-drittijiet umani li kienu qed jitkażbru, u ddefenda l-foqra. Sar il-vuċi ta’ dawk mingħajr vuċi. Tista’ tgħid kull nhar ta’ Ħadd, waqt l-omelija fil-katidral kien jikkundanna l-atroċitajiet li kienu qed iseħħu fil-pajjiż. Kien jisfida lill-għonja u l-awtoritajiet. Fl-24 ta’ Marzu 1980, qattiel sparalu waqt li kien qed jiċċelebra l-Ewkaristija fil-kappella tal-isptar għall-morda bil-kanċer, fejn kien jgħix. Papa Ġwanni Pawlu II kien żar il-qabar tiegħu waqt żjara pastorali f ’El Salvador.

• “Profeta għandu jiddisturba s-soċjetà” (Awwissu, 1977).

• “L-impenn tagħna jġegħelna noħorġu, u noqogħdu mal-foqra” (April, 1978).

• “Nitlobkom, nappellalkom, nordnalkom, fl-isem ta’ Alla: Waqqfu r-ripressjoni!” (Marzu, 1980)

• “Dawk li ma jitolbux ma żviluppawx il-potenzjal uman sħiħ tagħhom. Dawk li ma jitolbux, għax jinżlu għarkopptejhom quddiem l-alla tal-materjaliżmu – kemm

jekk dan huwa l-flus jew il-politika jew xi ħaġa oħra – għadhom ma fehmux il-kobor veru ta’ li tkun persuna. Li nwasslu dan il-messaġġ lill-umanità – din hi l-festa ta’ Pentekoste: din hi l-Knisja” (Pentekoste, 1977).

• “Mhijiex ir-rieda ta’ Alla li l-ftit ikollhom kollox, waqt li l-oħrajn ma jkollhom xejn” (Settembru, 1978).

• “Il-verità hija dejjem ippersegwitata” (Mejju, 1977).

• “Spiss ġejt mhedded bil-mewt ... Il-martirju huwa don kbir mingħand Alla li ma naħsibx li jistħoqqli. Imma jekk Alla jaċċetta s-sagrifiċċju ta’ ħajti, imbagħad, iva, demmi jkun żerriegħa ta’ ħelsien u sinjal ta’ tama li daqt tkun realtà” (Marzu, 1980).

• “Alla tant huwa kreattiv li lanqas żewġ werqiet fuq siġra ma huma l-istess. Dan huwa aktar minnu meta nitkellmu dwar il-Knisja tiegħu. Alla żejjen il-Knisja b’varjetà meraviljuża ta’ doni. Diversità b’saħħitha hija essenzjali. Ma rridux inkunu kollha l-istess. B’ħafna ideat individwali, l-għaqda hija aktar għanja mill-ħsibijiet ta’ individwu wieħed. Din hija l-ħidma tal-Ispirtu s-Santu li jgħaqqadna f ’verità waħda, u jagħmilna lkoll ulied il-Knisja” (Pentekoste, 1977).

• “Jekk joqtluni, jien inqum mill-ġdid fil-poplu ta’ El Salvador” (Marzu, 1980).

Ġawhar Insara • Dun Hector Scerri

Leħen għal min m’għanduxL-Arċisqof Oscar Romero (1917-1980)

6 | Flimkien

Page 7: Flimkien Awwissu 2015

24. X’ħabbar Ġesù?Ġesù ħabbar u pprietka l-miġja tas-Saltna ta’ Alla.

25. X’kien it-tagħlim ewlieni li Ġesù tana fuq Alla?It-tagħlim ewlieni li Ġesù tana fuq Alla kien li Alla hu Missierna li jħobbna. Ġesù għallimna li Alla hu Missieru b’mod l-aktar speċjali u li lilna Ġesù jrid idaħħalna biex nieħdu sehem miegħu bħala Iben speċjali.

26. Kif nafu li f’Alla wieħed hemm Alla l-Missier, Alla l-Iben, u Alla l-Ispirtu s-Santu?Dan nafuh għax qalhulna Ġesù stess meta sejjaħ ’l Alla Missieru, wera li hu l-Iben t’Alla u ħaġa waħda ma’ Alla l-Missier, u meta wiegħed li hu u l-Missier se jibagħtu l-Ispirtu s-Santu.

27. Dan ifisser li l-Missier, l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu huma tliet allat?Le, mhumiex tliet allat iżda Alla wieħed. Il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu huma tliet persuni magħżulin minn xulxin bir-rabta ta’ bejniethom u ndaqs fil-kobor. Il-misteru tat-Tliet Persuni f ’Alla wieħed jissejjaħ ‘Il-Misteru tat-Trinità’.

28. Kif nistgħu ningħaqdu ma’ Ġesù bħala l-Iben ta’ Alla l-Missier?Ningħaqdu ma’ Ġesù bħala Bin il-Missier billi nirċievu l-Ispirtu s-Santu li hu l-Ispirtu tal-Missier u l-Ispirtu ta’ Ġesù.

29. F’liema sens Alla l-Missier, Alla l-Iben, u Alla l-Ispirtu s-Santu huma marbutin mal-fidwa tagħna?Huma marbutin mal-fidwa tagħna għax Alla l-Missier bagħat ’l Alla Iben biex isir bniedem bħalna u jsalvana bil-mewt u l-qawmien tiegħu, u għax il-Missier u l-Iben bagħtu ’l Alla l-Ispirtu s-Santu fina biex ibiddilna u jqaddisna billi jagħtina sehem mill-ħajja divina tiegħu stess li hi mħabba.

30. X’insejħulha dik l-għotja tal-Ispirtu s-Santu li tgħaqqadna ma’ Ġesù bħala wlied il-Missier u tagħmilna kapaċi nieħdu sehem fil-ħajja stess divina? Din l-għotja tal-Ispirtu s-Santu nsejħulha ‘Grazzja Santifikanti’.

31. Jista’ jistħoqqilna li nirċievu l-Ispirtu s-Santu b’xi merti jew opri tajba tagħna?Le, ma jistax jistħoqqilna li nirċievu l-Ispirtu s-Santu b’xi opri jew merti tagħna, għax aħna m’aħniex ħlief ħlejjaq, anzi aħna midinbin ukoll. Alla l-Missier jagħtina l-Ispirtu s-Santu għax irid u għax għandu mħabba kbira lejna. Iżda meta jitnissel fina l-Ispirtu s-Santu u ngħixu l-ħajja tal-Ispirtu, l-opri tagħna jistgħu jistħoqqilhom li jiriċievu għotja akbar ta’ grazzja f ’dil-ħajja u l-hena tal-ħajja fis-sema.

Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.

Katekiżmu Żgħir (4)

Ġesù, Missieru, u l-Ispirtu s-Santu

Awwissu 2015 | 7

Page 8: Flimkien Awwissu 2015
Page 9: Flimkien Awwissu 2015

Mela isma’ xi ġrali darba! Kont għaddej minn triq pjuttost kwieta, u f ’daqqa waħda nisma’ missier

iċanfar lil ibnu għaliex qabdu jpejjep sigarett. Issa dan it-tifel kien taħt l-età. Probabbli li kien qed ipejjep mhux għall-gost imma biex jesperimenta kif ikun sigarrett!

Insomma, dan il-missier ħadha bi kbira ħafna u għamillu xenata sħiħa f ’nofs ta’ triq. Il-missier jgħajjat u dan il-ġuvnott jibki u jwiegħed lil missieru li ma kienx se jerġa’ jaqbad sigarrett b’idu darba oħra! U kellu jwiegħed b’ċerta konvinzjoni u għal aktar minn darba li ma kienx se jmiss sigarrett ieħor b’idejh biex missieru fl-aħħar ħassu sodisfatt!

Jiena ħsibt li l-istorja kienet se tieqaf hawn, u kollox jerġa’ għan-normal ... imma kemm kont żbaljat! Kif dan il-ġuvnott kien għadu qed jinġabar mill-ħasla li tah u x-xenata li kien għamillu missieru, dan sejjaħlu ħdejh u, wara li daħħal idejh fil-but, ħareġ karta ta’ 10 ewro u, inkredibbilment, qallu, “Hawn, mur

Nakkumpanjaw lil uliedna • Fr Carl-Mario Sultana

aqdini. Mur ixtrili pakkett sigarretti....”Ma tistgħux timmaġinaw kemm stagħġibt

meta rajt u smajt hekk! Kif jista’ jkun li tipprova tagħti tagħlima lil xi ħadd – għax tridlu l-ġid – u mbagħad fl-istess sentenza int stess tagħmel il-kuntrarju?

Kif tista’ tgħid lil uliedek biex jgħixu ħajja tajba ... imbagħad inti stess tgħix mod ieħor? Tista’ tistenna li wliedek jgħixu ħajja tajba, jekk inti ma tagħtihomx eżempju tajjeb? U dan ma jgħoddx biss għall-ġenituri, imma għal kull adult.

Ftakar li llum ħadd ma jimpressjona lil ħadd bid-diskors sabiħ li jgħid imma bil-fatti! Li tgħix ħajja eżemplari jħalli ħafna aktar frott u jikkonvinċi ħafna aktar minn kwalunkwe kliem li nistgħu ngħidu lit-tfal tagħna.

Mela f ’dak kollu li tagħmel u tgħallem lit-tfal tiegħek ġib quddiem għajnejk li l-ewwel u qabel kollox inti trid tkun mudell tajjeb ta’ dak li qed tgħid u tgħallem. Inkella ftit se tħalli effett!

Dak li tagħmel jaqbel ma’ dak li tgħid?

Mudell ċar għal uliedi

Awwissu 2015 | 9

Page 10: Flimkien Awwissu 2015

X’ħassejtu meta indunajtu bid-diffikultà?L-ebda tabib ma qalilna li għandna problema ta’ infertilità. Ħaġa bħal din bejn tgħinek u bejn le. Madankollu, meta jibdew għaddejjin is-snin tibda tinduna li hemm xi “imma”. Għalhekk bdejna nfittxu toroq oħra. L-adozzjoni u l-fostering kienu f ’moħħna anki qabel iżżewwiġna. It-tfal inħobbuhom u fil-fatt l-ewwel date tagħna kienet waqt xogħol volontarju f ’dar tat-tfal. Għalkemm beda jidher ċar li kien hemm diffikultà, ix-xewqa li jkollna t-tfal dejjem baqgħet hemm. Anzi baqgħet dejjem tikber. Konna nafu li f ’xi ħin Alla kien se jwettaq miraklu. It-tama ma mietet qatt.

Ma’ min tkellimtu dwar din id-diffikultà? Lil min sibtu li għenkom?Onestament ma tantx sibna nies li jifhmuna. Anzi bdejna nħossuna waħidna, “differenti” u mwarrbin. Illum nirrealizzaw li hawn

Intervista

ħafna koppji li għandhom il-problema tal-infertilità. Imma ħadd ma jitkellem. L-infertilità għadha tabù. L-aktar post li konna komdi nitkellmu dwar din id-diffikultà kien fil-kuruturi tal-klinika tal-fertilità assistita f ’Mater Dei.

Il-familjari tagħkom kif ħaduha?Il-familjari tagħna dejjem jgħidulna biex ma naqtgħux qalbna, li Alla huwa kbir. Aħna nafu u nemmnu li Alla huwa kbir imma tkun tixtieq li xi ħadd jifhem il-weġgħa tiegħek u jgħinek tħossok normali.

Fiex jew f’min issibu faraġ u inkuraġġiment?L-uniku serħan tagħna kien u għadu Alla. Dejjem immorru Quddies flimkien, nitolbu flimkien, u nafu li Hu biss jifhem il-weġgħa tagħna. Nammettu li kien hemm mumenti meta konna rrabjati, ħassejna ruħna minsija u abbandunati. Imma meta twarrab lil

Faye u Paul huma koppja Maltija li jħobbu ħafna t-tfal. Fil-fatt l-ewwel date tagħhom kienet waqt xogħol volontarju f’dar tat-tfal. Xtaqu erbat itfal imma meta ġew biex inisslu ltaqgħu ma’ intopp... Madankollu f’ħajjithom xorta ltaqgħu ma’ miraklu…

Il-miraklu tagħna

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Awwissu 2015

Alla minn ħajtek ma tħossokx aħjar. Anzi l-weġgħa tikber.

Għandna ħbieb patrijiet u sorijiet li saru ħbieb tal-qalb tagħna u jgħidulna li dejjem jitolbu għalina. Inħossu li dawn in-nies huma ħbieb ġenwini u anġli mibgħuta minn Alla.

X’kien il-miraklu li ltqajtu miegħu f’ħajjitkom li semmejtu qabel?Il-miraklu tagħna jismu Mark. Mark huwa tifel addottat li huwa litteralment “anġlu mibgħut minn Alla”. Imma wara Mark kompliet tikber ix-xewqa tagħna li jkollna aktar tfal. Qabel iżżewwiġna konna ftehimna li jkollna erbat itfal: bejn ulied naturali, addottati u fosterjati.

Kif akkwistajtu l-paċi u t-trankwillità minkejja din id-diffikultà?Dejjem tawna l-parir li rridu naċċettaw is-sitwazzjoni. Imma li taċċetta s-sitwazzjoni xi tfisser? Tfisser li rridu naqtgħu qalbna? Imma aħna qatt ma ridna naqtgħu qalbna! Dejjem emminna li x-xewqa li jkollna ħafna tfal ma fiha xejn ħażin! Imma rrealizzajna li biex ngħixu aktar fil-paċi rridu nagħmlu xi ħaġa.

X’għamiltu fil-prattika?(Hawn twieġeb Faye) Darba mort il-Quddies u rajt powsters kbar jgħidu: “It-tfal rigal t’Alla”. Dak il-ħin ħassejt weġgħa u rabja kbira. Għedt f ’qalbi, “U aħna, allura? Ifisser li lilna Alla nsiena?” Kif mort id-dar bgħatt e-mail lil min ippubblikahom. Illum nirrealizza li dak il-powster kien sabiħ u l-ħsieb kien tajjeb, imma kulħadd jinterpreta dak li jara skont il-lenti u s-sitwazzjoni li jkun qed jgħix dak il-ħin.

Imma minn hemm bdejt katina ta’ kuntatti li wasslu biex f ’ħajti jsir miraklu ieħor biex inħossni aħjar! Bdejt nattendi l-counselling, Anki hawn rajna l-id ta’ Alla! Il-counsellor fetħitli orizzonti ġodda ta’ paċi, trankwillità, studju, opportunitajiet u anki ferħ.

Għalkemm dak il-mument li rajt il-powster deher negattiv, fil-fatt wassal għal bidliet kbar f ’ħajti. Illum jien stess qed nitħarreġ bħala counsellor u nittama li ’l quddiem jien ukoll inkun ta’ għajnuna għal ħaddieħor.

X’għamiltu biex ma tħallux din id-diffikultà taffettwa ħażin ir-relazzjoni tagħkom?Veru li f ’xi każijiet din il-problema tista’ taffettwa ħażin lill-koppja, imma r-relazzjoni tagħna dejjem baqgħet soda, għax dejjem kellna mħabba u rispett kbir lejn xulxin. Ħaġa oħra li għenitna kienet li dejjem bqajna nittamaw f ’Alla.

Xi kliem jintqal min-nies u li lilkom iweġġagħkom?Anki meta ma jgħidu xejn in-nies tweġġgħek bil-ħars. Inweġġgħu meta nisimgħu ġenituri jgorru fuq it-tfal tagħhom, jew jgħajtu magħhom jew isawtuhom. Aħna narawhom li mhux qed japprezzaw dak li għandhom.

Mistoqsijiet żejda li jagħmlu xi nies huma: “Miżżewġa? Għandek tfal?” Din hija l-aktar ħaġa li tista’ tweġġa’ lil min għandu diffikultà biex inissel. Fuq nota umoristika smajt mara li ilha żmien twil bid-diffikultà biex tnissel, li tistaqsihom lura: “Miżżewġa? Għadek mar-raġel?” U meta xi ħadd jgħidilha, “Int sew, kemm int relaxed bla tfal!” tweġibhom, “Veru ta! Għax it-trab fid-dar jidħol biss għand min għandu t-tfal!”

X’tgħidu lil koppji oħrajn f’sitwazzjoni bħal tagħkom?Ngħidulhom: Qatt u qatt taqtgħu qalbkom. Aħdmu fuqkom infuskom individwalment u bħala koppja biex tgħixu fil-paċi. Gawdu flimkien bħala koppja. Emmnu f ’Alla. Il-mirakli jsiru! Ibqgħu pożittivi. Kulħadd għandu u ħaqqu l-happy ending tiegħu!

Faye, Paul u Mark huma psewdonimi.

Awwissu 2015 | 11

Page 12: Flimkien Awwissu 2015

Roasted in London. Chilled in Malta.Revive and refresh with a smooth iced latte handcrafted by your baristas at Costa Coffee.

Now open at The Point, The Embassy; Valletta, Bay Street, Balzan & Malta International Airport.

Page 13: Flimkien Awwissu 2015

Niftakar tfajla Ġappuniża ta’ xi 18-il sena. Kont għammidtha xi 3 jew 4 snin (qabel il-bomba atomika fuq

Hiroshima) u kienet saret Nisranija ferventi. Kienet titqarben kuljum fil-Quddiesa tas-sitta ta’ filgħodu li kienet tisma’ kuljum. Wara l-isplużjoni tal-bomba atomika, kont għaddej mit-triqat kollha tal-belt. Fejn qabel kien hemm id-dar tagħha, sibt gorboġ, saqaf tal-landa fuq erba’ lasti tal-injam. Ersaqt. Ħajt għoli ftit piedi kien jidher min-naħa ta’ ġewwa. Ippruvajt nidħol, imma ntiena taqsmek imbuttatni ’l barra.

Dik it-tfajla Nisranija – kien jisimha Nakamura – kienet hemm mimduda barra, fuq mejda maqtugħa ftit mill-art, dirgħajha u riġlejha stenduti u mgħottija bi ftit ċraret maħruqa. Saqajha u jdejha kienu pjaga waħda, kollha materja tnixxi mal-art. Ma kontx tara fihom ħlief għadam, laħam maħruq u pjagi. Kienet ilha hemm 15-il jum mingħajr ħadd ma seta’ jnaddafha u jaqdiha. Missierha biss, huwa wkoll ferut gravi, kien jgħaddilha ftit ross biex tiekol xi ħaga. Daharha kien ġerħa waħda, ġa kankrena, għax ma setgħet qatt tibdel il-pożizzjoni.

Ippruvajt indewwilha l-ħruq. Sibt ċappa muskoli mibdulin f ’materja. Kien jidħol il-ponn ta’ jdejja fil-ħofra! U fil-qiegħ tagħha, gozz dud.

Imkexkex quddiem xena bħal dik sfajt bla kliem. Wara ftit Nakamura fetħet għajnejha u kif ratni ħdejha nitbissmilha tatni ħarsa ħelwa b’żewġ demgħat f ’għajnejha. Ippruvat tagħtini idha, li kienet biċċa għadma tnixxi l-materja. Qaltli bi kliem ħelu li ma ninsa qatt, “Father, nixtieq nitqarben.”

Xi tqarbina kienet dik! Kemm mhux bħat-tqarbin li f ’dawk is-snin tajtha kuljum! Insiet kull semm. Nakamura talbitni dak li kienet ilha ġimagħtejn tistennieh, mill-ġurnata tal-bomba atomika: l-Ewkaristija, Ġesù Kristu, dak li lilu kienet tat ruħha biex bħala reliġjuża taqdih fil-fqar. Kont lest nagħtiha kollox ħa nismagħha titkellem dwar l-esperjenza ta’ min kien ilu nieqes mill-Ewkaristija u jerġa’ jirċeviha mill-ġdid wara tant tbatijiet! Qatt ma kelli esperjenza ta’ talba bħal dik minn persuna li kienet saret “ġerħa u ulċera” waħda. Qatt ma tajt vjatku milqugħ b’xewqa hekk qawwija. Nakamura San mietet ftit wara, iżda mgħannqa ma’ Ġesù li hi tant kienet tħobb u li kien qed jistennieha b’xewqa kbira, biex għal dejjem jilqagħha fid-dar tiegħu tas-sema.

Nakamura ħasset li Ġesù, għalkemm assenti minn barra, ma telaqhiex u ġie biex jiltaqa’ magħha, jeħodha miegħu u jagħmilha ħienja għall-eternità.

70 sena mill-bomba atomika

Pedro Arrupe (ex Ġeneral tal-Ġiżwiti) dwar tqarbina ħmistax wara l-bomba atomika fuq Hiroshima

It-tqarbina ta’ Nakamura

Meħuda mill-kitba ta’ Pedro Arrupe sj, ‘Kif iltqajt ma’ Ġesù’ (Pubblikazzjoni tal-Kumpanija ta’ Ġesù)

Roasted in London. Chilled in Malta.Revive and refresh with a smooth iced latte handcrafted by your baristas at Costa Coffee.

Now open at The Point, The Embassy; Valletta, Bay Street, Balzan & Malta International Airport.

Awwissu 2015 | 13

Page 14: Flimkien Awwissu 2015

Jekk noqgħod nofs siegħa kull ġimgħa fil-garaxx tad-dar tiegħi ma jfissirx li jien karozza. Bl-istess mod, il-fatt li mmur

nofs siegħa quddiesa darba fil-ġimgħa mhux biżżejjed biex nissejjaħ Nisrani. Biex tkun ħajja, il-fidi tagħna jeħtieġ li ngħixuha ta’ kuljum, kull fejn inkunu, mhux fil-Knisja biss, imma ‘fid-dinja’ wkoll.

X’jimpurtani huwa ktejjeb ta’ attivitajiet għal dawk kollu li jmexxu gruppi ta’ żgħażagħ ta’ bejn it-tlettax u s-sittax-il sena biex jgħinuhom jiddiskutu u jirriflettu fuq ir-realtajiet soċjali ta’ madwarhom minn lenti Nisranija. Id-dinja tagħna u l-ħajja tan-nies li jgħixu ġo fiha mhijiex waħda sempliċi, u sfortunatament hija wkoll immarkata b’ħafna inġustizzji. Bħala Nsara, aħna ma nistgħux nagħlqu għajnejna u nkunu indifferenti għal dawn ir-realitajiet.

It-tradizzjoni tagħna toffrilna ħafna riżorsi biex ma naqtgħux qalbna quddiem sitwazzjonijiet li jidhru mingħajr soluzzjoni. Iż-żgħażagħ li jkunu resqin lejn is-sittax-il sena huma fuq l-għatba tal-età adulta, u x-xewqa taċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja li ħejja dan il-ktejjeb hi li huma jkunu adulti li jmeddu jdejhom fil-bini ta’ dinja iktar ġusta, fejn kulħadd ikun jista’ jgħix fil-paċi u jiżviluppa t-talenti li tah Alla.

Żgħażagħ

X’jimpurtani?Ovvjament, din hi sejħa li tmiss lil kulħadd

u mhux lill-Insara biss. Fl-istess ħin, bħala Nsara ma nistgħux ninsew li ħajjitna hija l-unika ‘evanġelju’ li ħa jaqraw ħafna nies. ‘Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom’ (Ġw 13, 35).

X’ jimpurtak jekk ħafna nies huma vittmi ta’ inġustizzja? X’ jimpurtak jekk il-gwerer qed jeqirdu l-ħajja ta’ ħafna nies? X’ jimpurtak jekk minħabba l-egoiżmu ta’ xi wħud qed neqirdu l-ambjent ta’ madwarna? Għal dawn il-mistoqsijiet, in-Nisrani jwieġeb: Jimpurtani, għax aħna lkoll aħwa fi Kristu u wlied l-istess Missier, u dak li jiġri lil ħija jew lil oħti ma jistax ma jimpurtanix dwaru.

Il-ktejjeb X’jimpurtani ħa jiġi ppreżentat waqt weekend seminar:Jimpurtani training seminar għal-lijders ta’ gruppi ta’ żgħażagħ 23 ta’ Ottubru: 19:00 - 21:3024 ta’ Ottubru: 09:00 - 18:00Post: Seminarju, Tal-VirtùPrezz: €6 għall-weekend kolluKuntatt: [email protected]

Dan is-seminar qed jiġi ffinanzjat bl-appoġġ tal-‘VO Fund’ amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS).

14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Awwissu 2015
Page 16: Flimkien Awwissu 2015

• 1,104paġna• Bl-indiċiur-referenzi• Ktiebmeħtieġgħall-istudjużiugħalmin

jixtieqjifhemaħjarx’tgħallemil-Knisja• Ta’għajnunakbiragħall-eżami

tal-Matrikolatar-Reliġjon

Għall-bejgħminndawnil-postijiet:il-Kurja(il-Furjana),LibrerijaPreca(Blatal-Bajda),ĊAK(Birkirkara)ul-CatholicBookCentre(RaħalĠdid)

Il-KateKIÛmu tal-KnIsja KattolIKaRiveduTB’€19tifhemaħjardaklitemmen.

Page 17: Flimkien Awwissu 2015
Page 18: Flimkien Awwissu 2015

L-Enċiklika Laudato Si’

TIBqaX TGħID li m’hawnx problema fl-ambjent; tkunx indifferenti; tgħidx li m’hemmx x’tagħmel. (14, 59) NaGħMLu DIBaTTITI u policies onesti u ċari. Ma nistgħux nistennew li ċerti kwistjonijiet insolvuhom ‘darba għal dejjem’. Xi drabi jkollna nirrevedu u nirriformulaw is-soluzzjonijiet. (16, 60, 185) uża INqaS, erġa’ uża, irriċikla. Ibża’ għar-riżorsi, użahom b’mod effiċjenti, ikkonsma b’mod moderat, speċjalment riżorsi mhux rinnovabbli. (22, 192) IrrIDuĊI s-sustanzi li jniġġsu u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Uża enerġija aktar nadifa u rinnovabbli. Issostitwixxi l-użu tal-karburanti fossili. (26, 165) IPProMwoVI djar u bini ekoloġiċi li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija. (26, 180) IPProTEġI l-ilma potabbli nadif u tajjeb. Il-prezz tal-ilma m’għandux ikun li ma jilħquhx il-fqar. (27-29, 164) INżoMMu L-oĊEaNI u x-xmajjar nodfa minn sustanzi li jniġġsu. Fid-djar u n-negozji nużaw deterġenti bijodegradabbli. (30, 174) IL-PESTIĊIDI u L-ErBIĊIDI sintetiċi jagħmlu ħsara lill-għasafar u l-insetti. (34) INħaLLu jGħIXu l-ispeċi li jemigraw billi noħolqulhom “kurituri bijoloġiċi”. Ma neqirduhomx bid-digi, l-awtostradi u l-kostruzzjoni. (35)

Kif se nsalva d-dinja

NIPProTEġu l-bijodiversità, speċjalment il-foresti slavaġ u ż-żoni kostali. (39) NoħoLqu KoMuNITajIET abitabbli b’disinn sabiħ u spazji abbundanti u ħodor li jitgawdew minn kulħadd, li jgħinu n-nies jingħaqdu u jafdaw lil xulxin. (44-45, 113,

143, 147) EħLES mit-“tniġġis mentali”: aħseb fil-fond, għix bil-għaqal, ħobb b’ġenerożità. (47) TKuNX VITTMa tal-iskrin, tal-informazzjoni eċċessiva u tad-distrazzjonijiet. Attent mill-malinkonija u l-iżolament ikkawżati mill-midja. Żomm relazzjonijiet reali mal-oħrajn. (47) aqTa’ L-ħaFNa kliem sabiħ imma vojt. Kun af lill-fqar u dawk li qed ibatu, għax b’hekk tqajjem il-kuxjenza għall-azzjoni. (49) IL-ProBLEMI FID-DINja mhumiex tort taż-żjieda fil-popolazzjoni imma l-konsumiżmu eċċessiv u l-ħela. (50)

Fl-24 ta’ Mejju ħarġet l-Enċiklika tal-Papa Laudato Si’. Hawn issib 40 suġġeriment li għamel il-Papa.

(In-numri jirreferu għall-paragrafi rilevanti fl-enċiklika.)

18 | Flimkien

Page 19: Flimkien Awwissu 2015

IL-ġID KoMuNI jiġi l-ewwel. L-interessi partikolari jimmanipulaw l-informazzjoni; xi drabi jagħmlu atti filantropiċi u taparsi inkwetati bil-problemi. (54) ISSaPorTI L-Għaraq. L-użu żejjed tal-arja kkundizzjonata huwa “awto-distruttiv”. (55) ġESTI ta’ rieda tajba jispiraw u jfakkru lin-nies li “aħna maħluqin biex inħobbu”. (58, 113, 212) Erġa’ Lura għan-natura – “il-karezza ta’ Alla” – biex tirriċarġja lilek innifsek. Irrealizza kemm hi sabiħa u tal-għaġeb. Erġa’ żur postijiet li għandek memorji sbieħ tagħhom. (84, 97, 215, 233) IL-MoVIMENTI favur il-ħajja, favur l-ambjent, u favur il-ġustizzja soċjali huma konnessi bejniethom. Nipproteġu wkoll it-trabi li għad iridu jitwieldu u l-annimali f ’periklu ta’ estinzjoni u sfruttati. (91, 120) uża T-TEKNoLoġIja biex issolvi problemi reali u taqdi lill-persuni, billi tgħinhom ikollhom dinjità akbar, tbatija inqas, u ħajja aħjar. (112) NaqqaS MIr-rITMu, irkupra l-valuri li tlift u

xi tfisser il-ħajja. (113-114, 225)

NoħoLqu XoGħLIjIET li jgħinu l-iżvilupp tal-persuna,

l-istabbiltà, li jgħinu l-għajxien tal-valuri tal-

ħaddiem. (124-128)

aGħTI KaS ta’ x’għandhom x’jgħidu l-popli

indiġeni. Ipproteġi l-artijiet tagħhom. It-

tmiem ta’ kulturi hu ħaġa gravi aktar minn tmiem ta’ xi speċi. (145)

NoħoLqu networks ta’ għajnuna fil-viċinat tagħna u programmi ta’ titjib, spazji akkoljenti. Nagħmlu xi ħaġa sabiħa għall-komunità tagħna. (148-150, 152, 219, 232) aĊĊETTa L-ġISEM li tak Alla. Ħu ħsiebu. (155) PoLITIĊI: taqtgħux qalbkom minn pjanijiet fit-tul u bidliet fil-ħajjiet tan-nies anki jekk jaffettwaw il-livelli tal-konsum u jkun hemm riskji finanzjarji. Ċittadini: agħmlu pressjoni fuq ir-rappreżentanti tagħkom. (177-180) XI DraBI uża inqas. Tikkunsmax bla bżonn. (193, 203, 222, 211) aTTENT X’TIXTrI. Ftakar li l-bojkott jista’ jkun effettiv. (206) ħawwEL SIġra. Uża t-trasport pubbliku. Fejn tista’ uża karozza waħda ma’ ħaddieħor. Itfi meta toħroġ mill-kamra. Qed tħoss il-bard? Ilbes flokk oħxon tas-suf. Ħafna affarijiet żgħar, magħqudin flimkien, jagħmlu differenza kbira. (211) oMMIjIET u MISSIrIjIET: għallmu lil uliedkom jirrispettaw u jieħdu ħsieb ħaddieħor; jitolbu permess bl-edukazzjoni; jgħidu ‘Grazzi’; jikkontrollaw ir-rabja; jitolbu maħfra; jaqsmu mal-oħrajn. (213) GħaLLMuHoM jIEħDu GoST b’affarijiet sempliċi, f ’laqgħat flimkien, f ’għajnuna għall-oħrajn, jiżviluppaw talent, igawdu l-arti, il-mużika u t-talb. (223-224, 226) GħaLLMuHoM jGħIDu T-TaLBa qabel l-ikel (227), iħobbu l-għedewwa tagħhom (228), u jipprattikaw ‘it-triq iż-żgħira’ ta’ Santa Tereża. (230) Mur IL-quDDIES nhar ta’ Ħadd. Irċievi s-sagramenti. Iltaqa’ ma’ Alla f ’kollox. Strieħ nhar ta’ Ħadd. (233-237) Kanta waqt li tkun għaddej b’xogħlok. (244) ITLoB. (246) – Ara t-talba f ’paġna 30

Awwissu 2015 | 19

Page 20: Flimkien Awwissu 2015
Page 21: Flimkien Awwissu 2015

Nafu li hemm Sinodu?Qed nikteb f ’Lulju u, kif suppost nafu, ftit ġimgħat oħra (Ottubru) se jkompli s-Sinodu tal-Knisja dwar il-familja. Qed ngħid ‘suppost nafu’ għax kieku m’għandix aċċess għall-internet kieku żgur lanqas biss naf li għandu jitkompla għax hawn Malta tista’ tgħid li qatt ma tisma’ xejn dwaru. Fuq l-internet ili x-xhur naqra dwar x’qed jagħmlu u jgħidu l-isqfijiet f ’pajjiżi oħra. Meta xi ħaġa tkun importanti għall-Knisja ma niqfux niġu mfakkra b’kull mezz, imma dwar is-Sinodu ħlief apatija ma rajtx. U min se jirrappreżenta l-Knisja ta’ Malta fis-Sinodu kif jista’ jagħmel dan jekk aħna (il-merħla) ġejna pratikament injorati? Skużawni dan l-isfog iżda nħoss diżappunt kbir bin-nuqqas ta’ interess mill-Knisja f ’Malta. Ma naħsibx li l-Knisja jkollha d-dritt twaħħal f ’xi fatturi jew xi setturi li qegħdin ‘ikissru l-familja’!

MG, Żebbuġ

Ittri mill-qarrejja

ITTra rEBBIEħa

Meta jmutlek petQrajt il-poeżija Rainbow Bridge fil-Flimkien ta’ Lulju. Kemm fiha sentimenti sbieħ u kliem ta’ faraġ għal min jitlef il-pet tiegħu! It-telfa tal-pet tinħass bħal meta titlef lil ħadd tal-familja u n-niket tat-telfa jġib miegħu uġigħ emozzjonali profond.

M. Ellul

ITTrI MILL-qarrEjja L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Kant fil-knejjes MaltinQrajt l-artiklu ta’ Lawrence Quintano dwar il-kant fil-quddies li deher f ’Ġunju. Jien għandi suġġeriment ieħor. Isiru tant festivals tal-kanzunetti hawn Malta, u għandna tant kittieba ta’ kanzunetti, ma nistgħux b’xi mod inlaqqgħuhom u ngħidulhom jiktbu innu b’mużika oriġinali u mhux kull darba rridu nsibu innijiet barranin li naqilbuhom għall-Malti? Importanti ħafna l-kliem, imma anki hawn naħseb li għandna talent biżżejjed.

C. Grech, Marsa

Tniġġis bl-istorbjuNisimgħu u naqraw ħafna dwar it-tniġġis tal-arja minħabba dħaħen u t-tniġġis tal-ħxejjex u l-ilma u l-baħar, u l-ħmieġ. Imma ftit li xejn nitkellmu dwar it-tniġġis bl-istorbju. Il-poplu Malti hu poplu storbjuż. Storbju ta’ diski ħdejn il-baħar, storbju b’muturi u karozzi li jqajmu triq sħiħa minn kull fejn jgħaddu, karozzi bil-volum tar-radju beraħ, murtali anki f ’nofsillejl, settijiet tat-televiżjoni jgħajtu ma tistax tħalli tieqa miftuħa billejl, ġenituri jgħajtu u jwerżqu ma’ wliedhom. Inħossni li qegħdin lura ħafna meta mqabblin ma’ pajjiżi ċivilizzati oħra.

F. Micallef, Msida

Awwissu 2015 | 21

Page 22: Flimkien Awwissu 2015
Page 23: Flimkien Awwissu 2015

6am: Idoqq l-alarm u David iqum, jilbes u joħroġ. Qabel is-6:30am iħabbat lil Nina, il-ġara anzjana ta’ maġenbu. Jieħu l-karta mitwija li lestietlu, jitfagħha fil-but, jaqbad il-kelb tagħha Rex miċ-ċinga fl-id l-oħra u jerħulha jiġru fit-triq li tagħti lejn tarf ir-raħal. Waqt li sejrin lura, David jgħaddi jixtri xi affarijiet mingħand tal-growser. Fis-7:15am ikunu d-dar. Nina tkun tinstenniehom fil-bieb, tieħu l-kelb u l-basket, u tirringrazzja lil David minn qalbha u tawguralu l-ġurnata t-tajba. Kieku ma kienx hu!...

3pm: Irina tqum wara li tkun xogħol ta’ billejl, tilbes u titlaq tgħaġġel lejn dar li toffri l-kenn lil tfal u ommijiet b’diffikultajiet. Dak il-ħin jiġu t-tfal lura mill-iskola u suppost jibdew il-homework. Tieħu gost tgħinhom jagħmlu x-xogħol għall-iskola. Irina kienet għalliema fil-pajjiż tal-oriġini tagħha iżda kellha taħrab minn hemm. Sa issa rnexxielha biss issib xogħol ta’ billejl. Għall-inqas hekk għandha ħin biex tagħmel dan ix-xogħol volontarju.

6pm: Maria tlesti l-ikel u x-xogħol tad-dar ippjanat għal-lum, it-Tlieta. Hi u żewġha jmorru jżuru d-dar tal-anzjani biex jgħinu fi programm ta’ terapija bl-arti. Kienu ħadu dan it-taħriġ fil-Kunsill tal-lokal. Tant għoġobhom li ddeċidew jaqsmu dak li tgħallmu ma’ anzjani oħra li minħabba problemi ta’ mobbiltà ma setgħux jattendu.

8pm: David jasal id-dar għajjien. Nina ħallietlu messaġġ biex jgħaddi jieħu platt sħun li ħejjiet bix-xirja li għamlilha filgħodu. Tbissem, għax illum reġa’ ma kellux aptit isajjar! Li kieku ma kinux Rex u Nina!...

Appostolat tat-Talb

Intenzjoni tal-Papa għal Awwissu: Sabiex il-voluntiera jagħtu lilhom infushom b’ġenerożità biex jaqdu lil dawk li għandhom bżonn.

Naħseb ftit: Matul ġurnata tipika tiegħi, nista’ noffri għajnuna voluntarja, imqar ftit minuti, biex nagħmel differenza fil-ħajja ta’ xi ħadd?

X’nista’ nagħmel?• Niftakar f ’min xi darba tani daqqa t’id,

u nurih l-apprezzament tiegħi.• Naħseb f ’xi kapaċità li għandi.

Nirringrazzja ’l Alla tagħha u nfittex okkażjoni biex naqsamha mal-oħrajn.

Intenzjoni tal-Isqfijiet Maltin: Għaż-żgħażagħ b’qalbhom maqsuma biex isibu min jagħdirhom u jgħinhom.

Kieku ma kienx hu!

Paġna mħejjija mill-Grupp Appostolat tat-Talb (www.attmalta.org). Like us on Facebook.

Awwissu 2015 | 23

Page 24: Flimkien Awwissu 2015

Get €2300 Grant

E x p e r i e n c e - Q u a l i t y - A f f o r d a b i l i t y

www.solarsolutions.com.mt

Call us on21 424 750

Call us on21 424 750

2/3 Tal-Balal Road, Xwieki, L/O Għargħur, Malta

0091 Flimkien-Ad-August-2015.indd 1 7/20/2015 10:19:21 PM

Page 25: Flimkien Awwissu 2015

Il-larinġa hija tajba ħafna fit-togħma u sustanzjuża ħafna bħala snack. Larinġa fiha madwar 85 kalorija u ma fihiex la

xaħam, la kolesterol u lanqas melħ. Il-larinġa fiha ħafna vitamina Ċ u tgħinna niġġieldu l-mard, insaħħu l-ġilda, innaqqsu l-kolesterol u nieħdu ħsieb qalbna. Tgħin ukoll biex innaqqsu ċertu mard tan-nifs, l-artrite, ċerti tipi ta’ kanċer, ulċeri u ġebel fil-kliewi.

Il-meraq tal-larinġ huwa mimli nutrijenti (l-aktar meta nagħsruh aħna) imma ma fihx fibra, għax dik insibuha fil-qoxra u x-xliefa u bejniethom. Meta tagħsar larinġa, ixrobha mill-aktar fis. Tħallihiex magħsura għal xi nofs siegħa jew aktar għax sadanittant il-vitamini jkunu qed jonqsu u jintilfu.

• Il-Vitamina Ċ tinħall fl-ilma ta’ ġisimna. • Raġel ta’ bejn id-19 u s-70 sena ikollu

bżonn 90 milligramma ta’ Vitamina Ċ kuljum biex ikun f ’saħħtu.

• Larinġa jkun fiha 50-75 milligramma ta’ Vitamina Ċ.

• Il-Vitamina Ċ mhux biss mil-larinġ tinkiseb imma wkoll mill-brokkoli, il-piżelli, il-frawli, il-pineapple, il-bell peppers (bżar aħdar, isfar, oranġjo, aħmar), il-Brussels sprouts.

• Nuqqas ta’ Vitamina Ċ jikkawżalek tikek fil-ġilda (ġeneralment fir-riġel), ħanek minfuħ jew joħroġlok demm mill-ħanek.

• Il-Vitamina Ċ tgħin biex nimirdu inqas għax tħaddem aħjar is-sistema tal-ġisem li tattakka l-mikrobi u l-infezzjonijiet. Tgħin ukoll biex infiqu aktar malajr minn mard tan-nifs u mard ieħor.

Ifhem dak li tiekol • Geoffrey Axiak, Nutrizjonista

Il-Larinġa

Blalen tal-laħam b’differenzaĦin biex titlesta: 40 minuta

Ingredjenti (għal 12-il ballun tal-laħam):• 500g ċanga mitħuna mingħajr xaħam• nofs mgħarfa melħ tal-baħar• basla żgħira mqattgħa• nofs mgħarfa tewm mitħun• mgħarfa u nofs ħwawar imħalltin• tliet kwarti ta’ mgħarfa oregano niexef• tliet kwarti ta’ mgħarfa bżar aħmar

maħkuk• ftit irxiex zalza tal-bżar aħmar• kuċċarina u nofs worcestershire sauce• terz ta’ kikkra ħalib xkumat• kwart ta’ kikkra ġobon maħkuk• nofs tazza ħobż imfarrak.

Metodu• Saħħan il-forn għal 200°C.• Itfa’ l-laħam f ’kazzola u żid il-

melħ, l-oregano, il-bżar aħmar, il-worcestershire sauce, u ħallat ħafna. Ħallat sakemm jitħalltu sew, imbagħad għaqqadhom fi blalen. Poġġihom fuq karta tat-tisjir.

• Sajjar fil-forn għal xi 20-25 minuta sakemm fin-nofs ma jibqgħux ħomor.

Awwissu 2015 | 25

Page 26: Flimkien Awwissu 2015

Old Railway Track, Santa Venera | +356 2147 2241 | bridgepoint.com.mt

OLD RAILWAY TRACK S a n ta V e n e r a

Enhancing luxury with an affordable Mediterranean flair.

Page 27: Flimkien Awwissu 2015

TislibaMimdudin5. Titlu ta’ qaddis (3)6. Art imrammla f’nofs amfiteatru (5)7. Ta’ kwalità aħjar; ifjen (5)8. Għandek waħda fuq għonqok! (3)9. Lejlet festa (5)12. Hekk ikun (5)15. “Wiċċ is------ ma jmutx imkemmex” (Proverbju,

jiġifieri: Min ikun wiċċu tost ma jbatix.) (5)18. Bħal Apollo, Atena u Żews (5)20. u 23 Mimduda: Timsaħ saqajk fihom qabel

tidħol (6)21. M’għadhiex marida (5)22. Kunjom qaddis Malti (5)23. Ara 20. Mimduda

weqfin1. Il-belt kapitali tal-Greċja (5)2. Reċipjenti fejn jitkabbru x-xtieli (5)3. Trab tal-faħam (5)4. Dawn fuq tlieta joqogħdu! (5)10. Post fejn tikber tarbija qabel titwieled (3) 11. Siġra b’weraq fiddien miftuħ f’ħames ponot (3)13. Inklina; iġġenneb (3) 14. L-ewwel mara (3)16. Mexxej ta’ djoċesi (5)17. Enerġetiku; ħabrieki (5)18. Dalwaqt; wasal biex (5)19. Ħafif; fuq ruħu (5)

Irbaħ voucher mingħand alfsons Supermarket, il-ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Alfakodo Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

a G-Q 4 n W-B 11B F÷D o H÷AC OxU P DxOD T-J 2 Q Z-DE A+C R Y-MF V+M S DxIG W+I t C+Y 25H DxP u T÷UI Z÷O V D+Nj M+Q w OxPK UxA X L+AL S+M Y K÷D 10M X÷X Z G-D

a 1 n 7B 6 o 14C 17 P 9D 10 Q 21E 22 R 2F 3 S 25G 26 t 18H 16 u 12I 19 V 23j 5 w 15K 13 X 20L 24 Y 11M 8 Z 4

Not

a: G

ħ u

IE ji

eħdu

kax

xa w

aħda

Mimdudin: 5. XIĦ, 6. TANGO, 7. BHIMA, 8. XPA, 9. ĦANUT, 12. RIĠEL, 15. ĠABAS, 18. KAĠUN, 20. KOK, 21. ĦASSA, 22. ALLIEV, 23. RUT.weqfin: 1. KANUN, 2. RXOXT, 3. AĦBAR, 4. RMIĠĠ, 10. ARA, 11. USA, 13. IVA, 14. EKU, 16. BASLA, 17. SKARS, 18. KKATA, 19. ĠELAT

Paġna tal-Logħob • Claudia Cini

Bla saqajn u jimxi fejn irid!

Tweġiba: Serp

1 2 3 4

5

6 7

8

9 10 11 12 13 14

15 16 17 18 19

20

21 22

23

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

rebbieħ: P. Farrugia, ħ’attard

rebbieħ: C. Vassallo, San ġwann

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

Awwissu 2015 | 27

Page 28: Flimkien Awwissu 2015
Page 29: Flimkien Awwissu 2015

Tfal fil-Bibbja • Storja: Claudia Cini; Illustrazzjoni: Graziella Grech Cachia Lulju 2015 | 29

Kwiekeb u ramel

Missieri kellu ħafna merħliet ta’ nagħaġ. Jisimni Iżakk, u għandi ħija akbar minni jismu Iżmael. Ommi

kellha lili meta diġà kienet kbira fl-età. Missieri Abraham iħobbni ħafna, imma jħobb ħafna wkoll lil Alla. Dan fhimtu sew meta għaddejt minn ġrajja li nibqa’ niftakarha għomri kollu. Din il-ġrajja seħħet madwar erbat elef sena ilu.

Jum wieħed, missieri qajjimni kmieni u għarrafni li konna se nivvjaġġaw lejn muntanja, kif kien ordnalu Alla. Ħadna bosta affarijiet magħna u tlaqna għal għonq it-triq. Kontra s-soltu, dakinhar missieri deher mhux f’sikktu. Deher inkwetat u mħasseb ħafna. Fit-tielet jum, sellem liż-żewġ qaddejja li kellna magħna u ordnalhom jibqgħu jistennewna, filwaqt li aħna t-tnejn bqajna mexjin ’il quddiem.

Tħassibt xi ftit, għax missieri kien ġab miegħu l-injam, in-nar, il-ħbula u s-sikkina, imma ħaruf għas-saġrifiċċju ma kellux. Staqsejtu dwar dan, u qalli li Alla kien ser jipprovdilna ħaruf hu stess. Xħin wasalna fil-post indikat minn Alla, missieri bena artal u poġġa l-injam fuqu. Lili talabni nimtedd fuqu u rabatni bil-ħbula. Nammetti li xħin rajtu jislet is-sikkina u jgħolliha għal fuqi, twerwirt.

Fil-pront, l-anġlu t’Alla, sejjaħ lil missieri u waqqfu milli kien se jagħmel. Talbu biex ma

jagħmilli l-ebda ħsara. Dik kienet biss prova biex Alla jara kemm verament missieri kien iħobbu u jafda fih. Ftit bogħod minna, maqbud minn qrun fil-friegħi, kien hemm muntun. Missieri qabdu u offrieh sagrifiċċju bħala radd il-ħajr lil Alla. Abraham semma dak il-post: ‘Alla jipprovdi’.

Alla wiegħed lil missieri li kien se jkun missier ta’ nazzjon kbir, daqs il-kwiekeb tas-sema u r-ramel f’xatt il-baħar. Jien se jkolli sehem f’dan kollu, imma għadni żgħir wisq biex noqgħod naħseb fuq hekk. Inħalli f’idejn Alla, li bla dubju jħobbni b’imħabba bla qies..

KoMPETIZZjoNIX’kien jisimha omm Iżakk (il-mara ta’ abraham)? Fittex fil-ġenesi (Testment il-qadim), kapitlu 21, vers 3. Ibgħatha hekk:Flimkien, Tfal fil-Bibbja, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, ħaż-żabbar (7979 0411).

Tweġiba għal ta’ Lulju: Pietru, ġakbu u ġwannirebbieħ: K. Delia, il-Kalkara

Ieqaf! Ieqaf!

Page 30: Flimkien Awwissu 2015

Missier, infaħħruk flimkien mal-ħlejjaq kollha tiegħek. Huma tnisslu mill-id setgħana

tiegħek; huma tiegħek, mimlijin bil-preżenza tiegħek u bl-imħabba tenera tiegħek. Tkun imfaħħar!

Ġesù, Bin Alla, il-ħolqien kollu sar permezz tiegħek. Inti ssawwart fil-ġuf ta’ Marija Ommna, int sirt parti minn din id-dinja, u int ħarist lejn din id-dinja b’għajnejn ta’ bniedem. Illum inti ħaj f ’kull ħlejqa fil-glorja tal-Qawmien tiegħek.Tkun imfaħħar!

Spirtu s-Santu, bid-dawl tiegħek int tmexxi din id-dinja lejn l-imħabba tal-Missieru takkumpanja l-ħolqien hu u jitniehed bl-uġigħ tal-ħlas.Int għammar ukoll f ’qalbnau tnebbaħna nagħmlu dak li hu tajjeb.Tkun imfaħħar!

Mulej fi Tliet Persuni, komunità tal-għaġeb ta’ mħabba infinita,

għallimna nikkuntemplawk fis-sbuħija tal-univers, għax il-ħwejjeġ kollha jitkellmu dwarek.Qajjem fina tifħir u radd il-ħajrgħal kull ħlejqa li int għamilt.Agħtina l-grazzja li nħossuna f ’għaqda profonda mal-ħolqien kollu.

Alla tal-imħabba, urina fejn hu postna f ’din id-dinja bħala strumenti tal-imħabba tiegħekgħall-ħlejjaq kollha ta’ din id-dinja,għax l-ebda waħda minnhom mhi minsija quddiemek.Dawwal lil min għandu s-setgħa u l-flus biex jaħarbu d-dnub tal-indifferenza, sabiex ikunu jħobbu l-ġid komuni, iġibu ’l quddiem lill-batut, u jieħdu ħsieb id-dinja li ngħixu fiha. Il-foqra u d-dinja qegħdin jgħajtu bil-ħniena.

O Mulej, aħkimna bil-qawwa u d-dawl tiegħek, għinna nipproteġu kull ħajja, biex inħejju għal futur aħjar, sabiex tiġi s-Saltna tiegħek ta’ ġustizzja, paċi, imħabba u sbuħija. Tkun imfaħħar! Ammen.

L-Aħħar Paġna

Talba Nisranija f’għaqda mal-ħolqien

Minn paragrafu 246 tal-Enċiklika Laudato Si’ ta’ Papa Franġisku

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Awwissu 2015

www.powersolutions.com.mt

COMPLETE RANGE OF PV PANEL SYSTEMS USING HIGH QUALITY COMPONENTS AND CARRYING

25 YEAR WARRANTIES.

OUR SOLUTION FOR YOU – Solar Power System with Micro-Inverters

Solar cell moduleConventional system

DC/AC conversion

Largeinverter

Shadow covering part of the module affects the entire system, lowering conversion efficiency.

Distribution line (to sell electricity)

Micro-inverters

Micro-Inverter system

Distribution line (to sell electricity)

Even shadow covering part of the module will not affect the entire system to maintain efficiency.

Solutions you can trust.

M

A D E I N

GERMANY

A member of the Ciancio Group celebrating 100 years in business.

GRTU Award for Best Customer Satisfaction for renewable solutions

For details of unit costs and availablity or to request additional information please contact us on

800 749 06 | 9999 6162 | 9984 8960 [email protected] House, Cannon Road, Qormi, Malta

Page 32: Flimkien Awwissu 2015