e-spark 69

6
E-Spark hija newsletter elettronika maħruġa miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju Tal-Virtù, Rabat. Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com F'dawn l-aħħar xahrejn ġibna l- kontenut ta' djalogu sabiħ bejn grupp żagħżagħ u l-Papa Franġisku. Se nġibu l-aħħar parti ta' din it- taħdita. Dawn iż- żagħżagħ Belġjani kienu qed ifittxu għajnuna kif jistgħu jgħinu żagħżagħ oħra isiru aħjar. Il-Papa sabilħom il-ħin sempliċiment għax huma żagħżagħ, u ipprova jaqsam magħhom ftit mill- esperjenza tiegħu. E - Spark 69 Lulju 2014

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 01-Apr-2016

246 views

Category:

Documents


3 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: e-spark 69

E-Spark hija newsletter elettronika maħruġa miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju

Tal-Virtù, Rabat. Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

F'dawn l-aħħar xahrejn ġibna l-kontenut ta' djalogu sabiħ bejn grupp żagħżagħ u l-Papa Franġisku. Se nġibu l-aħħar parti ta' din it-taħdita. Dawn iż-żagħżagħ Belġjani kienu qed ifittxu għajnuna kif jistgħu jgħinu żagħżagħ oħra isiru aħjar. Il-Papa sabilħom il-ħin sempliċiment għax huma żagħżagħ, u ipprova jaqsam magħhom ftit mill-esperjenza tiegħu.

E -Spark 69 Lulju 2014

Page 2: e-spark 69

Papa Franġisku: Kif nitlob... Spiss nitlob billi naqra ftit mill-Bibbja, u mbagħad nagħlaq il-Bibbja u nħalli lil Alla josservani. U jien ukoll noqgħod nosserva. Dak hu t-talb tiegħi. Nosservaw lil xulxin, jien u Alla. U dejjem inħoss – imma dan mhux xi sentimentaliżmu – fil-qalb tiegħi inħoss dak li Alla jgħidli. Xi kultant ma jgħidli xejn. Xejn... vojt, vojt, vojt biss.Imma b'ħafna paċenzja nibqa' hemm u b'hekk jien nitlob. Nitlob bilqiegħda, għax meta nkun għarkobtejja saqajja jibdew juġgħuni. Nitlob bilqiegħda u kultant norqod waqt li nkun qed nitlob. Imma dan ukoll mod ta' kif titlob, bħal iben quddiem il-Missier. U għalija dan importanti, li nqis ruħi iben mal-Missier. U r-raġni tat-talb... l-ewwelnett għax għandi bżonn nitlob. Għax qisu Alla jsejjaħli biex nitkellem kiegħu. Qisu jibgħat għalija u jien ma nistax ngħidlu "le". U mbagħad nitlob għal tant persuni. Nies li jkunu laqtuni minħabba l-problemi taħhom, jew mard. Nies li jinsabu fi gwerra. Għadni kemm iltqajt man-Nunzju tas-Sirja u qagħad jurini r-ritratti ... Illum wara nofsinhar ċert li se nitlob għal dawk in-nies. Nitlob għal nies li qed imutu għax m'għandhomx dak li hu meħtieġ. Dak kollu li jinkwetani, jien indaħħlu fit-talb tiegħi.

Domanda 8: Jiena ma nemminx, kif diġa għitlek. Għalhekk ma nistax nifhem kif int titlob, jew għalfejn int titlob, fir-rwol tiegħek bħala Papa. Tista' b'mod konkret tispjegali għala titlob u kif titlob int bħala Papa?

E -Spark 69 Lulju 2014

Page 3: e-spark 69

Domanda 9:

Jien ikolli mumenti fejn nibża'. Il-Papa jibża' wkoll? U minn xhiex?

Papa Franġisku:

Minni nnifsi! Jien nibża' minni nnifsi. Isma'... fil-Vanġelu Ġesù jirrepeti spiss: "Tibżgħux! Tibżgħux!" Għaliex? Għax Hu jaf li ħaġa normali tibża' . Nibżgħu quddiem il-ħajja, quddiem l-isfidi. Nibżgħu quddiem Alla... Tħallix il-biża' tikkonfondik. Il-biża' trid tħossha imma ma tħallihiex tbeżżgħek! Stqsi lilek innifsek: "Għalfejn qed nibża' bħalissa"?" U b'ħafna sinċerità miegħek innifsek u quddiem Alla, iċċara kemm tista' s-sitwazzjoni u itlob lil xi ħadd jgħinek, jekk ikun hemm bżonn. Il-biża' mhix għalliema tajba għax ma turikx il-verità. Għalhekk Ġesu kien spiss jirrepeti: " Tibżgħux! Tibżgħux!" Trid tkun taf lilek innifsek, fejn int l-aktar dgħajjef, għax hemm l-aktar li hemm ċans tiżbalja. Iva dawn il-blind spots trid tassew tibża' minnhom! Għax hemm biża' tajba u biża' ħażina. Biża' tajba tixbaħ lill-prudenza. Tgħidlek ma tgħaġġilx. Jekk tkun prudenti ma taqax tant malajr. Il-biża' ħażina tgħidlek biex taħrab u ma tagħmel xejn. Jekk tagħti każha, tispiċċa paralizzat.

E -Spark 69 Lulju 2014

Vocations Centre
Typewritten Text
Vocations Centre
Typewritten Text
Page 4: e-spark 69

Domanda 9:

Jien staqsejtek dwar il-biża' għax jien nixtieq nitkellem aktar dwar il-fidi tiegħi, u nibża' għax mhux faċli, anke f'pajjiżna. Nixtieq nirbaħ din il-biża' u jkolli l-kuraġġ nesprimi dak li nemmen fih.

Papa Franġisku:

Ehhh... issa qed nifhem. Meta tipprova tkun xhud, dejjem kun sempliċi kemm tista'. Għax jekk tesprimi l-fidi bħalma kienu jagħmlu fil-kruċjati, qisek qed ixxejjer bandiera, ma jirnexxilekx. "Jien l-affarijiet narahamon hekk". B'ħafna sempliċità u umiltà. Bla trionfaliżmu. Imma meta tesprimi lilek innifsek u dak li hu għażiż għalik, bħal meta jkollok iċ-ċavetta tal-bieb. Jirnexxielek tiftaħ u tidħol. Toffri challenge mingħajr ma thedded. Toffri dak li hu tajjeb għalik u daqshekk. U dan ma jbeżża' lil ħadd.

E -Spark 69 Lulju 2014

Page 5: e-spark 69

Domanda 10: Għandi l-aħħar domanda...

Papa Franġisku:

L-aħħar waħda? Mela ġejja xi domanda terribbli.

Għax dik dejjem iħalluha l-aħħar waħda! (jitbissem)

Id-domanda hi din: Int għandek xi ħaġa li trid tistaqsi lilna?

Papa Franġi sku:

Iva, fil-fatt għandi. Imma mhix xi domanda oriġinali tafux. Se neħodha mill-Vanġelu. Imma nemmen li – issa li smajt lilkom – hija domanda tajba għalikom bħalissa.

"Fejn hu t-teżor tagħkom?"

Din hi d-domanda tiegħi. Fejn qed tistrieħ qalbkom? Fuq liema teżor qed isserraħ il-qalb

tiegħek? Għax hemm... fejn hemm it-teżor

tiegħek... hemm ukoll se tkun ħajtek. Il-qalb marbuta mat-teżor u ma tkunx trid titilfu. U t-teżor jista' jkun: il-poter, il-flus, il-ġid, is-sbuħija, ix-xewqa li tagħmel xi ħaġa kbira u sabiħa... Tant jista' jkun hemm teżori! U int, fejn hu t-teżor tiegħek? X'inhu t-teżor tiegħek? Din hi d-domanda tiegħi. U t-tweġiba tagħtuhiex lili imma lilkom stess, waħedkom, meta tmorru lura d-dar.

E -Spark 69 Lulju 2014

Page 6: e-spark 69

E -Spark 69 Lulju 2014

Darba, Isqof fi djoċesi irrakkuntali dwar wieħed żgħażugħ, kien professjonista. Dan qallu: “Irrid insir qassis imma għal għaxar snin biss.” Hekk hu, dan hu l-proviżorju. Proviżorju tfisser li nibżgħu minn dak li hu definittiv, għal dejjem. U biex nagħżlu vokazzjoni, tkun liema tkun, anki l-vokazzjonijiet bħaż-żwieġ, il-ħajja konsagrata, is-saċerdozju...

jeħtiġilna nagħżlu fil-prospettiva ta’ dak li hu definittiv. Dan hu l-oppost tal-kultura tal-proviżorju.

Hija parti mill-kultura li fiha rridu ngħixu f’dawn iż-żminijiet. Irridu ngħixu magħha imma

rridu wkoll negħelbuha.

http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Zghazagh_Ruma_28062014.htm

Contact Vocation Centre:

[email protected] or [email protected]