dun karm psaila il-poeta nazzjonali

34
DUN DUN KARM KARM PSAILA PSAILA IL-POETA IL-POETA NAZZJONALI NAZZJONALI

Upload: ivor-hutchinson

Post on 02-Jan-2016

690 views

Category:

Documents


10 download

DESCRIPTION

DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali. Twelid u trobbija. Twieled fit-18 t’Ottubru 1871 f’dar numru 18, Triq il-Parroċċa Ħaż-Żebbuġ. Kien id-disa’ wild fost għaxar aħwa li minnhom il-poeta laħaq biss erbgħa għax l-oħrajn mietu żgħar. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

DUN DUN KARM KARM PSAILAPSAILA

IL-POETA IL-POETA NAZZJONALINAZZJONALI

Page 2: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Twelid u trobbija

Twieled fit-18 t’Ottubru 1871 f’dar numru 18, Triq il-Parroċċa Ħaż-Żebbuġ.

Kien id-disa’ wild fost għaxar aħwa li minnhom il-poeta laħaq biss erbgħa għax l-oħrajn mietu żgħar.

Dun Karm jistqarr li kien tifel imqareb ħafna u ħadd ma seta’ jsib tarfu.

Page 3: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

L-influwenza ta’ ommu

Ommu, Lunzjata mwielda Pisani, (1831-1909) kienet mara twajba li ħalliet influwenza kbira fuq il-poeta.

Ta’ spiss isemmiha fil-poeżiji tiegħu u jasal biex jagħraf li kellha sehem importanti fl-għażla tal-vokazzjoni tiegħu:

“… u fik, anġlu ta’ mħabba, omm għażiża, ftakart li… nissilt f’qalbi x-xewqa ta’ dan il-ħobż…”

“... u forsi kienet bidu tal-oħra li wasslitni fil-quċċata tal-artal ma’ Ġesù.”

Page 4: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Ir-relazzjoni ma’ missieru

Filippu Psaila (1828-1892), missier il-poeta, minkejja li kien ġej minn familja tal-bdiewa, intefa’ fuq it-tbaħħir bejn Malta u l-Greċja.

Dan wassal biex il-poeta bena relazzjoni akbar m’ommu milli ma’ missieru.

Biex ifakkar il-mewt ta’ missieru, Dun Karm kiteb is-sunett bit-Taljan, A mio padre morto.

Fil-poeżiji tiegħu, il-poeta ta’ sikwit isemmi l-baħar, ngħidu aħna fil-poeżiji Żagħżugħ ta’ Dejjem, Kewkbet is-Safar u Il-Ġerrejja u Jien.

Page 5: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

L-istudji

Wara l-istudji primarji, fil-21 ta’ Settembru 1885, daħal is-Seminarju biex ikompli l-istudji sekondarji.

Fl-1888, meta kellu 18-il sena, beda l-istudji għal saċerdot.

F’din is-sena kiteb l-ewwel poeżija tiegħu bit-Taljan, Del mio genio primizio, iddedikata lill-Isqof Pietru Pace.

Ġie ordnat saċerdot ta’ 23 sena, fis-17 ta’ Mejju 1894.

Page 6: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Il-Poeżija bit-Taljan

Fl-1896 Dun Karm ħareġ l-ewwel ktieb ta’ poeżiji bit-Taljan, Foglie d’alloro.

Fih hemm ġabra ta’ 37 poeżija li kien kiteb bejn is-17-24 sena.

Dik il-ħabta kien jgħallem l-Ingliż, it-Taljan u l-Latin fis-Seminarju.

Page 7: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Barra minn Malta

Bħala qassis

żagħżugħ, fl-1901 mar Londra u Pariġi.

Għamel waqfa wkoll f’Tuneż.

Page 8: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Ma’xi ħbieb ŻebbuġinDilettant tad-daqq tal-Mandolina

Page 9: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Żminijiet iebsa u ta’ solitudni

Fl-1909, ġarrab il-mewt t’ommu Lunzjata fl-età ta’ 78 sena.

Fl-1910, il-Kardinal La Fontaine, wettaq riforma fis-Seminarju u Dun Karm kellu jsib post alternattiv fejn joqgħod.

Kera post numru 52, fi Triq l-Ifran il-belt Valletta.

Għex għal 26 sena waħdu, ’il bogħod minn ħutu u sħabu f’solitudni kbira.

Page 10: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

L-ewwel poeżija bil-Malti

11 ta’ Jannar 1912

Dun Karm jitlob l-għajnuna tal-Madonna biex jikteb l-ewwel poeżija bil-Malti.

Dan biex jikkuntenta lill-Mons. Pawl Galea u lis-Sur Ġużè Muscat Azzopardi li tħajru jibdew joħorġu l-perjodiku Il-Ħabib.

Din il-poeżija jisimha “Quddiem Xbiha tal-Madonna.”

Page 11: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Snin tad-deheb

Fis-snin ta’ solitudni u niket, Dun Karm ħoloq l-aqwa xogħlijiet poetiċi tiegħu, fosthom:

Lill-Kanarin Tiegħi Il-Vjatku Żjara lil Ġesù Il-Jien u Lil Hinn

Minnu

Page 12: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

L-ewwel pubblikazzjoni bil-Malti

Mejju 1914

Dun Karm jippubblika l-ewwel 15-il poeżija bil-Malti.

Il-ktejjeb semmieh “Ġemgħa tal-poeżiji li chtibt bil-Malti” u kien jifforma n-numru 140 tar-rivista popolari Mogħdija taż-Żmien.

Il-benefattur ewlieni kien Alfons Maria Galea li bi flusu, għen kemm-il darba lil Dun Karm f’ħidmietu.

Page 13: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Membru fl-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti

1920/21 Titwaqqaf l-Għaqda tal-

Kittieba tal-Malti li bdiet taħdem biex ikun hemm alfabett u ortografija waħda għall-Malti.

Dun Karm intgħażel fil-kumitat tagħha u kien membru wkoll fil-kummissjoni li bdiet taħdem fuq l-alfabett u l-ortografija.

Page 14: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Maħtur Assistent Biblijotekarju

1921 Dun Karm jinħatar

Assistent Biblijotekarju tal-Librerija Nazzjonali tal-Belt.

Żamm din il-kariga għal żmien twil u kien xogħol għal qalbu ferm.

Page 15: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Għajnuna fid-dar

Billi Dun Karm kien jgħix waħdu, kuġinuh Toni Pisani kien jibgħatlu lil bintu Pina biex tnaddaflu darba fil-ġimgħa.

Wara Pina bdiet tmur oħtha Ġannina li baqgħet iddur bih sakemm mardet serjament u mietet fil-15 ta’ Frar 1937.

Dun Karm kien japprezza ħafna xogħol Ġannina u ddedikalha diversi poeżiji.

Page 16: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

5 ta’ April 1922

Dun Karm inħatar Monsinjur Onorarju tal-Katidral.

Page 17: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Ħidma Pastorali

Dun Karm kien l-ewwel Direttur Spiritwali tal-membri xebbiet tal-Leġjun ta’ Marija.

Page 18: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Ġużè Bonnici joħroġlu “It-Tliet Kotba tal-Għana”

X’Ħabb u x’ħaseb il-Poeta (1939)

X’Emmen il-Poeta (1939)

X’Għamel iżjed il-Poeta (1940)

Page 19: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Poeta Nazzjonali

1935Laurent Ropa, fl-artiklu “Malta et sa littérature” f’La Grande Revue, isejjaħ lil Dun Karm “Poeta Nazzjonali”.

“(Leur auteur, Mgr. Carmelo Psaila alias Dun Karm, fait figure de poète national)”.

Page 20: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Midalja tad-deheb Ġużè Muscat Azzopardi

Dun Karm ingħata dan l-akbar unur bħala apprezzament tal-ħidma kbira tiegħu b’risq il-Malti u l-Letteratura fl-1946.

Kien il-Gvernatur Ingliż Sir Francis Douglas, li ta personalment lil Dun Karm din l-onorifiċenza.

Page 21: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

L-Innu MaltiMiktub minn Dun Karm

L-Innu Malti ndaqq għall-ewwel darba fis-27 ta’ Diċembru 1922, fit-Teatru Manoel.

Fis-27 ta’ Frar 1941 saret talba mil-Logutenent Kurunell Roger Strickland biex l-Innu Malti jkun magħruf uffiċjalment mill-Kunsill tal-Gvern bħala l-Innu Nazzjonali.

L-Innu Malti huwa mniżżel kemm fil-Kostituzzjoni ta’ Malta tal-1964 kif ukoll tal-1974.

Page 22: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

L-Innu MaltiMużika ta’ Robert Samut

Prof. Robert Samut speċjalizza fil-mediċina imma minn ċkunitu kien iħobb il-mużika.

Meta kien fl-Università ta’ Edinburgh, ħbiebu barranin talbuh ikantalhom l-innu ta’ pajjiżu u minn hawn intebaħ li Malta kienet għadha bla innu nazzjonali.

Meta rritorna pajjiżu, Samut ikkompona l-melodija li għaliha Dun Karm kiteb il-versi tal-Innu Malti.

Page 23: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Innijiet li jsaħħru

Dun Karm jibqa’ magħruf għall-innijiet li kiteb fosthom l-Innu ta’ Filgħodu u l-Innu ta’ Filgħaxija, Fil-Ħlewwa ta’ Mejju u l-Innu Ewkaristiku li ħa fama internazzjonali.

Page 24: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Dun Frans Camilleri: Il-fotografu ta’ Dun Karm

Page 25: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

L-aħħar ritratt tal-Poeta Nazzjonali

Page 26: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Mewt u difna Dun Karm miet fit-13 ta’ Ottubru tal-1961, fl-għomor

ta’ 90 sena neqsin ħamest ijiem.

Huwa kien talab u qala’ permess biex jibni kappella personali fiċ-ċimiterju ta’ raħal twelidu fejn jinsab midfun illum.

Page 27: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

“Non Omnis Moriar”“Iżda l-għanja ma tmutx;Minn taħt il-għatuTal-qabar waħdu tibqa’ ħierġa safjaIl-mewġa ddoqq li ġewwa qalbi

ssawretfil-ħolma ta’ żgħożiti…Hekk il-poeta jgħannimeta tmissu l-id t’Alla:Ħabbar tas-sewwa, mera tas-

sbuħija,kelmtu mis-sema, u min fis-sema

tnissella jixjieħ u la jmut.Il-poeta jintemm u l-għanja tibqa’.”

Page 28: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Għażiż għall-pajjiż

Bosta persuni u għaqdiet taw ġieħ u baqgħu jfakkru lill-Poeta Nazzjonali wara mewtu.Is-soċjetà tal-kleru Christus Rex ġabret il-fondi biex isir bust tal-bronż għal Dun Karm maħdum mill-iskultur Ġorġ Borg.

Page 29: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Karmen Mikallef Buħaġar

Tul ħajjitha, Karmen Mikallef Buħaġar ħadet ħsieb tqiegħed lapidi mal-postijiet marbutin mal-ħajja ta’ Dun Karm u ħarġet il-fondi għall-Konferenza Dun Karmli bdiet fl-1976.

Page 30: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Imfakkar miż-Żebbuġin

Fl-1971, fil-mitt sena minn twelidu, il-Kunsill Ċiviku ta’ Ħaż-Żebbuġ waqqaf mafkar f’ġieħu.

Page 31: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Bijografiji u kritika letterarja

Prof. Oliver Friggieri ppubblika Il-Poeżiji Miġbura ta’ Dun Karm u Dun Karm – Le Poesie Italiane flimkien ma’ għadd sabiħ ta’ kotba u numru kbir ta’ studji fuq il-Poeta Nazzjonali.

Page 32: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

Il-mafkar tal-Poeta Nazzjonali

Fis-sena 2000 l-Għaqda tal-Malti (Università) u l-Ministeru tal-Edukazzjoni waqqfu monument lil Dun Karm fil-Furjana.

Kull sena, fix-xahar ta’ Ottubru, l-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom ifakkru lill-Poeta Nazzjonali.

Page 33: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

“Ħobb, jekk jiswewlek, l-ilsna barranija,iżda le tbarri lil min hu ta’ ġewwa.”

Page 34: DUN  KARM  PSAILA il-poeta Nazzjonali

TMIEM

Ħajr lil: Marlon Barbara

Joseph P. BorgIna Cutajar

Phyllis DebonoGeorge MifsudClaire Zerafa

http://schoolnet.gov.mt/dunkarmpsailahttp://malti.skola.edu.mt

http://www.maltikurja.wordpress.com