dan l- · web viewatt dwar l-awtoritÀ ta’ standards ta’ Ħarsien soĊjali (k ap. 582)...

12
ATT DWAR L-AWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI Dokument għal Konsultazzjoni Publika – Novembru 2018

Upload: others

Post on 10-Mar-2020

11 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Dan l- · Web viewATT DWAR L-AWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI (K AP. 582) Standards So ċ j ali R egolatorji Regolamenti tal-2018 dwar Servizzi Residenzjali G ħ

ATT DWAR L-AWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI

Dokument għal Konsultazzjoni Publika – Novembru 2018

Page 2: Dan l- · Web viewATT DWAR L-AWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI (K AP. 582) Standards So ċ j ali R egolatorji Regolamenti tal-2018 dwar Servizzi Residenzjali G ħ

(KAP. 582)

Standards Soċjali Regolatorji

Regolamenti tal-2018 dwar Servizzi Residenzjali Għal Persuni b’Diżabilità

Bis-Saħħa tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 30 tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin:

Titolu.

1. It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal-2018 dwar Servizzi Residenzjali għal Persuni b’Diżabilità.

Skop.

2. Dawn ir-regolamenti jgħollu l-iStandards Soċjali Regolatorji - Servizzi Residenzjali Għal Persuni b’Diżabilità, għal Liġi sussidjarja taħt l-Att dwar l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali.

Tifsir.

3. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xorta oħra:

“Assessjar ħolistiku” tfisser il-proċess li fih l-istaff jiddentifika l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tar-residenti li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tas-saħħa, personali, emozzjonali, spiritwali u psikoloġiċi, il-protezzjoni u n-networking soċjali, appoġġ lill-familja u liema servizzi għandhom jingħataw biex jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet u aspirazzjonijiet;

“Drittijiet ċivili” tfisser drittijiet mogħtija fuq persuni mil-liġijiet ta’ Malta;

“Indikatur ta’ Kwalità” tfisser stqarrija li tistabbilixxi r-rekwiżiti biex tinkiseb konformità

ma’ standard;

“Indikatur tal-Prestazzjoni” tfisser deskrittur attiv ta’ dak li l-provditur tas-servizz jeħtieġ li

jagħmel biex jassigura riżultati mis-servizz li jappoġġjaw l-indikaturi tal-kwalità;

“Resident” tfisser persuna b’diżabilità ta’ 18-il sena jew aktar li tidħol fi ftehim ma’ provditur

ta’ servizz biex tgħix fir-residenza u tuża s-servizzi offruti minnha. Ir-residenti jistgħu

jinnominaw persuna/i biex tkun infurmata dwar l-affarijiet personali, li tieħu deċiżjoni u

2

Page 3: Dan l- · Web viewATT DWAR L-AWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI (K AP. 582) Standards So ċ j ali R egolatorji Regolamenti tal-2018 dwar Servizzi Residenzjali G ħ

taġixxi f’isem ir-resident/a. Bl-eċċezzjoni tat-transazzjonijiet finanzjarji personali tar-

resident, persuni bħal dawn ma jistgħux ikunu parti mill-maniġment u mill-istaff tal-provditur

tas-servizz;

“Resident prospettiv” tfisser persuna b’diżabilità ta’ 18-il sena jew aktar li qed jikkunsidra

jekk jidħolx fi ftehim ma’ provditur tas-servizz biex jgħix fir-residenza u jagħmel użu mis-

servizzi offruti mill-provditur tas-servizz;

“Maniġment” tfisser persuna jew persuni li jaġixxu f’isem il-provditur tas-servizz biex

jipprovdu tmexxija lill-istaff u sabiex jissorveljaw u jikkontrollaw il-funzjonijiet tajjeb tas-

servizzi offruti lill-persuni b’diżabilità;

“Persuna b’diżabilità” tfisser persuna li għandha nuqqasijiet fiżiċi, mentali, intellettwali jew

sensorjali fit-tul, li meta jirrelataw ma’ ostakoli varji jistgħu jtellfuhom milli jipparteċipaw

b’mod sħiħ u effettiv fis-soċjetà fuq bażi ugwali bħall-oħrajn, kif definit f’artikolu 1 tal-

Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persunui b’Diżabilità;

“Persuni kompetenti” tfisser persuna li hija rikonoxxuta bħala kapaċi u/jew awtorizzata li

twettaq attivitajiet speċifiċi skont il-leġiżlazzjonijiet, standards jew direttivi nazzjonali

applikabbli maħruġa mill-awtoritajiet applikabbli;

“Pjan personali ta’ sapport” tfisser dokument li huwa bbażat fuq l-assessjar ħolistiku tar-

resident li jispeċifika kif il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tar-resident ser jintlaħqu u jinkludi

wkoll r-riżorsi meħtieġa mir-resident li jkun qed jgħix fir-residenza;

“Politiki u proċeduri” tfisser dokumenti maħruġa mill-maniġment li jirregolaw kif ir-

residenza għandha timxi;

“Provditur ta’ servizz” tfisser persuna, jew organizzazzjoni li tipprovdi u topera residenza u

servizzi assoċjati għal persuni b’diżabilità għat-tul;

“Residenza” tfisser binja mibnija apposta, jew adattata biex takkomoda persuni b’diżabilità

għat-tul;

“SCSA” tfisser Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali kif stabbilita permezz tal-Artikolu

5 tal- Att dwar l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (Kap. 582);

“Staff” tfisser persuna mqabbda mill-provditur ta’ servizz li bħala waħda mir-

responsabbiltajiet tagħha huwa li tipprovdi appoġġ jew ħarsien lir-resident, irrispettivament

dwar jekk u kif il-persuna hija kkumpensata;

3

Page 4: Dan l- · Web viewATT DWAR L-AWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI (K AP. 582) Standards So ċ j ali R egolatorji Regolamenti tal-2018 dwar Servizzi Residenzjali G ħ

“Trażżin” tfisser kontroll sabiex persuna ma titħallhiex tweġġa’ lilha nnifisha/lilu nnifsu jew

lill-ħaddieħor billi jintużaw:

1. mezzi fiżiċi

2. mezzi tekniċi

3. mezzi ambjentali

4. medikazzjoni;

SKEDA

STANDARD 1: ID-DRITTIJIET TAR-RESIDENTI

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Dan l-iStandard jippromwovi d-drittijiet li jassiguraw dinjità u rispett waqt li jipprevjenu

diskriminazzjoni.

INDIKATURI TA’ KWALITÀ

1. Il-provditur ta’ servizz jappoġġja lir-residenti biex iżommu relazzjonijiet u jiżviluppa

relazzjonijiet ġodda.

2. Il-provditur ta’ servizz jassigura li l-privatezza tar-residenti hija rispettata u r-residenti

ma jkunux suġġett għal intrużjoni mhux neċessarja.

3. Il-provditur ta’ servizz jassigura li r-residenti huma ttrattati ugwali b’rispett u dinjità.

4. Il-provditur ta’ servizz jappoġġja lir-residenti biex jesprimu ruħhom.

4

Page 5: Dan l- · Web viewATT DWAR L-AWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI (K AP. 582) Standards So ċ j ali R egolatorji Regolamenti tal-2018 dwar Servizzi Residenzjali G ħ

STANDARD 2: PJAN PERSONALI TA’ SAPPORT

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Dan l-iStandard jippromwovi l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-eżami tal-pjan personali ta’

appoġġ ma’ residenti individwali, biex jistabbilixxi l-ħarsien u l-appoġġ meħtieġa u jiffissa l-

għanijiet biex jissodisfaw l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tar-residenti.

INDIKATURI TA’ KWALITÀ:

1. Il-provditur ta’ servizz ifassal pjan personali ta’ sapport wara evalwazzjoni ħolistika

tar-residenti u bl-involviment tar-residenti. Id-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu

għandhom jitniżżlu fil-pjan.

2. Il-provditur ta’ servizzi jassigura li l-istaff jappoġġja u jagħtu setgħa lir-residenti biex

jilħqu l-għanijiet identifikati fil-pjan personali ta’ sapport.

3. Il-provditur ta’ servizz jassigura li l-pjan personali ta’ sapport ikunu riveduti b’mod

regolari u aġġornati hekk kif jinbidlu l-ħtiġijiet tar-residenti.

5

Page 6: Dan l- · Web viewATT DWAR L-AWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI (K AP. 582) Standards So ċ j ali R egolatorji Regolamenti tal-2018 dwar Servizzi Residenzjali G ħ

STANDARD 3: PARTEĊIPAZZJONI U TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Dan l-iStandard jippromwovi l-parteċipazzjoni attiva tar-residenti fir-residenza u l-komunità,

jirrakkomanda u jirrispetta d-deċiżjonijiet u r-reazzjoni tar-residenti.

INDIKATURI TA’ KWALITÀ:

1. Il-provditur ta’ servizz jassigura li r-residenti jingħataw żmien biżżejjed meta jkun

jeħtieġ li jieħdu deċiżjoni.

2. Il-provditur ta’ servizz jirrispetta d-deċiżjonijiet meħuda mir-residenti u jappoġġja

attivament lir-residenti meta jieħdu deċiżjonijiet.

3. Il-provditur ta’ servizz jinkoraġġixxi lir-residenti sabiex jieħdu parti attiva fl-ippjanar u

fil-parteċipazzjoni f’attivitajiet soċjali u ta’ divertiment.

4. Il-provditur ta’ servizz jassigura li r-residenti jkollhom l-opportunità li jirrevedu u jagħtu

reazzjoni dwar is-servizzi residenzjali.

5. Il-provditur ta’ servizz jittratta malajr u b’mod effettiv sitwazzjonijiet li jikkawżaw

tħassib u ilmenti.

6. Il-provditur ta’ servizz jassisti lir-residenti prospettivi fit-teħid ta’ deċiżjoni dwar jekk

jidħlux jew le fir-residenza.

7. Il-provditur ta’ servizz jirrispetta l-għażliet tar-residenti rigward nutrizzjoni u rutina tal-

ikel.

6

Page 7: Dan l- · Web viewATT DWAR L-AWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI (K AP. 582) Standards So ċ j ali R egolatorji Regolamenti tal-2018 dwar Servizzi Residenzjali G ħ

STANDARD 4: PROTEZZJONI U SALVAGWARDJA

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Dan l-iStandard jippromwovi l-benessri fiżika, emozzjoni u mentali kif ukoll is-sigurtà tar-

residenti.

INDIKATURI TA’ KWALITÀ:

1. Il-provditur ta’ servizz jassigura li persuni kompetenti jwettqu evalwazzjoni tal-perikli u

riskji fir-residenza.

2. Il-provditur ta’ servizz jassigura s-sigurtà tar-residenti biex iwettaq valutazzjoni ta' riskji

individwali.

3. Il-provditur ta’ servizz jassigura li l-affarijiet personali tar-residenti jinżammu b’mod

sigur.

4. Il-provditur ta’ servizz jassigura li r-residenti huma protetti u salvagwardati minn

fastidju, abbuż u diskriminazzjoni.

5. Il-provditur ta’ servizz jassigura li l-ispazju privat tar-resident ikun rispettat.

6. Il-provditur ta’ servizz jassigura li r-residenti huma pprovduti b’dieta nutrijenti bilanċjata

skont il-ħtiġijiet ta’ dieta u tas-saħħa tagħhom.

7. Il-provditur ta’ servizz jassigura li r-residenti huma appoġġjati fil-ħarsien tal-benessri

ħolistiku tagħhom.

8. Il-provditur ta’ servizz jappoġġja u fejn ikun neċessarju jassisti lir-residenti biex jirċievu

l-medikazzjoni li jeħtieġu b’mod bla periklu.

7

Page 8: Dan l- · Web viewATT DWAR L-AWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI (K AP. 582) Standards So ċ j ali R egolatorji Regolamenti tal-2018 dwar Servizzi Residenzjali G ħ

STANDARD 5: INFORMAZZJONI DWAR IL-PROVVISTA TAS-SERVIZZ

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Dan l-iStandard jippromwovi informazzjoni dwar l-aċċess u l-użu ta’ servizzi kif ukoll

jidentifika servizzi alternattivi li jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tar-residenti.

INDIKATURI TA’ KWALITÀ:

1. Il-provditur ta’ servizz joffri servizzi f’oqsma ewlenin lir-residenti.

2. Il-provditur ta’ servizz jagħti lir-residenti informazzjoni preċiża rigward l-ambjent fiżiku

u l-istruttura organizzattiva tar-residenza.

3. Il-provditur ta’ servizz għandu pjanijiet alternattivi f’każ li s-servizzi ma jissodisfawx il-

ħtiġijiet tar-residenti.

4. Il-provditur ta’ servizz jassigura li r-residenti huma infurmati dwar is-servizzi u l-

attivitajiet kollha disponibbli.

STANDARD 6: FTEHIM TAS-SERVIZZ U DOKUMENTAZZJONI RELATATA

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Dan l-iStandard jippromwovi l-kundizzjonijiet formali tal-provvista ta’servizz

inkluż l-aspetti finanzjarji u d-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta r-residenti

permezz ta’ ftehim bil-miktub.

INDIKATURI TA’ KWALITÀ:

1. Il-provditur ta’ servizz huwa marbut li jfassal ftehim bil-miktub mar-residenti li jkopri l-

kondizzjonijiet tas-servizzi u l-kura offruta.

2. Il-provditur ta’ servizz jassigura li r-residenti prospettivi jingħataw dokument

komprensiv rigward l-ispejjeż finanzjarji kollha tal-għajxien fir-residenza.

3. Il-provditur ta’ servizz jassigura li r-residenti prospettivi jingħataw dokument

komprensiv rigward id-drittijiet u responsabbiltajiet tal-għajxien fir-residenza.

8

Page 9: Dan l- · Web viewATT DWAR L-AWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI (K AP. 582) Standards So ċ j ali R egolatorji Regolamenti tal-2018 dwar Servizzi Residenzjali G ħ

STANDARD 7: L-IMMANIĠJAR TAL-KWALITÀ TA’ SERVIZZ

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Dan l-iStandard jippromovi l-immaniġjar ta’ servizz ibbażat fuq titjib kontinwu tal-operazzjonijiet tas-servizz u l-iżvilupp tal-istaff.

INDIKATURI TA’ KWALITÀ:

1. Il-provditur ta’ servizz jimplimenta strateġiji ta’ maniġjar biex kontinwament itejjeb l-

għoti tas-servizz lir-residenti.

2. Il-provditur ta’ servizz jimplimenta strateġiji ta’ reklutaġġ trasparenti u jippjana l-

iżvilupp kontinwu tal-istaff.

9