awwissu 2019 - wordpress.com€¦ · alfons maria de’ liguori – isqof u duttur (1696-1787) s....

66
AWWISSU 2019 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 20-Jul-2020

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

AWWISSU 2019

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 1

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Fehma tal-papa għax-xahar t’Awwissu:

Biex il-familja, permezz ta’ ħajja ta’ talb u mħabba, isiru b’mod dejjem aktar ċar “skejjel fejn tikber l-umanità vera” f’kull bniedem.

Dati importanti għax-xahar ta’ AWWISSU: 4 ta’ Awwissu: Festa ta’ San Ġwann Marija Vianney 6 ta’ Awwissu: Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej 10 ta’ Awwissu: San Lawrenz, Levita u Martri 15 ta’ Awwissu: Il-Verġni Marija mtellgħa s-Sema 22 ta’ Awwissu: Il-Verġni Mqaddsa Marija Reġina 28 ta’ Awwissu: Santu Wistin 29 ta’ Awwissu: Il-Martirju ta’ San Ġwann il-Battista Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Awwissu issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

- AWWISSU 2019 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

San Ġwann Battista de La Salle

Page 3: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

2 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, l-1 ta’ Awwissu San Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja

San Pietru tal-Ktajjen – Birżebbuġa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Eżodu 40:16-21,34-38 Is-sħaba ksiet it-tinda tal-laqgħa, u l-glorja tal-Mulej

imliet it-Tabernaklu. 2. Salm : 3-6a, 8a,11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti! 3. Mattew 13: 47-53 Jiġbru fil-kannestri dak li hu tajjeb u jarmu l-ħażin.

Mill-Istorja tal-Istitut: 1855: L-ewwel ġurnata tal-ewwel skola tal-Brothers fir-Renju Unit, fi Clapham, Londra. Disa’ Brothers waqqfu skola sekondarja u ħadu l-karigu tad-dipartiment tat-tfal ta’ skola primarja fil-lokal.

ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb id-dottorat kemm tal-liġi ċivili kif ukoll dik ekkleżjastika mill-Università ta’

Napli meta kellu biss sittax-il sena, u pprattika ta’ avukat b’suċċess kbir sa tmien snin wara, meta abbanduna l-karriera, minħabba li bi żvista tilef kawża importanti li kien qed jiddefendi.

Hu ddeċieda li jsir saċerdot u daħal mal-Oratorjani. Ordna saċerdot fl-1726, meta kellu qrib it-30 sena.

Għal sentejn ħadem bħala missjunarju madwar Napli, għallem għal sena, u fl-1730, fuq stedina tal-Isqof Tumas Folcoia, mar f’Castellamare. Meta kien qed jagħti rtir f’kunvent tas-sorijiet fi Scala, iltaqa’ ma’ Swor Marija Celeste u għarrfitu b’viżjoni li kellha dwar twaqqif ta’ ordni reliġjuża ġdida - u li kienet taqbel ma’ viżjoni oħra li l-Isqof Falcoia kellu aktar qabel f’Ruma.

Il-qaddis għaraf li l-viżjoni kienet ġenwina. Alfons għalhekk, sena wara (fl-1731), organizza l-kunvent tas-sorijiet skont ir-regola li Swor Celeste kellha fil-viżjoni, u twaqqfet il-kongregazzjoni tas-sorijiet tas-Santissimu Redentur.

Hu mar joqgħod fi Scala fejn hemm ta bidu għat-waqqif tal-fergħa tal-irġiel tal-Kongregazzjoni tas-Santissimu Redentur, imsejħin Redentoristi. Dawn huma ddedikati biex jipprietkaw missjonijiet speċjalment fi nħawi traskurati. L-ordni

Min-nofsinhar tal-lum sa nofsillejl ta’ għada tista’ tintrebaħ l-indulġenza tal-Porzjunkula bi żjara f’xi knisja parrokkjali jew f’xi knisja tal-franġiskani. Biex

wieħed jirbaħ l-indulġenza jrid jgħid il-Kredu u l-Missierna u jkun qerr u tqarben u talab għall-Papa.

Page 4: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 3

tar-Redentoristi kibret u fl-1743, il-Kunsill Ġenerali għażel lil Alfons bħala superjur.

Matul il-biċċa l-kbira tal-91 sena ta’ ħajtu, S. Alfons kellu vot li ma jaħlix mument żmien. Barra li pprietka kemm felaħ missjonijiet fil-kampanja u fl-irħula, iddedika ruħu għall-kitba.

Irrifjuta li jsir isqof ta’ Palermo, imma fl-1762 kien imġiegħel jaċċetta li jsir isqof ta’ S. Agata dei Goti ħdejn Napli.

S. Alfons inawgura programm maħsub biex jirriforma l-kleru, il-monasteri u d-djoċesi kollha kemm huma, u ħabrek biex itaffi l-kundizzjonijiet tal-fqar u tal-injoranza.

Marid u batut bir-rewmatiżmu, li ħallieh ipparalizzat sakemm miet, huwa rriżenja minn isqof fl-1775 (wara li kien ilu 13-il sena) u rtira f’Nocera.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu, meta naqaslu ħafna d-dawl ta’ għajnejh, sofra ħafna minħabba l-ordni tiegħu. Fl-aħħar ftit snin ta’ ħajtu sofra wkoll minn dipressjoni kbira spiritwali u għadda minn dak li hu msejjaħ, il-lejl mudlam tar-ruħ. Imma mbagħad dan l-istat inbidel fi żmien ta’ paċi u dawl mis-sema, u hu esperjenza viżjonjiet, estasijiet u anki pprofetizza ġrajjiet li seħħew wara.

Miet Noċera fl-1 ta’ Awwissu 1787, ta’ 91 sena. Kien ikkanonizzat fl-1839 u ddikjarat duttur tal-knisja fl-1871, minn Piju IX.

Riflessjoni: Jekk irridu tassew inferrħu l-qalb t’Alla nagħmlu ħilitna biex inwettqu r-rieda tiegħu, u li ningħaqdu mad-dispożizzjonijiet li Alla jagħmel minnha. Konformità tfisser li ngħaqqdu r-rieda tagħna mar-rieda t’Alla. Uniformità tfisser li nagħmlu rieda waħda tar-rieda t’Alla mar-rieda tagħna. Nixtiequ biss dak li jrid Alla. Ir-rieda t’Alla waħidha hi r-rieda tagħna

San Aldons Maria de Lihuori

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, l-1 punt

Jesus Christ tells his holy Apostles that unless their virtue surpasses that of the Pharisees, they will not enter the kingdom of heaven. Apply these words to you. Be convinced that Jesus Christ is addressing them to you, that if you do not have more virtue than people in the world, you will be more liable to condemnation than they will be on the day of judgment. People of the world, like the Pharisees, are satisfied with observing the external and outward practices of religion. They go to Mass, listen to sermons, and sometimes follow the Divine Office, but they do all these things and a number of others without any interior spirit. You, who gave yourself to God and, consequently, ought to consecrate to God every moment of your life, must do everything in a spirit of religion without being content to do only what is exterior in the duties of your state. Even if people are satisfied with what is external in actions, God, who looks into the heart, will not put any value on them.

Page 5: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

4 SIGNUM FIDEI

TALBA Nirringrazzjak Missier,

għal dawk in-nies kollha li mal-medda ta’ elfejn sena

nebbħu lil ħaddieħor u għamlu l-parti tagħhom biex iwasslu

l-wirt ħaj tal-fidi tagħhom, ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni.

Nirringrazzja speċjalment lil dawk li għexu l-fidi tagħhom

fi żminijiet iebsa u ta’ persekuzzjoni. Nitolbok, Missier, biex jien nikber

fil-fidi u fl-imħabba, fiż-żmien tajjeb u ħażin. Ammen.

Br. Nicholous Hutchinson

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Awwissu San Ewsebju - isqof ta’ Vercelli

San Pietru Ġiljan Eymard - presbiteru Beatu Pietru Fabre - presbiteru

Beata Ġwanna ta’ Aza - omm San Duminku Beatu Ġwann minn Rieti - reliġjuż

Beatu Awgustu Czartoryski - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Levitiku 23: 1,4-11,15,16,27,34b-37 Dawn huma l-festi tal-Mulej li fihom tagħmlu

l-laqgħat imqaddsa. 2. Salm 80 :3-6ab,10-11ab Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna. 3. Mattew 13: 54-58 Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Mnejn

kisbu dan kollu? SAN PIETRU ĠILJAN EYMARD - fundatur (1811-1868). Fundatur tas-Soċjetà tas-Sagrament Imqaddes u tal-Qaddejja tas-Sagrament,

minn ċkunitu ta sinjali ta’ devozzjoni speċjali lejn Ġesù Sagramentat. Ta’ tmintax-il sena daħal mal-Oblati ta’ Marija (1829), iżda marad u kellu jmur id-

dar. Ta’ għoxrin sena mar is-seminarju ta’ Grenoble u ħa l-quddiesa fl-20 ta’ Lulju, 1834.

Page 6: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 5

Ħames snin wara reġa’ daħal in-novizzjat tal-Maristi (1839). Fl-1845 sar Provinċjal tal-Oblati. Iċ-ċentru tal-ħajja spiritwali tiegħu kienet l-Ewkaristija. Kienet is-suġġett tal-prietki u tal-konferenzi, tal-kult u tad-devozzjoni tiegħu. Kull min kien imur jitolbu xi parir spiritwali kien imexxih quddiem Ġesù Sagramentat.

Fl-1851, il-Beatu għamel pellegrinaġġ lis-Santwarju tal-Madonna ta’ Fourvieres u wegħedha li jwaqqaf kongregrazzjoni ta’ saċerdoti li jkun dmirhom ewlieni li jagħtu qima lil Ġesù Sagramentat.

Wara li kiseb il-permess tal-Knisja, Mons. De Sibour, arċisqof ta’ Pariġi, tah dar kbira fejn beda jgħammar flimkien ma’ wieħed ieħor u fejn fis-6 ta’ Jannar 1857, ġie espost għall-ewwel darba fil-Kappella s-Santissmu.

Il-Qaddis ipprietka lil kongregazzjoni kbira. L-ewwel membri tal-Kongregazzjoni tal-Qassisin tas-Sagrament Imqaddes kienu l-patrijiet de Cuers u Champion. Wara sena kellhom iħallu u jmorru ġo kappella żgħira fit-Triq ta’ San Ġakbu. Il-Papa Piju IX bagħtilhom ittra ta’ inkoraġġiment (1859).

Fetħu dar Marsilja u oħra Angers. Fl-1862 fetħu novizzjat regulari u l-kongregazzjoni bdiet tixtered. Illum għandha djar f’bosta pajjiżi tal-Ewropa (Spanja, Italja, Franza, Belġju, Ġermanja, Olanda, Ċekoslovakkja), l-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel. Il-qassisin, barra li jżommu l-adorazzjoni perpetwa quddiem is-Santissmu espost, jgħidu l-Uffizzju fil-kor u jaqdu d-dmirijiet kollha tal-kleru.

Il-Qaddis waqqaf ukoll, fl-1858, il-Qaddejja tas-Santissmu Sagrament, Kongregazzjoni ta’ Sorijiet li jagħmlu l-adorazzjoni perpetwa u jxandru l-imħabba ta’ Ġesù.

Waqqaf ukoll l-Għaqda Ewkaristika tas-Saċerdoti, li jwiegħdu li kemm jistgħu jagħmlu siegħa meditazzjoni u talb kuljum quddiem is-Santissmu; kif ukoll l-Arċikonfraternità tas-Sagrament, li b’dispożizzjoni tal-liġi kanonika għandha titwaqqaf f’kull parroċċa.

Il-Kongregazzjoni tal-Beatu ġiet approvata mis-Santa Sede meta kien għadu ħaj, u fl-1895 ġiet imwettqa “in perpetuum”. Fost l-opri tal-Qaddis huma magħrufin: “Il-Preżenza Reali”, “L-Irtir Quddiem Ġesù Ewkaristiku”, u “L-Ewkaristija u Perfezzjoni Nisranija”. Miet fl-1 ta’ Awwissu, 1868. Il-Papa Ġwanni XXIII ikkanonizzah fl-1965.

Riflessjoni: Ġesù Kristu hu misteru, iżda nhux f’dan is-sens. Ġesù hu l-isteru ta’ Alla – Alla magħmul bniedem għalina. Il-moħħ tagħna hu żgħir wisq biex jifhem dan. Għalhekk Ġesù, Bin Alla, li twieled fiż-żmien jibqa għalina misteru. Din hi biss l-ewwel paġna tal-misteru. Alla magħmul bniedem għex il-ħajja ordinarja u għadda bħala bniedem komuni fir-raħal moħbi ta’ Nażaret. Hu ma weriex lilu nnifsu bħala Alla u kiber fis-skiet tad-dar, għex l-ewwel bħala tifel – forsi fuq ruħu wkoll – u kien jilgħab ma sħabu f’xi pjazza jew quddiem id-dar t’Ommu, u aktar il-quddiem sar żagħżugħ sabiħ li jaf iġib ruħu mal-kbar u kien jaħdem fil-ħanut bħala mastrudaxxa ma’ Ġużeppi li kulħadd kien jgħoddu bħala missier it-tifel

Ġorġ Borg

Page 7: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

6 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 69, silta mit-3 punt The profession you exercise places you under the obligation of being among people of the world every day, where even the least of your actions is observed. This ought to motivate you not to omit anything to be an example of all kinds of virtues in the eyes of the secular people among whom you must live. You ought to seek to edify them particularly by your seriousness and self-control. If they notice in you any signs of levity or thoughtlessness, they will easily be scandalized, whereas if you go among them in a reserved manner, they will have a high regard for you. To this might be added what the Wise Man says, that people judge others by their external appearance. So people will readily come to the conclusion that there is little piety and recollection in you whenever they see you in thoughtless behavior. But if you show a simple and serious exterior, people will soon conclude that your inner life too is well-controlled and that there is reason to believe that you are fit to educate your disciples in the Christian spirit.

TALBA

Mulej Ġesù, kemm inħoss għafsa ta’ qalb

bil-preżenza ta’ ommok ħdejn is-salib. Inti mhux biss is-salvatur

li tajt ħajtek għad-dnubiet tad-dinja; imma wkoll bniedem, iben li għandu omm.

Ammen.

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Francis Muscat (1987) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 8: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 7

Is-Sibt, 3 ta’ Awwissu L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt

Santa Lidja San Pietru Krisologu

San Waltheof Abbati ta’ Melrose

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Levitiku 25: 1,8-17 Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġa’ għal li

kellu. 2. Salm 66: 2,3,5,7,8 Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha. 3. Mattew 14: 1-12 Erodi bagħat jaqta’ ras Ġwanni u d-dixxipli tiegħu marru jagħtu

l-aħbar lil Ġesù. SAN WALTHEOF - abbati ta’ Melrose (1100-1160) San Waltheof kien iben Xmun, il-Konti ta’ Huntingford u twieled madwar l-1100.

Meta missieru miet, ommu, Maud, iżżewġet lir-Re San David I tal-Iskozja, bin ir-Reġina Santa Margerita u allura ġie mrobbi fil-palazz tar-Re. Hawn sar ħabib ta’ San Aelred, abbati ta’ Rievaulx, li kien jieħu ħsieb l-ispiritwalità fil-palazz rjali.

Inġibed lejn il-ħajja reliġjuża u għall-ewwel daħal mal-Patrijiet Kanoniċi Regolari ta’ Santu Wistin, f’Yorkshire, fejn sar abbati ta’ Kirkam. Hu xtaq jgħix ħajja aktar iebsa, allura ngħaqad maċ-ċisterċensi ta’ Bedfordshire. Meta Melrose ġiet mibnija mill-ġdid, huma mar hemm fejn laħaq abbati.

Magħruf għall-imħabba tiegħu għall-foqra u għall-umiltà kbira tiegħu, meta ntgħażel arċisqof ta’ Saint Andrew’s u primat tal-Iskozja, irrofta dan l-unur biex jibqa’ jgħix fil-komunità tal-abbazija tiegħu.

Miet fit-3 t’Awwissu, 1160. Riflessjoni: L-ebda ħajja mhi mingħajr is-salib tagħha. L-ebda persuna fid-dinja mhi eżentata li ġġorr xi salib. It-tbatija tas-salib:

tnaddaf, issaffi, iġġedded, tgħinna nagħdru u tipperswadina li m’hemmx ħajja mingħajr xi salib, iddaħħalna fina nfusna.

Trid tkun taf xi jfisser salib? Imxi ma’ Ġesù miċ-ċenaklu sal-Kalvarju ftit kuljum, għal kwarta kuljum, aqsam miegħu u itlob miegħu, issallab miegħu u ndifen miegħu.

Bro. Louis Camilleri

Page 9: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

8 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 138, silta mit-2 punt

Saint John was holy also by the life he led. When he could barely walk, he went into the desert to live there separated from all contact with others. Although his father and his mother were so holy and separated from the world, their piety did not seem to him an adequate model of what God asked of him. He needed to go out and to discover from God, in seclusion and through the practice of prayer, what manner of life ought to be his. He needed to practice altogether extraordinary austerities, living only on locusts and wild honey, to attain the sanctity God asked of him. In this way he prepared to preach penance. The infallible way to preach penance successfully is to practice it.

The Church, in his Office for the day, gives us another reason for the seclusion and the mortification of this Saint, namely, the fear of staining his soul with the slightest sin. Those are also the two reasons that ought to engage you to live apart from the world and to maintain wise and regulated behavior.

TALBA (is-Salm 8) Mulej, sid tagħna,

kemm hu kbir ismek fl-art kollha! Int qgħedt is-sebħ tiegħek ’il fuq mis-smewwiet.

Int, li s-sebħ tiegħek jgħannuh fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib.

Int, li bnejt sur kontra l-għedewwa biex iġġib fix-xejn l-għadu,

inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li inti qgħedt fihom!

X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih, Bin il-bniedem, biex taħseb fih?

Ftit inqas mill-allat għamiltu, bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu,

qgħedtu fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk! Kollox taħt riġlejh qgħedtlu,

in-nagħaġ u l-baqar kollha, sal-bhejjem tax-xagħri; l-għasafar tal-ajru u l-ħut tal-baħar,

dak kollu li jterraq fil-baħar. Mulej sid tagħna,

kemm hu kbir ismek fl-art kollha! Missierna ...

Page 10: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 9

Il-Ħadd, 4 ta’ Awwissu It-18-il Ħadd matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Koħelet 1: 2; 2: 21-23 X’se jmissu l-bniedem mit-taħbit u l-kedda li jkun ħa? 2. Salm 89: 3-6,12-14 u 17 Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel. 3. Kolossin 3: 1-5,9-11 Fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-

lemin ta’ Alla. 4. Luqa 12: 13-21 Il-ħwejjeġ li ħejjet għalik, ta’ min ikunu?

Mill-Istorja ta’ l-Istitut 1705: Għalliema privati vandaliżżaw l-iskola f’Rue Princesse għax kellhom interess personali biex jillimitaw l-aċċess għall-edukazzjoni. Xi ġenituri għarrfu li l-iskejjel b’xejn ta’ Ġwanni Battists De La Salle kienu qed joffru edukazzjoni aħjar.

Riflessjoni tal-Vanġelu:

Il-bidu ta’ din il-parabbola juri bic-car min għandu setgħa jikkmanda. Is-sinjur jaħseb li jippossjedi u jiddomina r-rejalta; imma minflok hu ddominat minn dak kollu li hu jsejjajħ “il-ħsad”, l-imħażen tiegħi; il-ġid tiegħi...Dan kollu jikkondizzjonalu ħajtu u l-għażliet li jagħmel kif jgħallimna il-Profeta Ġeremija “Ara, jiena llum qegħidtek fuq il-ġnus u s-saltniet, biex taqla’ u ġġarraf, biex teqred u tħott, biex tibni u tħawwel.” (Ġer 1:10).

L-għani tal-parabbola jwaqqa’ l-imħażen biex jibni oħrajn ikbar, ħajtu hi mhedija fis-servizz lejn dak il-ġid li ħa l-poter fuqu. Fil-parabbola ma jissemma ħadd iżjed ħlief is-sinjur li jgħix imdawwar bid-dinja tiegħu fejn ma jeżisti ħadd iżjed ħlief il-ġid tiegħu: il-bibblista R. Fabris jinnota, “m’hemmx post għal ħaddieħor f’dinja fejn ic-centru tal-gravita huwa l-“jien” li ħsiebu biex jakkwista l-ġid u s-sigurta”. Tkompli, l-għani jħawwad kollox tant li jifraħ għax ruħu issa għandha ikel u xorb u biex tixxala biżżejjed – kollha affarijiet li r-ruħ assolutament m’għandhiex bżonn.

Din il-konfużjoni tinbet mix-xewqa eżaġerata għall-ġid materjali tant li ssir idolatrija, din tibdel il-ħwejjeġ spritwali ma dawk l-affarijiet li huma materjali, il-kuxjenza mal-akkwist tal-ġid; imma fuq kollox tibdel lil Alla ma mammona. Bniedem bħal dan jidher bħal baħnan, bl-għażliet żbaljati li għamel f’ħajtu, imma fil-kliem ta’ Ġesù anqas darba ma nsibu imqar ħjiel ta’ disprezz lejn id-dgħjufija umana.

Ġesù jwissina fuq riskju kalkulat; fi żmienna fil-fatt ħafna huma tal-fehma li jekk ma nafu xejn dwar x’se jiġri u x’hemm lilhinnn minn dak li nafu, mela jaqbel li ngawdu l-preżent u peress li minn dejjem il-flus huma dawk li jistgħu jixtru l-gost u l-pjacir, allura imberkin il-għonja!

Page 11: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

10 SIGNUM FIDEI

Ġesù jwissi fuq il-possibilta li hu propju dan l-istat ta’ ġid hekk kbir li jneħħI kull ansjeta dwar il-futur, li l-bnedmin kollha jixtiequ, isir għall-kuntrarju il-kawża ta’ falliment, ta’ vanita totali, ta’ rovina li ma tissewwiex. It-tema tal-vanġelu hi fil-fatt dwar is-Saltna t’Alla li permezz ta’ Ġesù tqabbel il-ġrajjiet personali ta’ kull bniedem ma dawk storici tal-umanita. Din il-preżenza tas-Saltna fostna tgiddeb konvinzjonijiet antiki, taqleb l-idejat, u tistabbilixxi kriterji ġodda ta’ valuri: ir-rikkezzi ġodda taħt din il-perspettiva huma l-fidi, l-imħabba, l-ġustizzja l-maħfra, t-tama... li jekk ninvestuhom tajjeb joħolqu fid-dinja s-solidarjeta, fratellanza, tqassim tal-ġid, hena u paci.

Dan kollu jinkiseb billi nissieħbu ma’ Ġesù l-ikbar teżor li Alla ta lid-dinja. Allura imberkin dawk li jaħżnu dawn it-teżori, li l-ħallelin ma jistgħux jisirqu, il-kamla ma tagħmlilhomx ħsara u l-mewt ma ttemmhomx; biex jgħinu lil min hu fqir, emarġinat u batut “ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fil-ħajja ta’ dejjem” (Lq 16:9). Minn La Realta e’ Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 71, siltiet mill-1 punt

It sometimes happens that God’s servants find themselves in a kind of inability to do good, whether because of temptations they can barely resist, because of interior trials, or because of the strength of their passions… Such people do not find it easy to go to God, for lack either of light or of help from those who guide them. Sometimes this type of trial also lasts a long time. God leaves souls in this situation to make them experience the fact that they can do nothing without him. They cannot take the steps needed to approach him unless they are helped by his grace, but, on the contrary, they can do everything when God strengthens them. They must, then, patiently wait until Jesus passes by, bringing a remedy for their ills. Because he has won for us the grace of redemption, he knows how to strengthen our soul and to give back the movement it has lost. We must make sure only that we are faithful to be carried to Jesus Christ when he passes by… Jesus alone can bring a cure; all we can do is to watch over ourselves to avoid doing evil. Also we must pray much and be satisfied to implore God with David: My God, create a clean heart within me; renew your Spirit in me to lead me straight to you.

TALBA Għinni Mulej

inwarrab minn quddiemi dak kollu li mhux qed iħallili ħin

biex ninġabar fis-skiet u niltaqa' miegħek.

Missierna ...

Page 12: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 11

It-Tnejn, 5 ta’ Awwissu Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore

Il-Madonna tas-Silġ - solennità Beatu Federiku Jansoone - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Numri 11: 4b-15 Ma niflaħx jien waħdi l-piż ta’ dan il-poplu kollu. 2. Salm 80: 12-17 Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u tahom lid-dixxipli u d-dixxipli newluhom lin-nies. Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta' Santa Maria Maggiore f'Ruma Fis-sena 355, fi żmien il-Papa San Liberju (352-366), kienet inbniet knisja fuq l-

għolja Eskwilin, f'Ruma, iddedikata lill-Madonna, li biż-żmien kienet saret magħrufa bħala l-"Bażilika Liberjana".

Fis-sena 431, ftit wara l-Konċilju ta' Efesu kien stqarr li Omm Ġesù hi Omm Alla, il-Papa Sistu III kabbar din il-knisja u kkonsagraha f'ġieħ l-Omm qaddisa ta' Alla.

Din il-Bażilika hija l-iktar waħda antika fost il-knejjes tal-Punent li huma ddedikati f'ġieħ il-Madonna, taħt it-titolu ta' ‘Omm Alla’. Biż-żmien saret magħrufa bħala "Santa Marija Maggore". Ġieli tissejjaħ ukoll "Santa Maria ad Praesepe" għax fiha hemm miżmuma s-suppost relikwija tal-maxtura ta' Betlem.

Hi wkoll waħda mit-tliet knejjes patrijarkali, li fihom il-Papa jmexxi l-funzjoni f'ċerti okkażjonijiet. Iż-żewġ knejjes patrijarkali l-oħra huma ta' San Pietru u ta' San Ġwann Lateran.

Fis-seklu disgħa nxterdet leġġenda li wasslet biex din il-festa tibda’ tissejjaħ "Il-Festa tal-Madonna tas-Silġ", li skont il-leġġenda, għatta l-post fejn il-Madonna riedet li tinbnielha knisja. Il-Papa San Pija V daħħal din il-festa fil-Kalendarju Liturġiku tal-Knisja Universali, iżda wara l-Konċilju Vatikan II, din il-festa saret magħrufa bl-isem li għandha llum.

Riflessjoni: Jeħtieġ li nivveneraw b'qima kbira u nuru devozzjoni tenera lil Sidtna Marija għaliex hija l-akwadott li permezz tiegħu aħna nirċievu l-grazzji li "Alla jogħġbu jibagħtilna."

S. Bernard Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.151, it-3 punt It would be of little use to us to be persuaded of our obligation to have a special devotion to the Most Blessed Virgin if we did not know what this devotion includes, if we did not possess it effectively, and if we did not show it on the appropriate occasions.

Page 13: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

12 SIGNUM FIDEI

Because she is superior to all creatures, we must have a greater devotion to her than to all other saints, whoever they may be. We show our devotion to the saints at certain times and on certain days of the year, but the devotion we ought to have for the Most Blessed Virgin must be continual. This is why it is of Rule in our Institute (1) not to let a single day go by without reciting the rosary and to say it while walking in the streets; (2) to celebrate all her feasts with great solemnity; (3) to uncover our heads and bow every time we hear her name or pass in front of her image, as this devotion requires; (4) considering her as the principal patroness of our Society, we place ourselves daily under her protection at the end of our prayer in the morning and in the evening and after each exercise; we have recourse to her, placing in her, after God, our entire confidence; (5) we invoke her in our most pressing needs as our primary advocate, after Jesus Christ, before God. Are we faithful to all these practices of devotion toward the Most Blessed Virgin? How well do we perform them? Is it in the spirit we have proposed above? Let us not fail in this if we wish to receive a great abundance of grace through the merits of the Most Blessed Virgin.

TALBA

lill-Verġni mqaddsa Marija O Sinjura tiegħi,

Omm tiegħi, jiena noffri ruħi kollni lilek,

u bħala xhieda tad-devozzjoni tiegħi lejk, noffrilek għajnejja, widnejja, fommi, qalbi,

lili nnifsi, u kollni kemm jien. La jiena kollni tiegħek, o Omm kollok tjieba,

ħarisni u aqbeż għalija bħala ħaġa tiegħek u li qiegħda f’idejk

San Bernard

Missierna ...

Page 14: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 13

It-Tlieta, 6 ta’ Awwissu

It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej Illum jaħbat l-anniversarju mill-mewt tal-Papa San Pawlu VI (1978).

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Danjel 7: 9,10,13,14 Ibiesu abjad silġ.

jew Pietru 1: 16-19 Smajna dan il-leħen ġej mis-sema. 2. Salm 96: 1,2,5,6,9 Il-Mulej isaltan, hu ’l fuq mill-art kollha. 3. Mattew 17: 1-9 Dan hu ibni: isimgħu lilu.

FESTA TAT-TRASFIGURAZZJONI TAL-MULEJ Meta Ġesù kien fil-Galilija, xi sena qabel ma ġarrab il-passjoni, huwa wera l-

glorja tiegħu lit-tliet appostli maħbubin tiegħu, Pietru u ż-żewġ aħwa Ġwanni u Ġakbu. Tradizzjoni qadima tgħid li din it-trasfigurazzjoni seħħet fuq il-muntanja Tabor.

Ir-rakkont jagħtuhulna l-ewwel tliet evanġelji, Mattew, Mark u Luqa. Huma jgħidulna kif il-wiċċ ta’ Ġesù sar jiddi bħax-xemx u lbiesu abjad bħas-silġ. Dehru wkoll miegħu Mosè u Elija li tkellmu miegħu fuq dak li kellu jġarrab f’Ġerusalemm. Għal dehra bħal din l-appostli baqgħu mistagħġbin u Pietru qal lil Ġesù: “Kemm hu tajjeb għalina li qegħdin hawn!” u ppropona li jibnu tliet tined, waħda għal Ġesù, u l-oħrajn għal Mosè u Elija. Imma, waqt li kien jitkellem, sħaba kollha dija għattiethom, u minnha nstema’ leħen: “Dan hu ibni l-maħbub li fih insib il-għaxqa tiegħi. Lilu isimgħu.”

L-appostli waqgħu wiċċhom fl-art bil-biża’, imma Ġesù messhom u qalilhom biex iqumu. Meta qamu d-dehra kienet intemmet, u Ġesù reġa’ deher kif kien jidher qabel. It-trasfigurazzjoni setgħet ġrat f’xi wieħed mill-iljieli li Ġesù għadda fit-talb.

Din kienet dehra minn qabel tal-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù u l-Vanġeli jgħaqqdu ż-żewġ ġrajjiet meta jgħidulna li Mosè u Elija tkellmu ma’ Ġesù fuq il-passjoni tiegħu u li d-dixxipli kienu ordnati minn Ġesù biex ma jgħidu xejn minn dak li raw ħlief wara l-qawmien mill-mewt tiegħu. Ix-xena żgur għenet lill-appostli biex jaċċettaw lil Ġesù bħala l-mibgħut tal-missier minkejja li aktar tard jarawh umiljat u msallab.

Il-festa tat-trasfigurazzjoni ilha tiġi ċċelebrata b’solennità kbira fil-Lvant sa mis-seklu sitta. Kienet iċċelebrata wkoll f’xi nħawi fil-Punent fil-Medjuevu, sakemm ġiet estiża għall-knisja kollha fl-1457 minn Kallistu III biex tfakkar ir-rebħa tal-insara fuq it-Torok f’Belgrade s-sena ta’ qabel.

F’Malta, il-parroċċa ta’ Ħal Lija hi ddedikata lit-trasfigurazzjoni li fostna nsejħulha l-Festa tas-Salvatur.

Page 15: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

14 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Jidher ċar li t-tema fundamentali tal-Liġi u l-Profeti hija t-“tama ta’ Israel” – l-eżodu li jeħles definittivament. Il-konyenut ta’ din it-tam huwa Bin il-bniedem u l-Qaddej ta’ Alla li qiegħed ibati, li fit-tbatija tiegħu qiegħed jiftaħ il-bieb għall-ħelsien il-ġdid. Mosè u Elija huma nfushom figuri u xhieda tal-passjoni. Huma jitkellmu mat-Trasfigurat fuq dak li kienu qalu fid-dinja, fuq il-passjoni ta’ Ġesù, imma filwaqt li qegħdin jitkellmu fuq dan mat-Trasfigurat, jidher ċar li din il-passjonisa ġġib il-fidwa li hija miżgħuda bil-glorja ta’ Alla, u li l-passjoni tinbidel f’dawl, ħelsien u hena

Papa Emeritus Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 152, it-3 punt It was while he was in seclusion and during prayer that Jesus Christ was transfigured. The topic on which he conversed with Moses and Elias during his transfiguration was what would be accomplished in him during his Passion and death, which he was going to suffer on a cross outside the city of Jerusalem as he desired. While Jesus Christ was speaking about his sufferings and death, a luminous cloud appeared and covered him and Moses and Elias. From that cloud, where the glory of God appeared, a voice came forth that spoke these words: This is my beloved Son; listen to him. Relating what happened in this mystery, Saint Peter says that they heard this voice coming from heaven. All this ought to make us understand that it is only in seclusion and prayer that a soul can attain a true transfiguration or, rather, a transformation of itself and be enlightened by God, and when the soul is transfigured in this way with Jesus Christ, it must be willing to meditate on his Passion and cross to show that all its desire is to become like Jesus Christ in his sufferings. The Eternal Father will not recognize us as his well-beloved except insofar as we love suffering.

TALBA fuq it-Trasfigurazzjoni - “U ġara li d-dehra ta’ wiċċu tbiddlet …” (Lq.9:29)

Mulej! Int dawl minn dawl … Inti ddawwal il-wiċċ

ta’ Dak, Alla veru minn Alla veru agħti lilna lkoll

li nkunu għal “ħutu” xbieha ta’ Alla,

xbieha tal-Missier. Imliena bl-Ispirtu tiegħek

biex aħna li qegħdin infittxuk, fid-dalma tal-fidi, naslu biex inkunu

bħalma Int kont fuq it-Tabor, trasfigurati fik!

Bro Louis Camilleri

Missierna ...

Page 16: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 15

L-Erbgħa, 7 ta’ Awwissu San Sistu II Papa u sħabu - martri

San Gejtanu - presbiteru San Albertu ta’ Trapani - presbiteru

Beatu Agatanġlu u Beatu Kassjan - presbiteri martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Numri 13: 1-3a,25; 14: 1,26-29,34,35 Irrifjutaw art tnixxi ħalib u għasel. 2. Salm 105 :6-7a,13,14,21-23 Ftakru fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu

tiegħek. 3. Mattew 15: 21-28 Mara, il-fidi tiegħek kbira! SAN GEJTANU (1480-1547) S. Gejtanu twieled f’Viċenza minn familja nobbli u sinjura. Ta’ 24 sena laħaq

avukat. Beda jħoss li għandu jservi ’l Alla aktar mill-qrib. Telaq lejn Ruma u daħal fil-Konfraternità tal-Imħabba Divina. Sar saċerdot fl-1516.

Mar lura Viċenza, assista ’l ommu fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha, u wara mewtha intefa’ b’ruħu u ġismu jdur bil-morda inkurabbli.

Fl-1520 waqqaf l-Oratorju. Fl-1523 mar Ruma. Flimkien ma’ Ġwann Pietru Carafa (li dan wara sar Papa

Pawlu IV) u żewġ qassisin oħra waqqaf it-Teatini, saċerdoti li jgħixu flimkien taħt Regola.

Fl-1543, f’Napli waqqaf “Il-Bank tal-Ħniena” biex jgħin lill-foqra jisselfu l-flus. Dak li beda San Gejtanu llum sar il-Bank ta’ Napli.

Miet fis-7 ta’ Awwissu fl-età ta’ 67 sena. Riflessjoni: L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEGĦU

1. Li ma tħares lejn xejn jekk mhux bl-għajnejn tal-fidi. 2. Li ma tagħmel xejn jekk mhux għal Alla. 3. Li tqis kollox bħala ġej minn Alla.

L-Ispirtu ta’ Fidi huwa spirtu li f’kollox jirregola ruħu li jimxi fuq il-massimi u s-sentimenti meħudin mill-iskrittura

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.153, it-3 punt

In his order St.Cajetan promoted detachment from everything to such an excess, if we can speak this way, that he not only did not allow those in his order to possess any revenue or regular income, either in common or individually, but also forbade them to ask for alms, either in person or through others. They were to abandon themselves for food, clothing, and all bodily needs to God’s Providence alone.

Page 17: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

16 SIGNUM FIDEI

They were to base themselves on these words of Jesus Christ in the Gospel: Do not be worried about what to eat and what to drink and about all the necessities of life, because if you seek first of all and even uniquely the kingdom of God, all these things will be given to you in plenty. God did not leave them in want; several times he came to their help in an extraordinary fashion. You cannot carry disinterestedness too far in your work. You have to teach poor children; instruct them by your example. To teach them to love poverty, let your disinterestedness lead you to practice it as far as it pleases God. Ask for this spirit of disinterestedness through the intercession of Saint Cajetan.

TALBA

fuq “Bin David, ħenn għalina” (Mt. 9: 27-31). Mulej, kattar fina l-fidi!

Inħossha tixxengel ’l hawn u ’l hemm. Inħalli d-dubju jegħlibni ...

Inħalli l-għażż jaħtafni bil-ġrajja ta’ kuljum. Għinni, ħalli nitolbok

kemm jista’ jkun ta’ spiss, anke jekk dan inħossu diffiċli.

Qajjem fija t-tifkira ta’ meta jien tgħammidt

u dik l-imħabba li tajtni tul il-jiem kollha ta’ ħajti …

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Il-Ħamis, 8 ta’ Awwissu San Duminku – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Numri 20: 1-13 Bdew ħerġin gliegel ta’ ilma. 2. Salm 94 : 1,2,6-9 Illum isimgħu leħen il-Mulej u la twebbsux qalbkom. 3. Mattew 16: 13-23 Int Pietru. Jien nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet.

Page 18: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 17

SAN DUMINMKU TA’ GUSMAN – fundatur ( 1170-1221) Kien iben Feliċ ta’ Gusman u l-Beata Ġwanna ta’ Aza, u ħu l-Beatu Mannes.

Semmewh Duminku għal San Duminku, Abbati Benedittin ta’ Silos qrib Burgos, fejn ommu kienet tmur titlob.

Twieled fil-belt ta’ Calaruega, f’Kastilja, fi Spanja, fl-1170. Kellu zijuh qassis, l-Arċipriet ta’ Gumiel d’Izan, li ħa ħsiebu u bagħtu jistudja f’Palencia.

Ta’ madwar 26 sena sar kanonku tal-Katidral ta’ Osma. Dawn il-kanonċi però kienu fil-fatt patrijiet, għax kienu Kanonċi Regolari ta’ Santu Wistin. Tliet snin wara, fil-1204, ir-Re Alfonsu IX ta’ Kastilja bagħat lill-Isqof Diego fid-Danimarka u Diego ħa miegħu lil Duminku.

Għaddew minn Toloża u sabu li kienet mimlija eretiċi Albiġiżi. Diego u Duminku rħewlha lejn Ruma fejn talbu lill-Papa Innoċenzu III jibgħathom missjunarji fir-Russja.

Imma l-Papa qalilhom jibqgħu jikkumbattu l-ereżija fi Franza. Żaru ċ-Ċisterċensi ta’ Citeaux u ta’ Montpellier, li kienu nkarigati jikkumbattu l-ereżija, u ltaqgħu wkoll mal-Beatu Pietru ta’ Castelnau, Ċisterċens, li ftit wara, fil-15 ta’ Jannar 1208, miet marti, maqtul mill-eretiċi.

Sadanittant, f’Jannar 1207, Duminku kien waqqaf fi Prouille l-ewwel monasteru tas-sorijet, ilkoll konvertiti mill-ereżija. Kien imbagħad f’Awwissu, fl-1216, li fil-belt ta’ Toloża (Toulouse) ta bidu għall-Ordni tal-Patrijiet Predikaturi. Duminku malajr telaq lejn Ruma, fejn il-Papa Onorju III approva l-Ordni bir-Regola ta’ Santu Wistin.

Il-Papa ta lil San Duminku l-knisja ta’ San Sisto Vecchio. Imma din taha lis-sorijiet u għall-patrijiet kiseb il-Bażilika ta’ Santa Sabina.

Il-qaddis għadda s-snin 1218 u 1219 jivjaġġa fi Franza, Spanja u l-Italja, sa ma wasal Bolonja, fejn baqa’ l-aħħar sentejn ta’ ħajtu. F’Ruma kien iltaqa’ ma’ San Franġisk t’Assisi, u ż-żewġ fundaturi tgħannqu flimkien dik it-tgħanniqa li għadha teżisti fiż-żewġ ordnijiet glorjużi tagħhom.

Duminku miet Bolonja fid-6 t’Awwissu, 1221, ta’ 51 sena u ġie kkanonizzat mill-Papa Girgor IX fl-1234. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Bolonja, fil-Bażilika tal-Patrijiet Dumnikani.

Dakinhar li miet il-Fundatur, kien hemm diġà fuq 60 kunvent tal-patrijiet, li kienu fl-Italja, fi Franza, fi Spanja, fl-Ingilterra, fil-Polonja, fil-pajjiżi Skandinavi, fil-Palestina, eċċ.

Illum id-Dumnikani jinsabu mxerrdin ma’ kullimkien. Kellhom tul 700 sena, iktar minn 40 qaddis, mijiet ta’ beati, fosthom ħafna martri, 4 Papiet, mal-100 kardinal u mijiet kbar ta’ isqfijiet, barra minn tant għorrief ewlenin, fosthom San Tumas t’Aquino u San Albertu Manju.

Duminku, bniedem ta’ talb, ta’ penitenzi ħorox, imma wkoll ta’ ħlewwa u tjieba ma’ kulħadd, kien ċertament wieħed mill-ikbar ġganti ta’ għerf u ta’ qdusija, li qatt kellha l-Knisja Mqaddsa.

Page 19: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

18 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: (Ġesù) jistaqsi: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?”. It-tweġibiet jevokaw persunaġġi tal-imgħoddi: “Ġwanni l-Battista, Elija, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”. Persuni straordinarji, imma kollha mietu. Imma Pietru jwieġeb: “Int il-Kristu” (ara Mt 16:13,14,16). Kristu, jiġifieri Messija. Hi kelma li ma tindikax xi ħaġa tal-imgħoddi, imma l-futur: il-Messija hu l-mistenni, il-ġdid, dak li jġib lid-dinja d-dilka ta’ Alla. Ġesù mhuwiex l-imgħoddi, imma l-preżent u l-futur. Mhuwiex persunaġġ imbiegħed biex niftakruh, imma dak li Pietru jirrelata miegħu u jindirizzah personalment: Int il-Kristu. Għax-xhud, iktar milli persunaġġ tal-istorja, Ġesù hu l-persuna tal-ħajja: hu l-ġdid, mhux dak li diġà rajna; il-ġdid tal-futur, mhux tifkira tal-imgħoddi. Mela, ix-xhud mhuwiex min jaf l-istorja ta’ Ġesù, imma min jgħix storja ta’ mħabba ma’ Ġesù. Għax ix-xhud, fil-verità, dan biss ixandar: li Ġesù huwa ħaj u hu s-sigriet tal-ħajja.

Papa Franġisku – Omelija Ġunju 2019

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.150, it-3 punt

St. Dominic’s zeal did not stop short at what he personally could do for the glory of God and the salvation of souls. When some companions had joined him, he asked the Pope to establish a religious order whose members would have as their purpose to preach the Gospel everywhere. This is what his disciples have done and continue to do. One of their main practices for promoting piety among the faithful is to inspire them with devotion to the Most Blessed Virgin, especially to her rosary, which they recite daily in choir with much piety. How fortunate you are to have for your purpose to teach children their religion and to do so by teaching them catechism every day! One of the best means you can use to succeed in your work is to have a very special devotion to the Most Blessed Virgin and to communicate this devotion to the hearts of those entrusted to you. Do you recite the rosary every day? Do you lead your students to do the same? With what piety do you recite it and have them recite it? Do you offer this prayer as a tribute that we in our Institute pay to the Most Blessed Virgin and as a powerful way to draw down her help and protection on our Institute and on your work?

TALBA

Saċerdot l-iżjed qaddis ta’ Alla, konfessur kbir u predikatur tal-għaġeb,

San Duminku, kun fostna u fit-tjieba tiegħek, agħti widen għat-talb tagħna.

Ammen. Missierna ...

Page 20: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 19

Il-Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein)

verġni, martri u patruna tal-Ewropa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ħosegħa 2: 16b,17b,21,22 Għal dejjem ngħarrsek miegħi. 2. Salm 44: 11,12,14-17 Oħorġu ilqgħu lil Kristu l-Mulej. 3. Mattew 25: 1-13 L-Għarus ġej: oħorġu ilqgħuh. SANTA TEREŻA BENEDETTA TAS-SALIB: EDITH STEIN (1891-1942) Edith twieldet fit-12 ta’ Ottubru 1891, f’familja Lhudija, nhar il-Yom Kippur, l-

akbar festa tal-Lhud. Il-familja kienet tan-negozju. L-omm ma kinitx tlaħħaq mat-tfal, f’dik li hija formazzjoni reliġjuża. Edith tilfet il-fidi: “Jien ħassejt ġewwa fija li m’għandix inkompli nitlob aktar.”

Fl-1911, ta’ għoxrin sena spiċċat l-iskola, bl-akbar suċċess u unuri. Fl-1913, daħlet fl-Università ta’ Gottingen u bdiet l-istudji tal-fenomenoloġija, taħt l-għaref filosofu Edmund Husseri.

Fl-1914, Edith stqarret “M’inix ngħix ħajti”. Darba daħlet ġol-Katidral ta’ Frankfurt u rat mara bil-basket tax-xirja, li baqgħet dieħla ’l fuq u niżlet għarkupptejha u talbet għal ftit ħin. Edith ħasset fiha xi ħaġa: “Għalija din kienet xi ħaġa ġdida; fis-Sinagoga konna mmorru darba biss. Hawnhekk rajt lil din il-mara, ġejja dritt mis-suq bix-xirja u dieħla ġo din il-knisja. Rajtha bħallikieku kien ser ikollha konverżazzjoni intima. Kienet ġrajja li qatt ma nsejtha”.

Dakinhar stess marret iżżur lill-armla, li r-raġel tagħha li kien Protestant, kien għadu kif miet. Wara kitbet hekk: “Din kienet għalija l-ewwel laqgħa mas-Salib u fil-qawwa kbira li hu jagħti lil dawk li jilqgħuh u jġorruh. Kien il-mument fejn il-fidi tiegħi ħassejtha tikkollassa u Kristu beda jitfa’ d-dawl tiegħu fuqi: Kristu fil-misteru tas-SALIB. Aktar tard kitbet : “Din il-ġrajja kienet il-pjan ta’ Alla li jien stess ma kontx ippjanajt.”

Fl-1 ta’ Jannar 1933, daħlet mal-Karmelitani ta’ Cologne u fl-1934 ħadet il-libsa Karmelitana bl-isem ta’ Suor Tereża Benedetta tas-Salib.

Fit-2 t’Awwissu 1942, in-Nażi arrestawha għax kienet Lhudija, u magħha ’l oħtha Rosa, li kienet tgħix fil-kunvent tagħha. Fid-9 ta’ Awwissu tal-istess sena Edith u oħtha mietu ggassjati fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz.

Il-Professur Jan Nola li għex fl-istess Università magħha kiteb hekk: “Edith Stein kienet xhieda tal-preżenza t’Alla, f’dinja fejn Alla ma jeżistix.”

Ġiet ibbeatifikata mill-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, f’Cologne, fl-1 ta’ Mejju 1987.

Page 21: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

20 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Il-Papa Ġwann Pawlu II, nhar il-beatifikazzjoni ta’ Edith Stein qal : “Suor Tereża Benedetta tas-Salib, hija personalità li għaqdet ġewwa fiha nnifisha dik il-ħajja rikka tagħha, sintesi tas-seklu tagħna. Dik kienet sintesi ta’ storja mimlija feriti, li għadhom qed iweġġgħuna ... kif ukoll sintesi fuq il-bniedem. Dan kollu nġabar flimkien ġo dik il-qalb waħdanija, li baqgħet bla heda u mhux mitmugħa, sakemm fl-aħħar sabet il-mistrieħ tagħha f’Alla.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med: 195, silta mill-1 punt

Although Jesus Christ died for everyone, the benefit of his death is, nevertheless, not effected in everyone, because all do not make the effort to apply it to themselves. The response of our will is necessary on our part in order to make it effective. Although the death of Jesus Christ was more than sufficient to wipe out the sins of all and to be a complete reparation for them, because God has reconciled us through Jesus Christ, nevertheless, the grace that Jesus merited for us effects our salvation only insofar as our will is brought to correspond with it. It is up to each of us to achieve and complete the work of our own redemption.

TALBA Mulej Ġesù,

saħħaħ fija l-fidi biex qatt ma tiġi nieqsa.

Kabbar fija l-fidi biex nagħti minnha lill-oħrajn.

Wettaq fija l-fidi bl-opri tajba u l-karità.

Grazzi, Mulej. Ronnie Gauci

Missierna ...

Is-Sibt, 10 ta’ Awwissu San Lawrenz – djaknu u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Korintin 9: 6-10 Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ. 2. Salm 111: 1,2,5-9 Hieni l-bniedem li jħenn u jislef. 3. Ġwanni 12: 24-26 Min jaqdi lili, lilu Missieri jweġġah.

Page 22: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 21

SAN LAWRENZ – djaknu u martri († 258) San Lawrenz kien Djaknu tal-Knisja ta’ Ruma u ħa l-martirju flimkien ma’ erba’

djakni oħra, sħabu, erbat ijiem wara l-martirju tal-Papa Sistu II, fil-persekuzzjoni ta’ Valerjanu, fl-10 ta’ Awwissu tas-sena 258. (Il-kelma djaknu tfisser “qaddej”.)

Skont tradizzjoni, il-Prefett ta’ Ruma talab lill-Qaddis biex jagħtih id-deheb u l-fidda tal-Knisja. Lorenzo, beda jbiegħ kull ma kellha l-Knisja u l-flus flok tahom lill-Prefett, qassamhom lin-nies fqar tal-Belt. Lill-Prefett ħadlu kemm sab nies fqar, xjuħ u morda.

Il-Prefett xegħel bil-għadab u malajr ikkundanna lil Lawrenz għall-mewt. Hu ordna li jiġi maħruq ħaj fuq nar bati, li San Lawrenz sofra b’kuraġġ liema bħalu.

Wara l-martirju, il-fdal tal-Qaddis indifen fiċ-ċimiterju ta’ Ċirijaka ħdejn it-triq Tiburtina fil-Verano. Kostantinu l-Kbir bena bażilika fuq il-qabar tiegħu, li waqgħet u nbniet kemm-il darba. Il-knisja li hemm illum iġġib l-isem ta’ San Lorenzo Fuori le Mura, u tinsab f’idejn il-patrijiet Kapuċċini.

Imfaħħar mill-aqwa dutturi tal-Knisja, fosthom Santu Wistin, Sant’Ambroġġ, u San Leone Manju, wara l-Appostli San Pietru u San Pawl, hu l-iktar martri meqjum ġewwa Ruma.

Il-Papa tal-Immakulata, il-Beatu Piju IX, ried jindifen ħdejn il-qabar ta’ San Lawrenz, u hemm jinsab tassew. Lil San Lawrenz, huma ddedikati mijiet kbar ta’ knejjes, fosthom f’Ruma, San Lawrenz “In Lucina”, “In Damaso”, mibnija mill-Papa San Damaso (366-384), “In Paneperna” u “In Miranda”.

Lilu huma ddedikati l-Katidrali ta’ Genova, Perugia, Grosseto, Trapani, Lugano u oħrajn. Il-Knisja tiċċelebra l-festa tiegħu bl-istess grad liturġiku daqs tal-festi tal-Appostli.

San Lawrenz huwa l-Patrun tal-Birgu u tar-raħal li jġib ismu ‘San Lawrenz’, f‘Għawdex.

Riflessjoni: Fl-eżempju ta’ San Lawrenz, għandna prova tal-qawwa tal-grazzja t’Alla. Hu kien jara ġismu jinħaraq bla ma jitlef il-paċi ta’ ruħu; u aħna bil-maqlub ma nafux insofru l-iċken uġigħ jew dispjaċir bla ma nitilfu l-paċi.

Bro. Louis Camilleri

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 154, it-2 punt

We cannot praise too highly the desire this saint had for martyrdom. This was apparent when Saint Sixtus was being led away to be martyred. As Saint Ambrose relates it and as it is expressed in the Church’s Office, Saint Lawrence said to him: Where are you going, holy Father, without your son? Are you going to offer yourself in sacrifice unaccompanied by your deacon, without whom you have never been willing, up to now, to offer the sacrifice of the Body and Blood of Jesus Christ on the holy altar? Is there something in me that has displeased you? Have you found me unworthy of my ministry? What! You trusted me to distribute the Blood of Jesus Christ, yet you will not allow me to accompany you when you are about to shed your own. This saint had an even greater ardor in his heart than in his words. Nothing could stop him except the

Page 23: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

22 SIGNUM FIDEI

response addressed to him by Saint Sixtus, who assured him that in three days he too would suffer very cruel torments. When will we have as great a desire for suffering as this saint had for martyrdom? Ask this of God through the intercession of Saint Lawrence.

TALBA

O Lorenzo, Alla lilek ried iġarrab biss bil-qawwa tan-nirien,

iżda l-ewwel nar li kebbes nar l-imħabba f’qalbek kien. Kemm nixtiequ li aħna bħalek, b’dan in-nar niġu mġarrbin,

biex nitgħallmu nħobbu ’l Alla bħalma aħna maħbubin.

Mikbus kollu nar u qilla, fis maqtul ħalef jarak, rabtek, sawtek, biċċrek, seħtek u b’kemm setgħa tturmentak. Kif mingħajr xejn ma tniffist int ġarrabt din il-moħqrija,

hena u sabar aqlgħalna biex nifilħu għat-tbatija. Żewġ strofi min-novena.

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. William Xavier Seychell (19470 Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Il-Ħadd, 11 ta’ Awwissu

Id-19-il Ħadd matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Għerf 18: 6-9 Kif int ikkastigajt l-għedewwa tagħna, hekk sebbaħt lilna

meta sejjaħtilna għalik. 2. Salm 32 : 1,12,18-20, 22 Hieni l-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu. 3. Lhud 11: 1,2,8-19 Kien iħares ’il quddiem, lejn il-belt, li l-imgħallem u l-

bennej tagħha huwa Alla. 4. Luqa 12: 32-48 Kunu lesti intom ukoll.

Page 24: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 23

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Meta seħħet it-traġedja tat-“Twin Towers” fi New York, flimkien maż-żewġ torrijiet iġġarrfu ħafna ċertezzi tad-dinja tagħna li kellha tistenbaħ b’ħasda mil-ħolm u l-illużjonijiet li bniet il-futur tagħha fuqhom. Dak l-attakk tal-biża’ fil-fatt laqatna hemmhekk fejn konna naħsbu li ma jista’ għalina ħadd; il-kapaċita li nipprevedu, li nipprogrammaw, li nżommu kollox taħt kontroll. Minn din it-traġedja tgħallimna li kollox jista’ jinqala’ fil-ħajja u qiegħedin nirrassenjaw ruħna anke għal xi katastrofi li tista’ tiġri.

Ġesù llum, b’dawn it-tlett parabboli qosra, ikompli jistedinna biex nagħmlu l-għassa għal xi ġrajja misterjuża. Dan l-istess Vanġelu jibda bil-kliem ta’ kuraġġ “Le merħla ċkejkna, tibżgħu xejn għax missierkom għoġbu jagħtikom is-Saltna!” (Lq 12:32). Din hi l-ġrajja misterjuża li għad trid tiġi fuq l-umanita. Ma tixbaħ xejn lil xi katastrofi terroristika, jew xi rebħa tal-għedewwa tal-bnedmin kif iħabbru ħafna setet. Din il-ġrajja tikkonsisti fil-wasla tal-imħabba misterjuża u provvidenti t’Alla li għalkemm ma narawhiex hija rejali, li taslilna permezz ta’ Ġesù u tinvolvi r-rejalta u l-bnedmin li jgħixu fiha biex twassalhom għad-destinazzjoni inevitabbli dik tal-fidwa u l-qawmien mill-mewt.

Din is-saltna t’Alla qiegħda magħna, tgħix magħna, ssir aħna jgħidilna Ġesù. Il-bniedem modern jaħseb li dan ma jistax ikun; iddiżappuntat kif inhu mit-tiġrif tal-ħolm u t-tamiet tiegħu u mit-tifrik li baqa’ mill-idejoloġiji. Il-bniedem li jagħraf il-ħażen tiegħu imma tilef il-ħeġġa biex jegħlbu għax ma jafx kif se joħroġ minnu.

Propju lil dan il-bniedem ta’ żmienna Ġesù jistiednu jishar: x’jiġifieri? Jiġfieri ma norqdux, ma nistordux lil kuxjenza, lil moħħna u lil qalbna bl-illużjoni li nistgħu negħlbu il-biża’ tad-dalma interjuri, ifisser għal min jemmen li nħallu l-lampa tat-tama mixgħula, għax kif jgħidilna Ernesto Balducci, “jekk it-tama mingħajr il-fidi hi mejta, il-fidi mingħajr it-tama hi għamja.”

Ifisser li ma nħallux li jitteħdulna l-isbaħ affarijiet tal-ħajja u tal-fidi filwaqt li noqgħodu attenti ħafna għax il-ħallelin ma jagħmlux avviżi u meta nintebħu li ħemm toqba fil-ħajt diġa jkun tard wisq.

Fuq kollox ifisser li niftakru li aħna biss amministraturi u jeħtieġ inkunu fidili ubbidjenti biex nifhmu r-rieda tal-Mulej. Dak li jeħtiġilna nagħmlu hu li nżommu t-tama tagħna ħajja biex il-Mulej ikun jista jsejħilna “imberkin”.

Minn La Realta e’ Cristo, Don Davide Rota Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38, silta mit-2 parti In the Gospel Jesus Christ gives two reasons for the efficacy of prayer. The first is the faith and confidence we have in praying. Whatsoever you ask in prayer with faith, says Jesus Christ, you will receive. He says all whatsoever, and he makes no exceptions. Would anyone believe that faith would have such an effect that we would obtain infallibly whatever we ask of God, if the Son of God, who is Truth, had not assured us of this?... Be convinced, then, that God is ready to refuse you nothing that you ask of him with faith and confidence in his goodness.

Page 25: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

24 SIGNUM FIDEI

TALBA Missier ħanin,

l-imħabba tiegħek tilqa’ lil kulħadd u bil-qawwa tal-qawmien ta’ ibnek,

inti ssejħilna lejn id-dawl sabiħ tiegħek. Keċċi d-dlam li ninsabu fih

u agħmilna poplu b’qalb waħda u leħen wieħed,

biex infaħħruk bil-kant tagħna għal dejjem, f’Ġesù Kristu Sidna,

Ammen. “The Glenstal”, book of daily prayer

Missierna ...

It-Tnejn, 12 ta’ Awwissu Santa Ġovanna Franġiska de Chantal - verġni

Santa Feliċissima - martri Beatu Isidor Bakanja - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 10: 12-22 Aħtnu mela qlubkom. Ħobbu ’l-barrani, għax intom

barranin kontu. 2. Salm 147:12-15,19,20 Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej. 3. Mattew 17 : 22-27 Joqtluh, u fit-tielet jum iqum. Is-sudditi meħlusa

mit-taxxa. SANTA GIOVANNA FRANĠISKA FREMOIT DE CHANTAL (1572-1641) Twieldet fil-Belt ta’ Dijon fit-28 ta’ Jannar 1572. Missierha kien il-President tal-

Parlament tal-Burgundie, Benigne Fremyot. Ta’ 20 sena, iżżewġet lil Christopher de Rabutin, Baruni de Chantal, u kellhom sebat itfal, li tlieta minnhom però mietu trabi.

Wara disa’ snin, il-Baruni miet wara li sparaw fuqu aċċidentalment. Wara tliet snin li romlot, wasal Dijon San Franġisk de Sales biex jipprietka l-Kwareżimal, u l-Barunissa għażlitu bħala d-direttur spritwali tagħha.

Tħajret tidħol Karmelitana, imma San Franġisk talabha biex flimkien miegħu twaqqaf ordni ġdid ta’ sorijiet klawstrali, dak tal-Viżitazzjoni.

Kien nhar il-festa tas-Ssma. Trinità, tas-sena 1610, li fil-belt ta’ Annecy, Giovanna-Franġiska, għamlet il-vestizzjoni flimkien ma’ tliet sorijiet oħra. Imma ma damux ma daħlu oħrajn u l-fundatriċi rnexxielha tiftaħ kunventi f’Lyons, Moulins, Grenoble, Bourges u Pariġi, fejn id-direttur spiritwali kien San Vinċenz de Paul.

Page 26: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 25

Fl-1622 miet San Franġisk de Sales u ħames snin wara miet binha Celse-Benigne fil-battalja kontra l-Ingliżi, u ħalla tarbija ta’ inqas minn sena, waqt li kellu biss 31 sena, u fl-1632 mietet ukoll martu.

Fis-snin 1635-1636, żaret il-65 kunvent tal-Ordni, u fl-1641 marret Pariġi, fejn ġiet milqugħa mir-Reġina Anna tal-Awstrija. Waqt li kienet sejra lura Annecy, mardet gravament, u mietet fil-kunvent ta’ Moulins fit-13 ta’ Diċembru 1641, fl-età ta’ 69 sena.

Dakinhar ħalliet 86 kunvent tal-Viżitazzjoni. Il-ġisem tagħha ttieħed Annecy u ndifen ħdejn dak ta’ San Franġisk de Sales, fil-Bażilika tal-Viżitazzjoni, fejn għadu meqjum sal-lum. Il-Papa Klement XIII ikkanonizzaha fis-16 ta’ Lulju 1767.

Il-qaddisa sofriet għal żmien twil minn aridita spiritwali u taħbit kbir ieħor. Megħjuna però minn ħuha l-Arċisqof ta’ Bourges, u fuq kollox minn San Franġisk de Sales, li kiteb l-opra tiegħu famuża “Dwar l-Imħabba t’Alla” għaliha u għas-sorijiet tagħha, minkejja li fehmet li kellha tkun martri bla ma xxerred demmha, ħarġet rebbieħa, u żgur li ma żbaljax San Vinċenz de Paul meta qal li kienet waħda mill-iktar bnedmin qaddisa li qatt ra.

Riflessjoni: L-umiljazzjoni li jġarrab Ġesù tasal sa l-estremità tagħha fil-Passjoni: jinbiegħ għal tletin biċċa tal-fidda u jiġi ttradut b’bewsa minn dixxiplu li hu kien għażel u sejjaħlu ħabib. L-oħrajn kważi kollha jaħarbu u jitilquh waħdu; Pietru jiċħdu tliet darbiet fil-bitħa tat-Tempju. Umiljat fil-qalb tiegħu b’żebliħ, tagħjir u bżieq, iġarrab f’ġismu vjolenza mill-aktar orribbli: id-daqqiet ta’ ħarta, is-swat u l-kuruna tax-xewk iġibuh ma jibqax jintgħaraf. Iġarrab ukoll l-għajb u l-kundanna inġusta ta’ l-awtoritajiet, reliġjużi u politiċi: sar dnub u tqies inġust. Imbagħad Pilatu jibagħtu għand Erodi u dan jibagħtu lura għand il-Gvernatur Ruman: waqt li jiġi mċaħħad minn kull ġustizzja, Ġesù jħoss fuqu wkoll l-indifferenza, għax ħadd ma jrid jassumi r-responsabbiltà tad-destin tiegħu... Bl-umiljazzjoni tiegħu, Ġesù jgħallimna nimxu fit-triq tiegħu. Indawru ħarsitna Lejh, u nitolbuh il-grazzja li nifhmu għall-inqas xi ħaġa minn dan il-misteru tat-tixjin tiegħu għalina; u hekk, fis-skiet, nikkontemplaw il-misteru ta’ din il-Ġimgħa.

Papa Franġisku, Marzu 2016

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 46, silta mill-1 punt

Adore this sacred mystery, which is entirely above our senses and even above our reason. The angels and the saints pay it their homage without ever being able to understand it fully. Be content to honor it with them, acknowledging in mind and heart your nothingness before this mystery. Declare that all you can say of it, all you can conceive of it, is that it is the mystery of one God in three Persons, the Father, the Son, and the Holy Spirit. This is the object of the Church’s most profound veneration in heaven as well as on earth. In the presence of this ineffable mystery, every knee must bend in heaven, on earth, and in hell. You too must declare with all the heavenly spirits that Holy, Holy,

Page 27: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

26 SIGNUM FIDEI

Holy is the Lord God almighty and that the whole world is filled with his glory and majesty.

TALBA Mulej,

jekk ninqata’ mill-poplu, jew niżola ruħi mill-bżonnijiet tal-oħrajn,

wissini b’dak li qed nagħmel. Iftaħli għajnejja biex nagħraf dak li jgħaqqad ’il-poplu

u mhux dak li jifred. Urini kif nibni pontijiet bejn il-bnedmin U mhux ħitan li jifirduhom. Ammen.

Bro. Nicholas Hutchinson

Missierna ...

It-Tlieta, 13 ta’ Awwissu San Ponzjanu - papa u San Ippolitu - presbiteru u martri

San Benild Romançon – Frère ta’ De La Salle Beatu Mark minn Aviano - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 31: 1-8 Agħmel il-ħila u qawwi qalbek, għax int

Ġożwé iddaħħal lil dan il-poplu fl-art imwiegħda.

2. Salm Dewteronomju 32: 3-4a,7-9 u 12 Sehem il-Mulej baqa’ l-poplu tiegħu. 3. Mattew 18: 1-5,10,12-14 Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar. SAN BENILD - Brother ta’ S. Ġwann Battista De La Salle (1805 - 1862) Kien jismu Pierre qabel ma daħal Brother ta’ De La Salle. Twieled fl-14 ta’

Ġunju, 1805. Il-familja kienet tgħix mix-xogħol tar-raba’. Ommu rawmet fih devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija u lejn il-Madonna. Ta’ 12-il sena għamel l-Ewwel Tqarbina.

Ta’ 14-il sena talab biex jidħol Brother. Missieru heddu li jnaqqaslu sehmu tal-wirt jekk jitlaq id-dar. Fl-1820, irċieva l-barka ta’ missieru u beda n-novizzjat. Wara sena ta’ formazzjoni, ġie mibgħut jgħallem u wara sentejn ġie mitlub jgħallem fi skola oħra. Brother Benild kellu jiffaċja tfal li kienu vjolenti, vandali u mimlijin qilla.

It-tagħlim tal-Katekiżmu kien is-suġġett preferit tiegħu. Kien fl-1841 meta San Benild ġie mibgħut fir-raħal ta’ Saugues. Baqa’ hawnhekk sakemm miet fl-1862.

Page 28: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 27

Minbarra li kien il-kap tal-iskola, kien ukoll is-Superjur tal-Komunità. Speċjalità tiegħu kienet it-tħejjija tat-tfal biex jirċievu ’l Ġesù Sagramentat fl-Ewwel Tqarbina. Id-devozzjoni li nissel fil-qlub ta’ kulħadd lejn l-Ewkaristija u lejn il-Madonna wettqu mirakli fl-erwieħ.

Fl-20 sena li dam f’Saugues, aktar minn 265 vokazzjoni għas-Saċerdozju u għall-ħajja Reliġjuża stqarrew li kienu jafu l-vokazzjoni tagħhom wara Alla lill-Brother Benild.

Miet fit-13 ta’ Awwissu 1862 b’kankru fil-fwied meta kellu 57 sena. Il-Papa Pawlu VI ddikjarah qaddis fl-1967. Skola tal-Frères f’Tas-Sliema hija

ddedikata lil San Benild.

Riflessjoni: Mill-Ittra li l-Papa Ġwann Pawlu II kiteb lit-tfal fl-1994 “Hu qal lill-Appostli: ‘Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi’, u jkompli, ‘għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla.’ Mark10:14. Darb’oħra, meta l-Appostli kienu qed jitlewmu dwar min hu l-akbar fosthom, poġġa tifel quddiemhom u qalilhom: ‘... Jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal ż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.’ Mattew 18:3 F’din l-okkażjoni qal kliem iebes ta’ twissija: ‘Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun aħjar għalih li jdendlulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin ... u jgħalquh f’qiegħ il-baħar.’ Mattew 18:6 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 194, silta mit-2 punt

Those who have dedicated themselves to instruct them must devote themselves especially to bring them up in the Christian spirit, which gives children the wisdom of God, which none of the princes of this world has known. It is completely opposed to the spirit and wisdom of the world, for which you must inspire children with a great horror, because it serves as a cloak for sin. Children cannot be too much separated from such a great evil, for this alone can make them displeasing to God. Let this be your primary concern, then, and the first effect of your vigilance in your work: to be ever attentive to your students to forestall any action that is bad or even the least bit improper. Help them avoid anything that has the slightest appearance of sin.

TALBA O Alla, int għażilt lil

San Benild biex jagħti edukazzjoni nisranija lit-tfal u liż-żgħażagħ;

qajjem fil-Knisja tiegħek Brothers u għalliema, nisa u rġiel, li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu,

għal dejjem ta’ dejjem. Ammen Missierna ...

Page 29: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

28 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 14 ta’ Awwissu San Massimiljanu Kolbe

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 34:1-12 Mosè miet fl-art ta’ Moab. Qatt iżjed ma deher f’Iżrael

profeta bħal Mosè. 2. Salm 65:1-3a,5,16,17 Imbierek Alla: hu li jżommna fost il-ħajjin. 3. Mattew 18: 15-20 Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk.

Illum l-Vġili tal-Festa ta’ Santa Marija mtellgħa s-sema bir-Ruħ u bil-Ġisem.

SAN MASSIMILJANU-MARIJA KOLBE (1894-1941) Raymond Kolbe twieled fi Zdunska-Wola, qrib Lodz, f’dik il-parti tal-Polonja tal-

Lvant li allura kienet tagħmel parti mill-Imperu Russu, nhar l-Epifanija, 6 ta’ Jannar, 1894.

Missieru u ommu kienu Terzjarji Franġiskani u spiċċaw it-tnejn reliġjużi, il-missier mal-Benedittini, u l-omm mas-Sorijiet Feliċjani tal-Beatu Kappuċċin Onorato Kozminski.

Bħal ħuh Ġużeppi (patri Alfons), Raymond daħal mal-Patrijiet Franġiskani Minuri Konventwali, bl-isem ta’ Massimiljanu.

Studja Ruma fil-kulleġġ tal-Ordni tiegħu u fl-Università Gregorjana, marad bit-tiżi, u kellu jibqa’ b’pulmun wieħed, imma mqar qabel sar saċerdot kien waqqaf fl-1917, il-Milizzja tal-Immakulata.

Ordnat saċerdot fl-1918, fil-knisja ta’ San Andrea delle Valle, tal-Patrijiet Teatini, qaddes l-ewwel quddiesa fil-knisja ta’ San Andrea delle Fratte, tal-Patrijiet Minimi fl-altar tal-Madonna “Tal-Miraklu”.

Tul l-ewwel gwerra dinjija, minħabba li kien sudditu tar-Russja, kellu jgħaddi xi żmien fil-kunvent ta’ San Marino.

Lura fil-Polonja, ħareġ Il-Kavallier tal-Immakulata, rivista Marjana li laħqet il-miljun kopja, u fl-1927,waqqaf, daqs 25 mil bogħod minn Varsavja, il-Belt tal-Immakulata, Niepokalanow, li laħqet it-800 reliġjuż, u kienet għalhekk l-ikbar komunità fid-dinja Kattolika.

Fl-1930, mar missjunarju fil-Ġappun, fejn ħareġ ukoll Il-Kavallier tal-Immakulata, bil-Ġappuniż, u waqqaf ukoll Il-Belt tal-Immakulata, Mugenzaj-No-sono, qrib il-belt ta’ Nagasaki.

Lura fil-Polonja fl-1936, reġa’ nħatar Gwardjan ta’ Niepokalanow, imma fl-1941, arrestat għat-tieni darba min-Nazisti, sab ruħu fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz fejn għax kien saċerdot sofra l-eħrex moħqrija.

Page 30: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 29

Miet għax offra ħajtu flok missier ta’ familja, Franġisk Gajownieczek (li dan miet f’Marzu 1995, kważi 54 sena wara) bil-ġuħ u bil-għatx, u fl-aħħar permezz tal-injezzjoni fis-siegħa nieqes għaxra tal-14 t’Awwissu, 1941, fl-età ta’ 47 sena.

Il-Madonna li kienet wegħditu l-kuruna bajda tal-verġinità u l-oħra ħamra tal-martirju, tathomlu lejlet s-Solennità tal-Assunzjoni tagħha fis-sema.

Kien l-ewwel beatu ta’ Auschwitz, it-tieni hija l-Karmelitana Skalza, Beneditta tas-Salib (Edith Stein), u t-tieni qaddis ikkanonizzat mill-Papa Ġwanni Pawlu II, u ġie ikkanonizzat fl-10 t’Ottubru 1982.

Hu patrun tal-Provinċja Ġappuniża tal-Franġiskani Konventwali, u ċertament wieħed mill-aqwa martri ta’ żminijietna.

Riflessjoni: San Massimiljanu Kolbe fuq il-Madonna: M’għandniex nibżgħu li lill-Imakulata sejrin inħobbuha żżejjed. Qatt ma naslu biex

inħobuuha daqskemm ħabbha Ġesù. Il-qdusija tagħna kollha qiegħda filli nimitaw ’il Ġesù.

Alla hu mħabba. Għalhekk, hu ried joħloq persuna li fiha jiġbor il-ħniena kollha tiegħu. L-Immakulata hi l-persuna li tiġbor fiha l-ħniena kollha ta’ Alla lejn il-bnedmin.

Min jitbiegħed mill-Madonna ma jsalvax ruħu. Mingħajr omm ma jistax ikun hemm ħajja. Il-ħajja tar-ruħ ukoll għandha l-omm

tagħha. Hemm l-omm ta’ kull grazzja ta’ Alla. Min jersaq lejn Marija, ikun qed jersaq lejn Alla. Hu jkun qed jersaq lejh billi jgħaddi

mit-triq l-aktar żgura u l-aktar ħafifa. Qaddisa Omm Immakulata, bil-għajnuna tiegħek weħidha, aħna jkollna l-ħila

nagħmlu ħafna. Fejn tkun tinsab int biss, bil-grazzja tiegħek, il-bnedmin jistgħu jikkonvertu u jitqaddsu. Fejn tkun qiegħda int biss, tista’ tinbena s-saltna ħelwa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

Ħobbu ’l-Immakulata u hi tagħmilkom hienja. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 155, silta mit-3 punt

The only thanks you ought to expect for instructing children, especially the poor, is injury, insult, calumny, persecution, and even death. This is the recompense of saints and apostolic people, as it was for our Lord Jesus Christ. Do not expect anything else if you have God in view in the ministry he entrusted to you. This is also what ought to encourage you to work at it with all the more affection, and this will give you the way to do more good. The more faithful you are to God on occasions of suffering, the more God will pour out his graces and blessings on you in the exercise of your ministry.

TALBA Infaħħruk flimkien u ngħidulek

għażiża kewkba tal-baħar, Marija, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. Missierna ...

Page 31: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

30 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 15 ta’ Awwissu

Is-Solennità tal-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 11, 19a; 12, 1-6.10 Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha. 2. Salm 44, 10bc.11-12ab.16 F’lemintek is-sultana mżejna b’deheb ta’ Ofir. 3. 1 Korintin 15, 20-26 L-ewwel, Kristu; wara, dawk li huma ta’ Kristu. 4. Luqa 1, 39-56 Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar: għolla

ċ-ċkejknin. IS-SOLENNITÀ TAL-ASSUNZJONI TA’ MARIJA SSMA. Sa mill-qedem l-insara emmnu li Marija wara mewtha, ġiet irxuxtata minn Kristu

u mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem. Kien hemm ukoll xi ftit teoloġi li qalu li Marija ma mietet xejn imma ġiet imtellgħa

s-sema mingħajr ma daqet il-mewt. Imma dawn kienu ftit. Fost dutturi kbar li ddefendew din il-verità nsemmu lil San Ġwann Damaxxenu,

San Ġermanu, Patrijarka ta’ Kostantinopoli, Sant’Antnin ta’ Padova, Sant’Albertu Magnu, San Pietru Kanisju u San Lawrenz minn Brindisi.

Fl-1 ta’ Novembru 1950, fil-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Papa Piju XII mar jiddikjara din il-verità bħala Domma tal-Fidi.

Minħabba l-fatt li l-Mulej tnissel f’Marija u twieled minnha, ma kienx ikun xieraq li l-ġisem tagħha, Verġni Immakulata, jara t-taħsir tal-qabar.

Ma ninsewx fl-aħħarnett li Marija Assunta hija l-Patruna Prinċipali ta’ Malta u Għawdex. Barra minn hekk hija wkoll il-Patruna ta’ Franza, tal-Paragwaj (li l-kapitali tagħha jisimha Asuncion, għall-Assunta), tal-Ġamajka, tal-Afrika t’Isfel u ta’ New Caledonia.

Il-knejjes taċ-Ċisterċensi, skont ix-xewqa ta’ San Bernard, huma l-biċċa l-kbira ddedikati lill-Assunta, kif huma wkoll il-katidrali kollha.

Riflessjoni: Lil ommu, Ġesù għaddieha mill-istess proċess li għadda hu. Il-qabar tagħha vojt u għadu magħna sallum bħalma għadu magħna sallum il-qabar ta’ Ġesù, is-Santu Sepulkro. F’Ġerusalemm għandna żewġ oqbra għeżież għalina, imma aħna l-Insara, esperti fl-oqbra vojta għaliex dak li jinżera’ f’dawn iż-żewġ oqbra, ta’ Ġesù u ta’ Marija, biex jiġi sottopost għar-regola tat-taħsir, sar il-post tal-qawmien. Id-differenza bejn l-irxoxt tal-iben u l-irxoxt tal-omm, l-irxoxt ta’ Ġesù u l-irxoxt tal-Madonna, hija li l-Madonna m’għandha l-ebda qawwa divina u m’għandha l-ebda qawwa li tqum mill-imwiet, imma huwa binha l-Mulej li jħares ’l ommu mit-taħsir u jirxuxtha u jassumieha fil-ġenna, għalhekk ngħidulha ‘Assunta’. U bir-raġun aħna l-Maltin insejħu din il-festa ‘l-Għid tal-Assunta’. L-Għid ifisser festa kbira imma aħna fil-lingwaġġ tagħna nużawh

Page 32: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 31

għal dawn iż-żewġ avvenimenti: l-Għid il-Kbir (l-irxoxt ta’ Ġesù) u l-Għid tal-Assunta (l-irxoxt ta’ Marija). Tassew kif qalet hi: “Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar” (Lq 1:49).

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, silta mill-omelija tal-15 t’Awwissu 2018

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 156, it-2 punt

The Most Blessed Virgin did not remain in the tomb for long; a few days after her death, she rose. It was quite proper that God granted her such a favor, for without doubt it would not have been fitting that the flesh from which the flesh of Jesus Christ came would suffer corruption. It was, moreover, worthy of God’s goodness that the very special purity of the Most Blessed Virgin would be rewarded by so great a favor. How, O my God, could you have allowed that the body of the Most Blessed Virgin, which had been the tabernacle of your Incarnate Word, the Temple of the Holy Spirit, and the sacred ark of a soul filled with your grace, would be for a long time separated from that soul and not be honored even after death with all the favors it could possibly receive? The special grace we ought to ask of the Most Blessed Virgin on this day is to be removed and to be freed from the corruption of the world and especially to have great purity, which is the true incorruptibility that we ought to procure for our body. Because the Most Blessed Virgin possessed this virtue in all its perfection, she can help us very much to preserve it.

TALBA

“Qaddisa Marija, Omm Alla, inti tajt lid-dinja d-dawl veru,

Ġesù, ibnek – iben Alla. Inti tajt lilek innifsek lil

Alla li sejjaħlek u hekk sirt għajn

ta’ tjieba li toħroġ minnu. Urina ’l Ġesù. Mexxina lejh.

Għallimna nsiru nafuh u nħobbuh, biex aħna wkoll ikollna l-ħila

nimtlew bi mħabba vera, kif ukoll insiru għejun ta’ ilma ħaj

f’nofs dinja bil-għatx.” Papa Benedittu XVI

Missierna ...

Page 33: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

32 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Awwissu San Stiefnu tal-Ungerija Santu Rokku - konfessur

Beata Marija Sagrario ta’ San Alwiġi Gonzaga - verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġożwe 24; 1-13 Jiena ħadt lil missierkom Abraham min-naħa

l-oħra tax-xmara; u mbagħad ħriġtkom mill-Eġittu, u tajtkom l-art.

2. Salm 135; 1-3.16-18.21-22 u 24 Għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 3. Mattew 19; 3-12 Kien minħabba l-ebusija ta’ qalbkom li Mosè

takom il-permess tibagħtu n-nisa tagħkom. Iżda ma kienx hekk mill-bidu.

Mill-Istorja ta’ l-Istitut 1683: Bl-approvazzjoni tal-Arċisqof, Ġwanni formalment jirreżenja mill-pożizzjoni ta’ Kanonku tal-Katidral ta’ Rheims, u flimkien mal-Brothers ikanta it-“Te Deum”. SAN STIEFNU, RE TAL-UNGERIJA (970-1038) San Stiefnu, iben Geza, ir-raba’ duka tal-poplu Maġjar (illum insejħulhom

Ungeriżi). Ommu kienet prinċipessa nisranija u rċieva edukazzjoni nisranija. Hu

tgħammed, flimkien ma’ missieru, fis-sena 985, meta kellu xi 15-il sena, mill-Arċisqof San Adalbert ta’ Praga, li kien qarib t’ommu. Dakinhar li tgħammed ħa l-isem ta’ Stiefnu.

Lejn is-sena 995, iżżewweġ lit-twajba prinċipessa Ġisella tal-Bavarja, oħt il-futur Imperatur San Neriku II.

Daqs sentejn wara ħa f’idejh it-tmexxija tal-poplu Maġjar. L-ewwel objettiv ta’ Stiefnu kien li joħloq l-unità politika u reliġjuża billi jwaqqaf Ungerija kompatta, taħt it-tmexxija tal-fidi nisranija.

Għal dan il-għan, Stiefnu nqeda b’missjunarji barranin b’mod partikolari bil-Benedittini Ċisterċensi li waqqfu diversi abbaziji.

Fil-Milied tas-sena 1001, Stiefnu kien ikkonsagrat bħala l-ewwel sultan tal-Ungerija u rċieva dan it-titlu mingħand il-Papa Silvestru II u kien inkurunat bil-kuruna li bagħtlu dan l-istess Papa, li wkoll tah it-titluta’ “re appostoliku”. Din il-kuruna saret famuża u għadha miżmuma b’għożża mill-poplu Ungeriż sal-lum.

Dakinhar tal-inkoronazzjoni tiegħu, ir-Re poġġa l-Ungerija taħt il-protezzjoni tal-Verġni Marija.

Ftit żmien wara, ir-re qasam il-pajjiż f’żewġ arċiveskovati, kull waħda minnhom terġa’ maqsuma f’erba’ djoċesijiet, bi knisja parrokkjali kull għaxar villaġġi, u ħareġ leġislazzjoni ispirata mill-ispirtu tal-evanġelju.

Page 34: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 33

Stiefnu nnifsu ta eżempji ta’ karitajiet bla limiti. Jingħadu ħafna stejjer dwar dan, fosthom il-ġrajja meta mar biex iqassam il-karità lit-tallaba wara li kien biddel ħwejġu biex ma jingħarafx, u ġie mitfugħ fl-art b’daqqa ta’ ponn u serqulu l-borża bil-flus li kellu.

Stiefnu saltan għal 40 sena u miet fil-15 ta’ Awwissu 1038, fl-età ta’ madwar 68 sena.

Idu l-leminija baqgħet inkorrotta u hi miżmuma b’għożża kbira bħala l-aqwa relikwja tal-Ungerija li tqimu bħala l-akbar qaddis u eroj tal-pajjiż.

Riflessjoni: “Ġesù, li rrikonċilja kollox fih, reġġa’ lura ż-żwieġ u l-familja għall-forma oriġinali tagħhom (ara Mk 10:1-12). Il-familja u ż-żwieġ ġew mifdija minn Kristu (ara Efes 5:21-32), irrestawrati skont ix-xbieha tat-Trinità Qaddisa, misteru li minnu tnixxi kull imħabba vera. Il-patt taż-żwieġ, inawgurat fil-ħolqien u rrivelat fl-istorja tas-salvazzjoni, isib ir-rivelazzjoni sħiħa tat-tifsira tiegħu fi Kristu u fil-Knisja tiegħu. Mingħand Kristu permezz tal-Knisja, iż-żwieġ u l-familja jirċievu l-grazzja meħtieġa biex jistgħu jagħtu xhieda tal-imħabba ta’ Alla u jgħixu l-ħajja f’komunjoni. L-Evanġelju tal-familja ilu jterraq fl-istorja tad-dinja, mill-ħolqien tal-bniedem fuq is-sura u x-xbieha ta’ Alla (ara Ġen 1:26-27), sat-twettiq tal-misteru tal-Patt fi Kristu, sat-temma taż-żmien bil-festa tat-tieġ tal-Ħaruf (ara Apk 19:9)”

Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika, Amoris Laetitia

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Explanation of the Method of Interior Prayer

We may consider God as being present in a church because it is the house of God, (Ps 93:5) as our Lord says in Saint Matthew, My house shall be a house of prayer. (Matt 21:13) ... the church is the house of God, according to the testimony of our Lord. It is there that God wishes Christians to assemble to adore God and to pay homage; consequently, they must have great respect for it and show this by

their decorum, their silence, their external piety, and their bearing.

TALBA Inti, imsejken bniedem, erħi ftit it-taħbit tiegħek,

inqata’ mill-ħsibijiet imħawda tiegħek. Biegħed minnek it-tħassib li qiegħed itaqqlek,

ħallik għal ftit mix-xogħol li qiegħed jeħodlok rasek.

Ieqaf kemm kemm fuq Alla, u strieħ daqsxejn fiH.

Talba ta’ Sant’Anselm

Missierna ...

Page 35: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

34 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 17 ta’ Awwissu Beatu Anġlu Wistin Mazzinghi - presbiteru

Santa Kjara ta’ Montefalco - verġni San Ġjaċint tal-Polonja - presbiteru

Santa Beatrice de Silva - verġni Santa Beatrice de Silva - fundatriċi tal-kongregazzjoni tal-Konċezzjonisti u verġni

L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġożwe 24, 14-29 Agħżlu llum lil min tridu taqdu. 2. Salm 15 ; 1-2a u 5.7-8.11 Mulej, inti s-sehem ta’ wirti. 3. Mattew 19 ; 13-15 Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, għax ta’ min hu

bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. SANTA ĠIOVANNA DELANOUE (1666-1736) Din il-qaddisa, li ġiet ikkanonizzata fil-31 ta’ Ottubru 1982, hija l-fundatriċi tas-

sorijiet ta’ Santa Anna tal-Providenza ta’ Saumur biex jieħdu ħsieb il-fqar, il-morda u dawk li ħadd ma jagħti kashom.

Kienet l-iżgħar fost 12-il wild u ta’ 25 sena wirtet ħanut żgħir f’Saumur fi Franza, li fih il-ġenituri tagħha kienu jservu l-ikel lill-pellegrini.

Flimkien ma’ neputija iżgħar minnha ħadet dan in-negozju. Hija bdiet tiftaħ il-ħanut il-Ħadd.

Ma baqgħetx tagħmel bħal ommha, tagħti karità lit-tallaba, u kienet tibgħat lin-neputija tixtri x’jieklu eżattament qabel ħin l-ikel biex ma tigdibx meta kienet tgħid lit-tallaba li ma kellha xejn.

Darba żammet għandha b’xejn lil mara xiħa li kienet tara l-viżjonijiet. Din iż-żjara ħawdet tant lil Ġwanna spiritwalment li marret talbet parir lill-qassis,

għalqet in-negozju l-Ħadd u bdiet tagħmel għemil ta’ penitenza. Meta l-mara xiħa reġgħet ġiet għandha, Ġwanna għarfet li l-vokazzjoni tagħha ma kinitx in-negozju iżda li taqdi ’l-foqra.

Hija tat l-aqwa libsa li kellha u Alla ħallasha b’esperjenza spiritwali li damet tlett ijiem li fiha rat minn qabel il-kongregazzjoni tagħha.

Hija għalqet il-ħanut u għat-38 sena li ġew wara hija kienet aktar tagħti milli tirċievi. Id-Dar tal-Providenza li bniet f’Saumur setgħet tilqa’ fiha 300 marid.

Riflessjoni: Ġesù kien ħelu mat-tfal li b’xejn ma kienu jdejquh. Meta d-dixxipli tiegħu ċanfru li dawk li bdew iressqu t-tfal qrib tiegħu biex imisshom, Ġesù nkorla għalihom u qalilhom: “Ħalluhom it-tfal jiġu għandi u la żżomuhomx għax ta’ min hu bħalhom hi s-saltna ta’ Alla.” Imbagħad ħaddan iż-żgħar miegħu, qiegħed idejh fuqhom u berikhom (Mk. 10;

Page 36: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 35

13-14, 16) Din kienet il-ħlewwa ta’ Ġesù għat-tfal, imżewqa mal-korla għad-dixxipli li, dak il-ħin, ma riduhx jesprimi l-ħsus tiegħu maċ-ċkejknin.

Ġorġ Borġ, Ġesù Kristu kif narah jien

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 80, silta mit-2 punt

Your obligation to instruct children and to bring them up in the Christian spirit ought to make you very diligent in prayer to obtain from God the graces you need to carry out your work well and to draw down on you the light you need to know how to form Jesus Christ in the hearts of the children entrusted to your guidance and how to give them the spirit of God. Realize that being filled with God as much as you ought to be in the state in which Providence has placed you obliges you to converse frequently with God.

TALBA Meta Ġesù kien mgħammed

fix-xmara tal-Ġordan, poġġa lilu nnifsu qalb midinba oħrajn

li riedu jerġgħu jibdew ħajja ġdida u jgħixu ħajja aħjar.

F’dak il-mument, Missier, Instema’ l-leħen tiegħek jgħid:

dan Ġesù ‘hu l-Iben maħbub tiegħek’ u l-Ispirtu s-Santu ġie fuqu.

Imlina bl-Ispirtu tiegħek, biex nikbru fl-għarfien u l-fidi,

li aħna wkoll uliedek li inti tant tħobb.

Ammen. Bro. Nicholas Hutchinson

Missierna ...

Page 37: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

36 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 18 ta’ Awwissu L-20 Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 38, 4-6.8-10 Wilditni bniedem ġellied, li għandu xi jgħid mal-pajjiż

kollu. 2. Salm 39; 2.3.4.18 Mulej, fittex għinni. 3. Lhud 12, 1-4 B’qalbna qawwija nibqgħu niġru t-triq tal-prova li

għandna quddiemna. 4. Luqa 12, 49-53 Ġejt inġib mhux il-paċi fid-dinja, imma l-firda. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Fil-Vanġelu tal-lum, San Luqa jpoġġilna tliet stqarrijiet qawwija ta’ Ġesù li għandhom tifsira profonda tal-ħajja kollha ta’ Ġesù nnifsu. L-ewwel waħda hi meta qal; “ Nar ġejt inqiegħed fuq l-art!” Dan in-nar hu l-istess Spirtu s-Santu li huwa n-nar li jagħti l-ħajja, id-dawl, is-safa, il-ħeġġa u l-kuraġġ lill-bnedmin. L-Ispirtu s-Santu kien in-nar li mela l-ħajja ta’ Ġesù, ħeġġeġ fih ir-rieda li jaqdi l-missjoni li tah il-Missier u tah l-enerġija u s-saħħa biex iwettaqha sal-aħħar. L-Ispirtu s-Santu għandu jkun ukoll ‘in-nar’ li jħeġġeġ u jagħti l-enerġija lid-dixxipli ta’ Ġesù.

It-tieni stqarrija kienet; “Hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed.” Ġesù kien jaf li fl-aħħar tal-missjoni tiegħu, hu kellu jxerred demmu fuq is-salib biex jifdina. Bl-istess mod dawk id-dixxipli li jridu jagħtu xhieda ta’ Ġesù kien ser ikollhom jiltaqgħu ma’ ħafna reżistenza, oppożizzjoni u tfixkil. Għaldaqstant id-dixxplu ta’ Ġesù għandu jħares ix-xhieda u ma jħallix din ix-xhieda titgħawweġ jew tiddgħajjef.

It-tielet stqarrija kienet: “Taħsbu intom li ġejt biex inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda.” L-Ispirtu ta’ Ġesù ma jħalliniex kwieti, passivi, nikkuntentaw bir-rutina jew nimxu mal-kurrent. Bil-kuntrarju, dan ser iġib il-firda, l-għażla bejn min hu ma’ Ġesù u min hu kontra. Min irid jimxi ma’ Ġesù u min irid jimxi mal-kurrent. Dan ifisser li ta’ kuljum biex turi li inti ma’ Ġesù trid tiġġieled battalja kontra l-kurrenti ta’ madwarna. Ma nistgħux ngħidu ħaġa u nagħmlu oħra, bħalma kienu jagħmlu l-Kittieba u l-Fariżej. Ix-xhieda tad-dixxipli u tal-Komunità Nisranija trid tkun, f’kull żmien, ċara u bla tlaqliq.

Irrifletti fuq il-ħajja tiegħek u ara jekk intix qed tgħix ħajja ta’ kontradizzjoni bil-mod kif qed tgħix il-fidi tiegħek. Lest li tiġġieled kontra tiegħek innifsek u kontra l-kurrent?

Page 38: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 37

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 121, l-1 punt

Saint Helena, mother of Emperor Constantine, had such great zeal for religion and profound respect for the cross on which Jesus Christ was nailed that she traveled to Jerusalem to try to recover this sacred wood. The great faith of this saint did not allow her to grow discouraged in the face of the many difficulties she encountered in the execution of her project. She took so much trouble that at last she found the true cross and arranged to have it displayed for the veneration of the faithful. It is not enough to adore the cross, says one Father of the Church; we must carry it. Nor do we need to go very far looking for it. The cross, says the author of the Imitation, is always ready wherever we are and wherever we might look: above, below, outside, and within. On all sides, the same author says, you will find the cross. Prepare today, then, to love the cross, because you will always have it.

TALBA O Alla,

ftakar fina u sawwar l-istorja tagħna, dawwar il-ħarsa tagħna

biex naraw id-dell tas-salib tiegħek, li fiż-żminijiet mqallba tal-lum,

jagħti l-ħajja. F’ġieħ Kristu sidna li miet għalina lkoll,

Ammen. ‘The Glenstal’ book of daily prayer

Missierna ...

It-Tnejn, 19 ta’ Awwissu San Ġwann Eudes – presbiteru

San Eżekjel Moreno y Diaz - isqof Beatu Bernardu Tolomei - abbati San Ludovik minn Toloża - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mħallfin 2; 11-19 Il-Mulej kien iqajjem l-imħallfin, imma anqas

minnhom ma semgħu. 2. Salm105; 34-37.39-40.43-44 Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu tiegħek. 3. Mattew 19; 16-22 Jekk trid tkun perfett, biegħ il-ġid li għandek, u

jkollok teżor fis-sema.

Page 39: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

38 SIGNUM FIDEI

SAN EŻEKJEL MORENO Y DIAZ - isqof (1848-1906) Twieled f’Alfaro Tarazona, fi Spanja, nhar id-9 t’April 1848. Ta’ 17-il sena għamel

il-professjoni reliġjuża fil-Kongregazzjoni Agostinjana tar-Recolletti. Kien ordnat saċerdot f’Manila, fil-Gżejjer Filippini, fit-3 ta’ Ġunju 1871. Għadda

l-ewwel 15-il sena tas-saċerdozju tiegħu mimlijin tabilħaqq b’appostolat kollu ħeġġa fil-Filippini.

Mill-1888 sa ftit xhur qabel ma miet wettaq kull xorta ta’ attività fil-Kolumbja: irrestawra l-provinċja Agostinjana ta’ Candelaria; beda epoka ġdida missjunarja, kien l-ewwel Vigarju Appostoliku ta’ Casanare u fl-1896 l-ewwel isqof ta’ Pasto.

Ħadem kemm felaħ biex jiddefendi l-interessi ta’ Kristu tal-Knisja. Kien devot kbir tal-Qalb ta’ Ġesù.

Il-qaddis miet fid-19 ta’ Awwissu 1906 fil-kunvent ta’ Monteacuto (Navarra, Spanja) fejn kien għamel il-professjoni reliġjuża tiegħu u li tiegħu hu kien ukoll is-superjur.

Kien iddikjarat beatu mill-Papa Pawlu VI fl-1 ta’ Novembru 1975; iddikjarat qaddis fil-11 ta’ Ottubru 1992 f’Santo Domingo mill-Papa Ġwanni Pawlu II, li ppreżentah lid-dinja bħala eżempju ta’ ragħaj u ta’ missjunarju fil-5 Ċentinarju tal-Evanġelizzazzjoni tal-Amerika.

Riflessjoni: Jeħtieġ l-ewwel li nifhmu ċar x'inhi l-essenza tal-Knisja. Għar-raġuni umana huwa faċli biex nifhmu l-idea ta' Knisja bħala l-komunità ta' dawk li jemmnu. Min jemmen fi Kristu u fl-Evanġelju tiegħu, min jittama fil-wegħdiet tiegħu, jingħaqad miegħu fl-imħabba u joqgħod għall-kmandamenti tiegħu, u jingħaqad neċessarjament f'għaqda ta' ħsieb u mħabba ma' dawk kollha li għandhom l-istess konvinzjoni. Min għex qrib il-Mulej fuq l-art sar is-siġra żgħira li kibret f'komunità kbira Nisranija. Huma xandruha, ħallew b'wirt għaż-żminijiet ta' wara sa żmienna t-teżor tal-fidi li l-Knisja minnha nfisha ġġorr.

Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.97; silta mill-1 punt When Saint Anthony heard the following words of the holy Gospel read in church, If you wish to be perfect, go; sell all you have, and give it to the poor, he immediately began to carry out this invitation as though it had been addressed to him personally, convinced that this was what God was asking of him. Let us admire this saint’s fidelity to the first suggestion of grace and his promptness in following the inspiration God gave him. Are we as faithful to God’s inspirations as Saint Anthony was? Are we as quick to do what grace asks of us? We made a profession, just as he did, to renounce everything when we left the world, but have we earnestly given up everything? Are we no longer attached to anything?

Page 40: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 39

TALBA Alla tiegħi,

inti għidt, li jekk jien nemmen fik iktar milli narak, jien inkun aktar imbierek.

Għinni nemmen daqslikieku qed nara; agħmel li tkun dejjem quddiemi

daqslikieku kont preżenti f’sura ta’ ġisem uman.

Agħmel li dejjem inkun f’għaqda miegħek, inti li tinsab moħbi, imma Alla ħaj. Ammen.

Kardinal John H.Newman

Missierna ...

It-Tlieta, 20 ta’ Awwissu San Bernard - abbati u duttur tal-knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mħallfin 6; 11-24a Gidgħon jeħles lil Iżrael. Mhux jien bgħattek? 2. Salm 84; 9.11-12.13-14 Il-Mulej is-sliem ixandar, għall-poplu u l-ħbieb tiegħu. 3. Mattew 19, 23-30 Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed

għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet. SAN BERNARD TA’ CLAIRVAUX (1090-1153) Twieled fi Franza, qrib il-belt ta’ Dijon fl-1090. Ta’ 22 sena, daħal flimkien ma’

30 żagħżugħ ieħor maċ-Ċisterċensi fil-kunvent ta’ Citeaux (bil-Latin Cistercium, u għalhekk Ċisterċensi), 15-il sena biss wara l-bidu ta’ dan l-ordni, li filfatt huwa riforma Benedittina, imwaqqfa minn San Robertu ta’ Molesmes.

Wara tliet snin, fl-1115, bagħtuh fil-monasteru ta’ Clairvaux, fejn laħaq abbati. Il-qaddis tant kabbar l-ordni li jista’ jissejjaħ it-tieni fundatur tagħha.

Waqqaf difatti, mhux inqas minn 68 monasteru, ipprietka l-Kruċjata, iddefenda bil-kitba u bil-predikazzjoni l-verità Kattolika kontra l-ereżiji u kien devot kbir tal-Madonna.

Kellu, fi Clairvaux, mhux inqas minn 700 patri, u mill-kunvent ħareġ Papa, il-Beatu Ewġenju III, bosta kardinali u isfqijiet, u mal-mewt ta’ San Bernard fl-1153, iċ-Ċisterċensi kellhom 339 kunvent. Dixxiplu ġenwin ta’ San Stiefnu Harding, kien is-surmast ta’ Pietro Peganelli, li minn Kanonku tal-Katidral ta’ Pisa daħal Ċisterċens bl-isem ta’ Bernard, abbati tat-Tre Fontane, u spiċċa Papa bl-isem ta’ Ewġenju III. Kien jagħti l-pariri lill-Papiet, isqfijiet, slaten u nies importanti oħra.

Page 41: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

40 SIGNUM FIDEI

Ħalla kitba ta’ għerf u qdusija. Miet ta’ 63 sena fl-20 t’Awwissu 1153, fl-Abbazija ta’ Clairvaux, assistit mill-patrijiet tiegħu, bħalma kien hu li fit-2 ta’ Novembru,1148, assista lil San Malakija, arċisqof ta’ Armagh fl-Irlanda. San Bernard ġie kkanonizzat mill-Papa Alessandru III fl-1174, u ddikjarat Duttur tal-Knisja, “Doctor Mellifluus” (id-duttur tal-għasel) mill-Papa Piju VIII, fl-1830.

Fil-Katidral ta’ Troyes, fi Franza, insibu fit-teżor, ir-relikwa insinji ta’ rasu, kif ukoll xi relikwi ta’ ħabibu, San Malakija. Ta’ min isemmi wkoll li ħutu Vitus (Guy), Ġerardu, Nivard u Umbelina huma wkoll beati.

Riflessjoni: “Henjin”, hu (Ġesù) jgħid, “dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejjħu wlied Alla."(Mt 5: 9). Ikkunsidra bir-reqqa li mhux il-persuni li jitolbu għall-paċi imma dawk li jaħdmu għall-paċi huma mfaħħra. Għaliex hemm dawk li jitkellmu imma ma jagħmlu xejn (Mt 23: 3). Għaliex mhux dawk li jisimgħu l-Liġi huma ġġustifikati; imma dawk li jħarsuha jkunu ġġustifikati quddiem Alla (Rom 2:13), għalhekk mhux dawk li jippriedkaw il-paċi imma awturi tal-paċi li huma mbierka."

San Bernard ta’ Clairvaux

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 158, it-2 punt

This saint (Saint Bernard) attained such great chastity and reached such a high degree of modesty and self-control by means of a complete mortification of his senses that after spending a year in the monastery of Citeaux, he did not know whether the dormitory ceiling was made of stone or of wood. Likewise, after walking along the shore of a lake all day long, he had not seen it. He was so mortified with regard to drink that he once drank oil, believing that he was drinking water, and he had accustomed himself to fasting and taking so little food that eating, as he says, had become a torture for him. That is how this saint learned to die to himself and to become a perfect religious, appearing no longer to have any use of his senses. When will you be entirely detached from the pleasure you find in using your senses? Detachment requires you to watch closely in order to be mortified in some way on every occasion. Be faithful to this practice.

TALBA Għalhekk nirringrazzjawk Mulej, talli għamiltna nies ta’ kwalità.

Nitolbuk li aħna wkoll nużaw ir-rigali tagħna sewwa u ma nżommuhomx ġodda, imgeżwrin fil-karti,

għaliex rigal ikun qiegħed hemm għalxejn, jekk ma jitgawdiex minn kulħadd.

Nirringrazzjawk li aħna nies ta’ kwalità li għamlu jdejk.

Tkun imbierek għal dejjem! Ammen.

Br. Nicholous Hutchinson

Missierna ...

Page 42: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 41

Nitolbu għal Bro. Charles Gatt (1992) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

L-Erbgħa, 21 ta’ Awwissu San Piju X - Papa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mħallfin 9: 6-15 Għedtu: Ħa jkollna re jsaltan fuqna. Iżda l-Mulej, Alla tagħkom, hu s-sultan tagħkom. 2. Salm 20: 2-7 Mulej, bil-qawwa tiegħek jifraħ is-sultan! 3. Mattew 20: 1-16a Qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba? SAN PIJU X – Papa (1835-1914) Ġużeppi Melchiore Sarto twieled f’Riese, fid-djoċesi ta’ Treviso, f’Venezja, l-

Italja, fit-2 ta’ Ġunju 1835, f’familja fqira ħafna. Kien it-tieni wieħed fost għaxar ulied.

Daħal is-Seminarju ta’ Padova u ordna saċerdot fl-1858, fl-età ta’ 23 sena. Hu għadda l-ewwel sbatax-il sena tas-saċerdozju tiegħu f’ħidma pastorali.

Fl-1875 ħatruh kanonku tal-Katidral ta’ Treviso u fl-1884 sar isqof ta’ Mantova. Fl-1893, il-Papa Ljun XIII, ħatru kardinal u patrijarka ta’ Venezja. Fl-4 t’Awwissu 1903, il-Kardinal Sarto kien elett Papa u ħa l-isem ta’ Piju X. Ix-xewqa kbira tiegħu kienet li “jġedded kollox fi Kristu”.

Waħda mill-ewwel affarijiet li amar kienet li l-ebda setgħa ċivili m’għandha tindaħal fl-elezzjoni tal-Papa u neħħa l-veto li kellhom xi pajjiżi; iddefenda s-separazzjoni tal-Knisja mill-Istat, u dwar dan żamm sod speċjalment kontra l-Gvern ta’ Franza; ħadem ħafna biex ineħħi l-moderniżmu mill-Knisja; inkuraġġixxa l-qari ta’ kuljum tal-Bibbja u t-tqarbin spiss u jekk jista’ jkun kuljum, speċjalment mit-tfal; irriforma l-mużika sagra, il-Liturġija, il-Brevjarju Ruman, u beda l-kodifikazzjoni tal-Liġi Kanonika; irriforma l-kongregazzjonijiet u l-qrati Rumani; fetaħ l-Istitut Bibliku; ta attenzjoni speċjali lill-istampa Kattolika u lill-Azzjoni Kattolika; u ħadem ħafna għall-paċi meta d-dinja kienet f’xifer ta’ gwerra. L-Ewwel Gwerra Dinjija bdiet fl-4 t’Awwissu 1914 u l-Papa miet fl-20 t’Awwissu 1914.

Il-Papa Piju XII ikkanonizzah fl-1954. Kien l-ewwel Papa li ġie ddikjarat qaddis mill-1672, mill-kanonizzazzjoni ta’ San Piju V.

Page 43: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

42 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tielet Ktieb, Kap 9 Mela jekk tara xi tjieba fik, xi virtu, la tgħidx li hi ġejja minnek jew minn xi bniedem ieħor, imma mn’Alla, li mingħajru l-bniedem ebda ġid ma għandu. Jien hu li tajtek kulma għandek u li nixtieqlek li jkollok kollox, u jien għajjur u rridek tkun tafhuli f’qalbek dal-ġid. Smajthiex, fhimthiex dil-verita sabiħa, li għandha tbegħidlek il-frugħa minn qalbek? Jekk fiha tilħaq tidħol il-grazzja tas-smewwiet u l-vera karita, u la tgħammar fiha l-għira u la n-niket, anqas l-imħabba tiegħek innifsek; għax l-imħabba t’Alla tirbaħ kollox u iżid fis-saħħa tar-ruħ. Jekk taf tmexxi sewwa l-ħsibijiet tiegħek, fija biss tkun tithenna, fija biss tkun tittama; għax xejn ma hu tajjeb ħlief alla, li lilu jistħoqq f’kollox u fuq kollox it-tifħir u l-barka. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: The Requirements of Obedience

Obedience must, of necessity, include nine requirements. First, it must be Christian and religious; second, it must be universal; third, it must be indifferent; fourth, it must be exact and entire; fifth, it must be prompt; sixth, it must be blind; seventh, it must be simple; eighth, it must be humble and respectful; ninth, it must be cordial and affectionate. The first requirement refers to the motive that ought to prompt us to obey; the following three refer chiefly to the person whom we obey; the fifth states the exact time in which we are to obey; the last four express the manner in which we are to obey.

Collection of Various Short Treatises

TALBA

Glorjuż Papa tal-Ewkaristija, San Piju X, int fittixt ‘li żżomm kollox fi Kristu’. Aqlagħli l-imħabba vera ta’ Ġesù,

biex jien inkun nista’ ngħix fih. Għinni nakkwista dak il-fervur ħaj u rieda sinċiera

biex naħdem għall-qdusija ta’ ħajti, u li nżomm lili nnifsi dejjem dispost

għall-ġid tas-sagrifiċċju u s-sagrament tal-ewkaristija. Bl-imħabba tiegħek lejn Marija,

l-omm u reġina tagħna, ħeġġiġli qalbi b’dik id-devozzjoni ħanina lejha.

Ammen. San Piju X, itlob għalina.

Missierna ...

Page 44: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 43

Il-Ħamis, 22 ta’ Awwissu Il-Verġni Mqaddsa Marija Reġina

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mħalfin 11: 29-39a Min joħroġ jilqagħni l-ewwel minn bieb dari, ikun tal-

Mulej u noffrihulu b’sagrifiċċju. 2. Salm 39 : 5,7,8a.8b-9.10 Hawn jien, ġej biex nagħmel ir-rieda tiegħek. 3. Mattew 22: 1-14 Sejħu għall-festa lil kull min issibu. IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA REĠINA Wara l-festa tat-Tlugħ tal-Verġni Mqaddsa Marija fis-Sema, fil-15 ta’ Awwissu,

huwa xieraq li jiġi wkoll iċċelebrat il-post tagħha fost l-anġli u l-qaddisin bħala r-reġina tas-sema u tal-art.

Fil-11 ta’ Ottubru 1954, il-Papa Piju XII, bl-enċiklika tiegħu “Ad Coeli Regina”, waqqaf il-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija Reġina, u ddikjara li għandha tiġi ċċelebrata mal-Knisja kollha, fil-31 ta’ Mejju, ta’ kull sena.

Il-festa twaqqfet b’tifkira tas-Sena Marjana li l-istess Papa kien nieda bl-enċiklika “Fulgens Corona”, fl-okkażjoni ta’ għeluq iċ-ċentinarju tad-definizzjoni tad-domma tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija.

Wara l-Konċilju Vatikan II, il-festa ġiet trasferita għat-22 ta’ Awwissu, nhar l-ottava tat-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-Sema, biex hekk tkun tidher aħjar ir-rabta bejn ir-regalità tal-Verġni Marija u t-tlugħ tagħha fis-sema.

Sa mill-ewwel sekli tal-Knisja, l-Insara emmnu li l-Verġni Mqaddsa hija reġina. Hi ġabet fid-dinja iben li sa mill-mument tat-tnissil tiegħu, minħabba l-għaqda ipostatika tan-natura umana ma’ dik divina, ukoll bħala bniedem, kien sultan u Mulej ta’ kollox. Għalhekk kien tassew xieraq li l-Knisja twaqqaf din il-festa biex tqim lill-Verġni Marija bit-titolu ta’ ‘Reġina’.

Riflessjoni: Miż-żminijiet l-aktar bikrija tal-Knisja Kattolika, il-poplu Nisrani, kemm fiż-żmien ta’ rebħa u aktar u aktar fiż-żminijiet ta’ kriżi, poġġa talb ta’ suppliki u innijiet ta’ tifħir u venerazzjoni lir-Reġina tas-Sema. U dik it-tama li qiegħdu f’dik l-omm tar-Re Divin, Ġesù Kristu, qatt ma naqset; lanqas qatt falliet dik il-fidi f’Marija, il-Verġni Omm Alla, li ssaltan bħala l-omm waħdanija fuq id-dinja kollha, hekk kif hi inkurunata fil-barka tas-smewwiet, bil-glorja ta’ reġina. “Ad Coeli Regina”, Papa Piju XII Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 164, silta mit-2 punt

The road you must follow through this life being so dangerous, you need a guide to walk safely. You cannot have a better guide than the Most Blessed Virgin, because she is most pure within and without, because the saints call her the treasurer of the

Page 45: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

44 SIGNUM FIDEI

graces that God has given to her to share them with you, and because she knows all the paths and means to keep you safe amid the dangers you will encounter. This is why it is most advantageous to allow yourselves to be guided by her, because, says Saint Bernard, when we follow her, we cannot go astray; when we think of her, we cannot wander from the right path; when we pray to her, we can never despair of reaching the place where we intend to go; when she helps and upholds us, we cannot fall; when she protects us, we can fear nothing, and when she guides us, we cannot grow weary.

TALBA: Regina Coeli Sultana tas-Sema, ifraħ: Hallelujah.

Għaliex dak li stħaqqlek tkun omm: Hallelujah. Qam minn bejn l-imwiet kif kien qal: Hallelujah.

Itlob ’l Alla għalina: Hallelujah. Ifraħ u thenna, Verġni Marija: Hallelujah.

Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: Hallelujah. Nitolbu: O Alla,

bil-qawmien mill-imwiet ta’ ibnek Ġesù Kristu Sidna, għoġbok tferraħ id-dinja;

agħtina nitolbuk, li b’Ommu l-Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem,

bi Kristu Sidna, Ammen. Missierna ...

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Awwissu Santa Roża minn Lima - verġni San Bernard ta’ Offida - reliġjuż

Sant’Awsterju u ħutu San Klawdju u San Neon - aħwa martri, flimkien ma' Santa Donnina u Santa Teonilla

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Rut 1: 3-6,14b-16,22 Nagħomi, u Rut il-Mowabija waslu Betlehem. 2. Salm 145 : 5-9abċ,10 Faħħar, ruħ tiegħi, ’il-Mulej. 3. Mattew 22: 34-40 Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.

Page 46: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 45

Sant’Awsterju u ħutu San Klawdju u San Neon - aħwa martri, flimkien ma' Santa Donnina u Santa Teonilla († 360) Waqt li Kostantinu, wara l-mewt ta' missieru Kostanzu fil-belt ta' York, l-Ingilterra

(25 ta' Lulju, 306), kien daħal fil-pussess tal-artijiet ta' missieru u kien ġa ħareġ ordni favur l-insara, il-persekuzzjoni tagħhom kienet qiegħda tiħrax fil-Lvant, fl-artijiet tal-Maċedonja.

Iċ-Ċiliċja kienet taħtu. Hawn, fil-belt ta' Eġea, it-tliet aħwa ġew mixlijin bħala nsara minn ħatnu (mart missierhom) quddiem il-maġistrat tal-belt bil-ħsieb li tiret ġidhom.

Żewġ nisa nsara ġew ukoll mitfugħin il-ħabs. Huwa u għaddej mill-belt, Lisja, il-Prokuratur taċ-Ċiliċja, sejħilhom quddiemu.

Wara li pprova jġegħelhom iċedu b'ħafna żegħil u wegħdiet, u li huma, wieħed wara l-ieħor baqgħu jistqarru bil-qlubija kollha l-fidi, u wara li kellhom isofru bosta għamliet ta' torturi ħorox, fl-aħħar Lisja ordna li "t-tliet aħwa jeħduhom barra mill-belt taħt l-għassa ta' Ewtalju l-kalzrier u ta' Arkelaw il-bojja, biex hemm jiġu msallbin sabiex l-għasafar tal-arja jiklulhom ġisimhom.

Wara dan, ġabu ż-żewġ nisa quddiem Lisju. Meta Donnina ma riditx tissagrifika, Lisja ordna li jneżżgħuha u jagħtuha bil-frosta fuq ġisimha kollu. "Donnina mejta", qallu l-bojja. Kellha qalbha hekk delikata li malli semgħet is-sentenza, mietet bil-mistħija. "Itfgħu l-katavru fix-xmara", ordna Lisja, "u ġibuli ’l-oħra". Teonilla kellha ssofri swat u torturi oħra, sakemm fl-aħħar qaxxrulha rasha, biċċruha, poġġewlha ġamar jaħraq fuq l-istonku tagħha u ħallewha tmut bil-mod.

Meta mietet, poġġew ġisimha ġo xkora u għarrquh ġol-ilma biex l-insara ma jkunux jistgħu jsibu r-relikwji.

Riflessjoni: L-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-3 ktieb, kap. 5 Ġrazzja kbira hija l-imħabba, ġid kbir fuq kull ġid ieħor, għaliex it-toqol m’hu xejn għaliha, u tieħu kollox bil-ferħ xorta waħda. Hi tarfa’t-toqol bħallikieku m’hix mgħobbija, u kull imrar għaliha bnin u tajjeb. Kemm hija sabiħa l-imħabba lejn Ġesù! Hi ġġagħal lill-bniedem jagħmel ħwejjeġ kbar li dejjem iżjed jitjieb. Hi tfittex li dejjem titgħolla ‘l fuq, u l-ħwejjeġ tad-dinja ma jżommuhiex marbuta m’hawn isfel. Trid li tkun maħlula u mingħajr ebda ġibda lejn id-dinja, biex ġewwa qalbna d-dawl ma jiġix mikfus, u biex ma ssibx ruħha mfixkla fil-ġid, jew imnikkta fil-hemm. La fis-sema u lanqas fl-art ma hemm ħaġa li fiha ħlewwa, qawwa, għoli, kobor, hena, milja u ġid aktar mill-imħabba: għaliex l-imħabba hija ġejja minn Alla, u l-mistrieħ tagħha ma tistax issibu ħlief f’ Alla u mhux fil-ħwejjeġ maħluqa.

Page 47: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

46 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, it-3 punt

If you wish Jesus Christ to fight within you the enemies who want to keep him from reigning there, he must be able to raise an army of virtues that will equip your soul and enable him to be the complete master of your heart. You also need to fight valiantly under his standard, making use of the weapons he places in your hands. You must, says Saint Paul, be girded with the belt of truth and put on the breastplate of justice, that is, a love for the duties of your state. You must take up the shield of faith, with which you will be able to extinguish all the fiery darts of the devil. Hope of salvation must serve as your helmet and the word of God as your sword. By such weapons, declares the same Saint Paul, the peace of Jesus Christ will truly reign in your hearts.

TALBA

Alla Missierna, nirringrazzjak talli ħafna persuni użaw it-talenti tagħhom sewwa

u għinuni u għallmuni, u ġabuli l-ferħ u l-hena f’ħajti.

Jalla, jien ukoll ngħix b’tali mod li nġib barka lill-oħrajn

bl-attitudni u bl-azzjonijiet tiegħi, u bil-preżenza tiegħi magħhom.

Ibqa’ miegħi u mexxini sa dak l-aħħar jum,

meta jien ukoll, inkun nista’ ngħid “Qiegħed nara s-smewwiet kollha quddiemi

u lill-kbir Alla nnifsu.” Ammen.

Br. Nicholous Hutchinson

Missierna ...

Page 48: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 47

Is-Sibt, 24 ta’ Awwissu San Bartilmew – appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 21: 9b-14 Fil-pedamenti hemm it-tnax-il isem tat-tnax-il Appostlu tal-Ħaruf. 2. Salm 144: 10-13,17,18 Ħbiebek ixandru l-ġmiel ta’ saltnatek. 3. Ġwanni 1: 45-51 Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih. SAN BARTILMEW – appostlu (l-1 seklu) San Bartilmew, wieħed mit-tnax-il appostli, twieled f'Kana tal-Galilija, u

probabilment hu l-istess persuna bl-isem ta' Natanael, li Filippu kien ħajru biex imur miegħu jara lil Ġesù ta' Nazzaret. Natanael kien qallu: "Tista' toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazzaret?" (ara Ġwanni 1: 45-51)

Ġesù sejjaħlu, "Israeli tabilħaqq, li ma għandux qerq". San Ġwann fil-Vanġelu tiegħu ma jsemmih qatt bl-isem ta' Bartilmew, imma

dejjem bħala Natanael, filwaqt li t-tliet Evanġelisti l-oħra jsibuh dejjem bl-isem ta' Bartilmew.

Bħal uħud mill-appostli l-oħra, ftit nafu dwar l-attività tiegħu wara l-Pentekoste. Skont xi wħud, hu mar jipprietka l-Vanġelu fl-Indja u wara mar l-Armenja fejn sofra l-martirju.

Uħud jgħidu li miet bi qtugħ ir-ras, waqt li oħrajn jgħidu li qaxxrulu l-ġilda tiegħu u sallbuh rasu ’l isfel bħalma jirrapreżentah Michelangelo fl-Aħħar Ġudizzju fil-Kappella Sistina.

F’Malta għandna l-parroċċa tal-Għargħur iddedikata għal dan il-qaddis. Riflessjoni: “Bħal Kristu nnifsu, l-appostli bla heda kienu mitfugħin jagħtu xhieda tal-verità t’Alla. Huma wrew qawwa speċjali li jitkellmu ‘l-kelma ta’ Alla bil-kuraġġ kollu’ (Atti 4: 31) quddiem il-popli u l-ħakkiema tagħhom. B’fidi soda stqarru li l-Vanġelu hu tassew il-qawwa t’Alla għas-salvazzjoni ta’ dawk li jemmnu ... Huma mxew fuq l-eżempju tal-ħniena u r-rispett ta’ Kristu.” Addattat minn ‘Declaration on Religious Freedom, 11’ Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.159, it-2 punt

When the holy Apostles spread throughout the whole world in order to announce the holy Gospel to all the peoples of the earth, this saint was assigned to go to preach the Gospel in Armenia and in the Indies, where he did very considerable good. He persuaded the king, the queen, and the whole royal family, along with twelve entire cities in this kingdom, to make a public profession of the faith and the law of Jesus Christ. This won for him the esteem and the veneration of all these people, who always

Page 49: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

48 SIGNUM FIDEI

regarded him as an extraordinary man whom God had sent to withdraw them from their blindness and ignorance and to procure their salvation. This is what the saint did through the preaching of the word of God and by frequent and diligent prayer, which he offered to urge God to touch their hearts. Because this saint knew that he could not succeed in apostolic work without the special help of God, he applied himself very faithfully to prayer, so that God would give to all these people confided to him the grace to be docile to the word of Jesus Christ. You have the advantage of sharing in the duties of the Apostles by teaching catechism daily to the children under your guidance and by instructing them in the maxims of the holy Gospel. You will not do them much good, however, if you do not possess in full measure the spirit of prayer, which gives a holy fervor to your words and makes them able to penetrate very effectively the depths of the hearts of your students.

TALBA Mulej,

int id-dawl tiegħi, int il-għaxqa tiegħi,

int benefattur kbir tiegħi, int il-mexxej tiegħi, warajk irrid nimxi

sakemm niltaqa’ miegħek wiċċimbwiċċ għal dejjem

fil-ġenna. Ammen.

Ronnie Gauci

Missierna ...

Page 50: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 49

Il-Ħadd, 25 ta’ Awwissu Il-21 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 66: 18-21 Iġibu lil ħutkom kollha minn kull ġens. 2. Salm 116 : 1,2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju. 3. Lhud 12: 5-7,11-13 Il-Mulej iwiddeb lil min iħobb. 4. Luqa 13: 22-30 Jiġu nies mil-Lvant u mill-Punent, u joqogħdu għall- mejda fis-Saltna ta’ Alla.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

“Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” Din kienet il-mistoqsija li kienet fuq fomm il-Kittieba u l-Fariżej għax dawn kienu jemmnu li biex issalva l-ewwel nett trid tkun Lhudi u t-tieni trid tosserva l-liġi ta’ Alla, dik il-liġi li Alla kien ta lill-poplu Lhudi. Iżda għal Ġesù dawn kienu l-kundizzjonijiet biex wieħed isalva? Kuntrarju ta’ dan it-twemmin, għal Ġesù, Alla “jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-verità” (1 Timotju 2; 4). Għal Alla, is-salvazzjoni ma tiddependix mir-razza u r-reliġjon.

Dawn l-argumenti għadna nisimgħuhom sal-lum speċjalment minn ċerti setet li jaħsbu li hemm xi numru determinat ta’ bnedmin minn qabel li ser isalvaw. Għalhekk Ġesù jwieġeb hekk: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx.”

Allura nistaqsu : X’inhu l-bieb id-dejjaq? Dan il-bieb huwa Ġesù stess, jiġifieri l-ħajja tiegħu ta’ impenn sħiħ għall-bini tas-Saltna ta’ Alla. Għalhekk mhux biżżejjed li wieħed josserva l-liġi, it-tradizzjonijiet, ir-riti u t-talb; dawn ma jkunu jiswew xejn jekk ma jissarfux f’għemejjel tas-sewwa. Ġesù wriena dawn l-għemejjel meta stqarr fis-Sinagoga ta’ Nazzaret fil-bidu tal-missjoni tiegħu: “bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl il-ġdid lill-għomja, irrodd ħelsien lill-maħqurin u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej” (Luqa 4; 18-19) Dan kien il-programm ta’ Ġesù li ġabru fit-talba tal-Missierna bħala programm ta’ ħajja u mpenn għall-insara li jridu jidħlu “mill-bieb id-dejjaq”.

Fl-aħħar nett Ġesù jkompli jgħid li mhux kull minn jaħseb li hu qrib il-Mulej jista’ jsalva; jista’ jkun ukoll li nies li qatt ma semgħu bih jew kienu membri tal-Knisja, jkollhom ix-xorti li “jitqiegħdu għall-mejda fis-Saltna ta’ Alla.” Huwa l-għemil tas-sewwa biss li jista’ jsalvana.

Għalhekk nistaqsu: o Qed ngħixu l-fidi tagħna bl-iskossi? o X’inhu l-impenn tagħna ta’ kuljum biex nagħmlu s-sewwa, fid-dar, waqt ix-

xogħol, l-iskola, fit-triq jew mal-ħbieb?

Page 51: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

50 SIGNUM FIDEI

o Kif qed tgħix ta’ nisrani l-lum? Tħaddan it-tagħlim kollu jew tagħmel dak li jogħġob lilek biss?

Ftakar fi kliem Ġesù “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom”. (Luqa 6: 36)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 71, silta mill-1 punt

… people do not find it easy to go to God, for lack either of light or of help from those who guide them. Sometimes this type of trial also lasts a long time. God leaves souls in this situation to make them experience the fact that they can do nothing without him. They cannot take the steps needed to approach him unless they are helped by his grace, but, on the contrary, they can do everything when God strengthens them. They must, then, patiently wait until Jesus passes by, bringing a remedy for their ills. Because he has won for us the grace of redemption, he knows how to strengthen our soul and to give back the movement it has lost. We must make sure only that we are faithful to be carried to Jesus Christ when he passes by… In maladies of this sort, ordinarily, Jesus alone can bring a cure; all we can do is to watch over ourselves to avoid doing evil. Also we must pray much and be satisfied to implore God with David: My God, create a clean heart within me; renew your Spirit in me to lead me straight to you.

TALBA Mulej Ġesù,

iftaħli għajnejja biex inkun nista’ nagħrfek

waqt li tkun qed timxi maġenbi, takkumpanjani fil-ħajja

matul il-mixja tiegħi ta’ kuljum. Ammen.

Bro. Nicholas Hutchinson

Missierna ...

It-Tnejn, 26 ta’ Awwissu Beatu Ġakbu Retomet – presbiteru u martri

Santa Tereża ta’ Ġesù fin-nifda tal-Qalb San Liberal u San Bonifazju

Beatu Żeferinu – Papa u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Page 52: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 51

Qari: 1.Tessalonikin 1: 1-5,8b-10 Dortu lejn Alla u tlaqtu l-idoli biex taqdu lil Ibnu, li hu

qajjem mill-imwiet. 2. Salm 149: 1-6a u 9b Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu. 3. Mattew 23: 13-22 Ħazin għalikom, mexxejja għomja! SAN ŻEFERINU – Papa u martri (†217) Huwa wieħed mill-ewwel papiet tal-Knisja, difatti huwa mexxa l-Knisja fis-snin

198-217. Minkejja li kellu pontifikat twil (19-il sena) ftit li xejn nafu dwar il-ħajja tiegħu.

Hu kien ġej minn familja umli Rumana. Intagħżel Papa wara San Vitor I, fil-198. Kellu bħala djaknu tiegħu lil Kallistu li

kien ta’ għajnuna kbira għalih fl-affarijiet tal-Knisja; u li laħaq warajh bħala Papa. Fiż-żmien li kien Papa, il-Knisja kienet għal xi żmien imħabbta bil-persekuzzjoni

ta’ Settimu Severu, imma l-akbar taħbit kien ġej minn ġewwa ħdanha mqanqal mill-kontroversja ħajja li nqalgħet dwar it-tagħlim fuq it-Trinità Qaddisa.

Kien hemm żmien meta qassis għaref, jismu Ippolitu, akkuża lill-Papa u lid-djaknu tiegħu li kienu injuranti u li kienu qed iċedu lill-eretiċi. Iżda b’danakollu Żeferinu, bla ma qagħad jidħol fl-arena tad-disputi djalettiċi, insista fuq it-tagħlim tradizzjonali li l-Knisja kienet wirtet mill-appostli; il-pontefiċi ruman baqa’ l-gwardjan tat-tagħlim safi nisrani.

Għalkemm il-Martiroloġju Ruman iniżżlu bħala martri, hemm dubju mietx maqtul. Żeferinu hu l-ewwel Papa li nafu l-post tad-difna tiegħu. Qiegħed fiċ-ċimiterju ta’ San Kallistu.

Riflessjoni Poġġi lilek innifsek f’dejn Alla; hu interessat aktar fil-ġid spiritwali tiegħek aktar minnek - iħobbok tant aktar milli int tħobb lilek innifsek... Fiduċja sħiħa f’Alla hija l-aktar ħaġa profonda tal-ħajja. L-imħabba bla qies t’Alla mitfuha fuq kull wieħed minna... daqslikieku kull wieħed minna kien id-djamant ta’ valur kbir. Bies jeħodna kull wieħed minna għalih, Kristu biegħ kull ma kellu fuq is-salib u qam mill-mewt biex jassigura li kollox sew.

Christopher Butler OSB

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Explanation of the Method of Interior Prayer

This way of placing ourselves in God’s presence by considering Jesus Christ in our midst can produce three distinct benefits.

The first is that all our actions will be referred to Jesus Christ and will tend toward him as toward their center.

They will draw all their efficacy from him, just as the branches of a vine draw the sap from the vine. ( John 15:5 )

Thus, there is a continual movement of our actions to Jesus Christ and from Jesus Christ to us, for he gives spirit and life to what we do. ( Gal 5:25 )

Page 53: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

52 SIGNUM FIDEI

TALBA

‘Mulej Ġesù, ħares b’ħarsa ħanina

lejn dawk li baqgħu warajk, ’l bogħod ġo xi qabar

li ħadd ma jaf bih. Iltaqa’ magħna

bħalma għamilt maż-żewġ dixxipli ta’ Emmaws.

Imxi maġenbna u spjegalna l-Iskrittura

bħalma għamilt magħhom; rewwaħ il-fjamma tal-ġamar

tal-fidi rieqda ġo fina, u agħmel li qalbna terġa’ taqbad fina.

Ejja u idħol fid-djar tagħna u poġġi bilqiegħda magħna

ħalli nieklu xi ħaġa flimkien.

Mulej Ġesù, ħu f’idejk il-ħobż

mill-faqar li għandna. Bierku u mlieh bil-preżenza

tiegħek ta’ “Rxoxt”, imbagħad aqsmu u iftħilna

l-għama ta’ għajnejna ħalli nagħarfuk,

ħa mmorru nxandru li Int irxoxtajt.’

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 54: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 53

It-Tlieta, 27 ta’ Awwissu Santa Monika - armla

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.1 Tessalonikin 2: 1-8 Ridna naqsmu magħkom mhux biss l-Evanġelju ta’ Alla

imma wkoll ħajjitna stess. 2. Salm 138: 1-3.4-6 Mulej, int tagħrbilni u tagħrafni. 3. Mattew 23: 23-26 Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu ’l-oħrajn barra.

Mill-Istorja ta’ l-Istitut 1903: Jasslu f’Malta tlett Brothers biex jiftħu skola. Dar kbira fi Strada Bonġorno, f’Bormla bdiet tintuża bħala skola li fetħet għall-ewwel darba fit-3 ta’ Novembru ta’ l-istess sena.

SANTA MONIKA (333- 387) Santa Monika hija mudell ta’ omm nisranija, ta’ mara miżżewġa u ta’ armla.

Binha Santu Wistin, jagħtina tagħrif mill-isbaħ fuqha fid-9 ktieb tal- konfessjonijiet tiegħu.

Hija twieldet f’familja nisranija f’Tagaste, fl-Afrika ta’ Fuq lejn is-sena 331. Żewġuha lil Patrizju, bniedem pagan ta’ ħajja laxka u li jitlagħlu malajr, imma li bil-ħlewwa u s-sabar tagħha Monika rnexxilha ddawru kif ukoll lil ommu għall-fidi nisranija fit-370.

Patrizju rċieva l-Magħmudija ftit qabel ma miet. Hi kellha tliet ulied: Augustinus Aurelius (S. Wistin), Naviġju u Perpetwa. Monika romlot fit-371 (ta’ madwar 40 sena) u għal ħafna snin talbet għall-

konverżjoni ta’ binha Wistin, li minn meta ta’ 17-il sena mar jistudja Kartaġni, beda jgħix ħajja vizzjuża, ingħaqad mal-Manikej, u anki kien jgħix ma’ mara li minnha kellu tarbija.

Darba hija talbet lill-isqof biex ikellmu iżda l-isqof induna li Wistin kien għadu mhux imħejji biex jisma’. Monika kompliet tinsisti u nfexxet tibki u l-isqof qalilha: “Ma jistax ikun li iben ta’ tant dmugħ jintilef.” Hija kompliet titlob għall-konverżjoni tiegħu.

F’Kartaġni meta Monika kienet qed titlob f’kappella, Wistin żġiċċa u baħħar lejn Ruma (383). Hija marret warajh sa Milan fejn sabet lil S. Ambroġ bħal anġlu t’Alla mibgħut biex jgħin lil binha.

Fit-386 hija kellha l-faraġ li tara lil binha Wistin iħaddan ir-reliġjon nisranija u f’Sibt il-Għid tat-387 jirċievi l-Magħmudija u jiddisprezza l-hena tad-dinja. Sakemm Wistin kien qed jitħejja għall-Magħmudija, Monika kienet tgħix ma’ binha Wistin u ibnu Adeodatu u sħabu f’Cassiciacum.

Page 55: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

54 SIGNUM FIDEI

Hija mietet f’Ostia fejn flimkien ma’ Wistin kienet qed tistenna ġifen biex tmur lura fl-Afrika. Qabel mietet hija talbet lil Wistin biex jiftakar fiha fuq l-altar tal-Mulej kull fejn ikun.

Sal-1969 il-festa tagħha kienet issir fl-4 ta’ Mejju, lejlet il-festa tal-konverżjoni ta’ S. Wistin; fir-riforma tal-Kalendarju Universali t-tifkira tagħha bdiet issir lejlet il-festa ta’ binha Santu Wistin.

Monika hija l-patruna tan-nisa miżżewġa u mudell għall-ommijiet insara.

Riflessjoni: tajjeb nirriflettu fuq din l-istojra: Kiteb Santu Wistin wara l-mewt ta’ ommu: “Int taf Mulej x’omm jien tlift fiha. Ebda omm oħra ma qatt bkiet fuq qabar binha waħdieni, daqs kemm hi bkiet fuq il-qabar ta’ ruħi. Nista’ nkun hekk ingrat li ninsa omm bħal din? Le, ommi l-għażiża, jiena niftakar dejjem fl-imħabba tiegħek kollha ħeġġa għalija. Niftakar fl-inkwiet tiegħek fuqi u fis-sufferenzi ta’ qalbek minħabba fija.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 122, l-1 punt

In her youth Saint Monica had a special attraction to prayer, and her greatest pleasure was to spend days and nights in prayer, avoiding the company of those who might turn her attention away from God. Having learned some prayers from her mother, she never gave up reciting them. What a blessing it is to be brought up in piety from our youth! This makes it easier to preserve that spirit throughout life. Saint Monica had this advantage, and it contributed a great deal to the conversion of her husband and of her son. Do you take care to educate the children confided to you in a Christian spirit? Do you try, above all else, to inspire them with recollection in their prayers and with love for this holy practice? You, on your part, ought to pray much for them to obtain for them from God the gift of piety, something God alone can give them.

TALBA ta’ Santu Wistin wara l-mewt ta’ ommu Monika Alla tiegħi u ħniena tiegħi,

inti tajtni don kbir ieħor bis-saħħa ta’ dik il-qaddejja tajba tiegħek

li ħlaqtni fil-ġuf tagħha. Bil-ħeġġa ta’ mħabbitha refgħetni ’l fuq

lejn dak li hu fih nnifsu, ġid li ma jintemmx, ikel tal-verità.

O Alla tiegħi li ħlaqtna liema xebh jista’ jkun hemm

bejn ir-rispett li jien urejt lilha u l-qadi li bih qdiet lili? Aħfrilha Mulej, aħfrilha u tressaqhiex għall-ħaqq.

Int li kliemek hu sewwa wgħedt il-ħniena lil dawk li jħennu. Jiena nemmen li int ġa għamilt dak li qed nitolbok.

Missierna ...

Page 56: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 55

L-Erbgħa, 28 ta’ Awwissu Santu Wistin - isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Tessalonikin 2, 9-13 Sakemm konna qegħdin inxandrulkom l-Evanġelju,

aħna ħdimna bil-lejl u bi nhar. 2. Salm 138: 7-12ab Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni. 3. Mattew 23: 27-32 Intom ulied il-qattiela tal-profeti.

SANTU WISTIN - isqof ta’ Bona (Ippona, l-Afrika ta’ fuq, fl-Alġeria) (354-430) Missieru Patrizju kien uffiċjal Ruman pagan, ommu Monika, kienet nisranija.

Twieled Tagaste fit-13 ta’ Novembru, 354. Wara l-mewt ta’ missieru fis-sena 371, mar jgħix ma’ xebba u kellhom lil Adeodato.

Agostino għallem ir-Retorika Tagaste, Kartaġni, Ruma u Milan fejn ġie kkonvertit minn Sant’Ambroġġ, li għammdu fl-Għid tas-sena 387.

Kien preżenti għall-mewt ta’ Ommu f’Ostja u wara rritorna l-Afrika, fejn sar qassis fis-sena 391 u isqof erba’ snin wara.

Tul il-35 sena tal-episkopat tiegħu, bil-kitba u l-predikazzjoni, iddefenda l-verità kattolika, kontra l-ereżiji tal-Manikej, id-Donatisti, il-Prixxiljanisti u l-Pelagjani. Hu l-ikbar duttur tal-knisja, il-veru prodiġju, miraklu ta’ għerf, qdusija u grazzja. Il-konverżjoni tiegħu wara li qara l-ittri ta’ San Pawl, kienet miraklu mill-ikbar tal-grazzja.

Kien il-ħabib mhux biss ta’ Sant’Ambroġġ, imma wkoll ta’ isqfijiet qaddisin oħra: Sant’Alipju, San Simpliċijan u San Possodju.

Agostino miet Oppona meta kienet assedjata minn Genseriku fit-28 t’Awwissu 430 ta’ 76 sena. Il-fdal tiegħu, mifdun għall-ewwel Ippona, ittieħed wara f’Sardinja u llum jinsab meqjum ġo monument insinji fil-Knisja ta’ San Pietro ‘In Ciel d’Oro’ fil-belt ta’ Pavia, tal-Patrijiet Agostinjani.

Ġewwa Bona mbagħad, l-Agostinjani Maltin għandhom il-Bażilika tiegħu li tħares ukoll relikwija insinji tiegħu.

Ta’ min isemmi fost il-kitbiet tiegħu: o Il-Ktieb tal-Istqarrijiet u o Il-Belt ta’ Alla.

Ta’ min jgħid ukoll li l-hekk imsejħa Regola ta’ Santu Wistin (ittra tiegħu lis-soriijiet) josservawha mhux biss l-Agostinjani imma wkoll ordnjijiet oħra, fosthom id-Dumnikani, it-Trinitarji, is-Servi ta’ Marija u diversi kongregazzjoniet religużi.

Bla dubju ta’ xejn Agostino jibqa’ ġgant kolossali ta’ għerf u ta’ qdusija.

Page 57: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

56 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: silta mill-ktieb ‘L-Istqarrijiet’: Jien ma għaraftx kif il-bniedem hu xbieha tiegħek, iżda messni nħabbat u nfittex

kif dan seta’ jitwemmen, mhux noħoda kontra dan it-twemmin u nwaqqa’ għaċ-ċajt bħallikieku twemmin fieragħ.

Qatt ħadd ma seta’ jew jista’ jaħseb f’xi ħaġa oħra aħjar minnek (Alla), l-ogħla u l-aqwa ġid.

Imma int Mulej, għal dejjem tibqa’, u m’intix se tibqa’ għal dejjem tinkorla għalina. Int ħennejt għalija, trab u rmied, u għoġbok iġġedded kull ma kien tħassar fija.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 161, it-3 punt Having become bishop of Hippo, Saint Augustine devoted himself with all possible zeal to the guidance of his diocese, but God did not restrict his zeal to so limited a field. Because God had given his spirit a generosity at least equal to the depth of his knowledge, God made him useful to the whole Church. Saint Augustine was consulted by Popes and Councils and by nearly everyone in the world, even by several unbelievers to whose conversion he contributed a great deal. From all sides, people came to him to ask for clerics formed under his guidance to become pastors of the Church. Yet, so holy a manner of life was strongly opposed and condemned by the heretics, who considered him as their greatest enemy, the one among the Doctors of the Church whom they feared the most. They said everything they could against him to ruin his reputation, but because it was founded on the solid base of piety and humility, they were never able to do him any harm. He showed, in fact, extraordinary humility in leaving an account of his sins to posterity.

TALBA

Lilek biss inħobb Mulej, warajk biss irrid nimxi.

Lilek biss irrid infittex, u lilek biss irrid naqdi. Nitolbok Mulej,

ikkmandani dak li trid, irrid naqdik bil-ferħ kollu ta’ qalbi. Għaliex mhux l-indiema, imma l-imħabba,

qiegħda ssejjaħli lejk. Agħmel Mulej li nkun kapaċi nisma’ dak li tixtieq minni.

Għinni ngħix dak li tikkmandani, u kkmandani dak li trid .

Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk, ma nistrieħux. Fik biss jinsabu l-hena u l-mistrieħ tagħna.

Int għamiltna għalik, O Alla, u qalbna ma ssib qatt kwiet,

jekk ma tistrieħx FIK. Santu Wistin

Missierna ...

Page 58: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 57

Il-Ħamis, 29 ta’ Awwissu Il-Martirju ta’ Ġwanni l-Battista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 1: 17-19 Għidilhom kullma ordnajtlek; la tibżax minnhom. 2. Salm 70: 1-6.15.17 Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek. 3. Mark 6: 17-29 Irridek issa stess tagħtini ras Ġwanni l-Battista fuq platt. IL-MARTIRJU TA’ ĠWANNI L-BATTISTA San Ġwann twieled f’Ain-Karin, ħdejn Ġerusalemm. Missieru kien Żakkarija,

qassis f’Ġerusalemm. Ommu kienet Eliżabetta, kuġina tal-Verġni Marija. Sakemm kellu madwar 30 sena għex bħala eremita fid-deżert tal-Ġudea.

Imbagħad ħareġ jipprietka matul ix-xtut tal-Ġordan u jtenni: “Indmu għax is-Saltna tas-Sema hi fil-qrib.”

Ħafna nies kienu jmorru jisimgħuh, li wara, uħud minnhom saru dixxipli ta’ Ġesù. Kellu l-unur kbir li jgħammed lil Ġesù, u jurih lin-nies bħala l-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnubiet tad-dinja.

Ġwanni kien ikkundanna ż-żwieġ ta’ Erodi Antipa ma’ Erodja li kienet il-mara ta’ ħuh. Fuq hekk Erodi arrestah u tefgħu l-ħabs. Iżda Erodja ma kinitx kuntenta b’hekk. Kienet tfittex li toqtlu.

Ġietha x-xoqqa f’moxtha meta Erodi, f’jum għeluq sninu għamel ikla li għaliha stieden lill-kbarat tal-pajjiż, u bint Erodja, Salome, tant għoġbitu biż-żifna li għamlet quddiemu li ħalfilha li kien lest jagħtiha kull ma titolbu, imqar nofs is-saltna.

Imġiegħla minn ommha, it-tfajla qaltlu: “Nitolbok tagħtini issa stess hawn fuq platt, ras Ġwanni l-Battista.”

Erodi sewwed qalbu għal din it-talba, iżda biex ma jiksirx kelmtu quddiem il-mistednin, bagħat suldat biex iwettaq dak li xtaqet it-tfajla.

Il-mewt ta’ San Ġwann ġrat madwar sena qabel dik tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu. (Ara Mt. 14:3-12; Mk. 6:17-29; Lq. 3:1-20, 9:7-9)

L-istoriku Ġużeppi Flavju jgħid fuqu: “Kien bniedem mogħni bil-virtujiet kollha, li wissa ’l Lhud biex jipprattikaw il-ħaqq lejn il-bnedmin u t-tjubija ta’ qalb lejn Alla; u wkoll biex jitgħammdu, iwissihom li huma jsiru jogħġbu ’l Alla jekk iħallu dnubiethom u mat-tindif ta’ ġisimhom iżidu s-safa’ tar-ruħ.” Jgħid ukoll li Erodi Antipa, Tetrarka tal-Galilija, qaflu fil-fortizza ta’ Makerus, fuq il-muntanji l-Lvant mill-Baħar Mejjet, fejn ġrat it-traġedja għal wiċċ ballerina.

Page 59: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

58 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Ġwanni l-Battista kien jilbes libsa tax=xagħar tal-ġemel, bi ħżiem tal-ġild madwar qaddu u kien jiekol ġradijiet u għasel selvaġġ. U kien ixandar u jgħid: “ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jien għammidkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu.”...Huwa test li jurina biċ-ċar il-qawwa tal-Magħmudija tagħna li Ġesù jagħtina bl-Ispirtu s-Santu. Hija qawwa li ma nistgħux nabbandunawha u ma nagħtux kasha f’ħajjitna. L-Ispirtu tal-Mulej li jurina xi rridu nagħmlu u ngħidu biex ma nibqgħux aljenati jew iċċassati b’dak li qed insibu fil-vojt tad-deżert ta’ madwarna.

Mitt Minuta mal-Mulej, Publikazzjoni Dumnikana

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 162, it-2 punt Saint John, strengthened by the grace he had received from Jesus Christ while still in the womb of his holy mother, seems to have lived for no other purpose than to destroy sin. From his childhood he took all possible precaution not to fall into sin. While still very young, as the Church sings in his honor, he withdrew to the desert to put himself in a state not to commit the least sin. It was, no doubt, for the same reason that he was clothed, as the Gospel tells us, in a garment made of camel’s skin, wore a leather belt about his waist, and ate only locusts and wild honey. This is a great way to destroy sin in ourselves, living a poor and penitent life and avoiding all contact with people as this saint did during all the time he lived. What a grace it was and what an advantage for this saint to have always lived in innocence! This is what made Jesus Christ say of him, that among all people there was none greater than John the Baptist.

TALBA O Alla,

inti ridt lil San Ġwann Battista biex iħejji ’l-poplu għal Kristu.

Imla l-poplu li għandu l-grazzja tiegħek bil-ferħ, u ressaq il-ħsibijiet tal-fidili kollha

fit-triq tal-paċi u s-salvazzjoni. Agħmel li bħal ma’ San Ġwann sofra l-martirju

għall-verità u l-ġustizzja, hekk ukoll aħna bil-qawwa kollha

nixhdu l-fidi fik u agħmel li oħrajn jimxu fit-triq

tal-verità u tal-ħajja eterna, Ammen.

Missierna ...

Page 60: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 59

Il-Ġimgħa, 30 ta’ Awwissu Santa Jeanne Jugan - verġni

Beatu Alfredu Idelfonsu Schuster - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Tessalonikin 4, 1-8 Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom. 2. Salm 96: 1 u 2b.5-6.10.11-12 Ifirħu, ġusti, fil-Mulej. 3. Mattew 25: 1-13 Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh! SANTA ĠWANNA JUGAN (1792-1879) Ġwanna Jugan twieldet nhar il-25 ta’ Ottubru, 1792, fi Petites-Croix, raħal

pittoresk tas-sajjieda, fit-trufijiet ta’ Cancale, fil-Brettanja. Kienet is-sitt waħda minn tmint itfal ta’ Ġużeppi Joucan (kien wara f’Saint Servan li kunjom Ġwanna nbidel f’‘Jugan’) u Marie Horel.

Missierha kien ibaħħar u ma kienx preżenti għat-twelid tagħha. Ġwanna trabbiet flimkien ma’ ommha u l-erba’ ħutha li kienu baqgħu ħajjin,

għaliex tlieta mill-ħamsa ta’ qabilha mietu meta kienu għadhom trabi. Kienu jgħixu f’daqsxejn ta’ dwejra b’kamra waħda fuq it-triq li minn Cancale kienet tagħti għal San Malo. Il-piż tal-familja waqa’ fuq l-imsejkna omm. Imn’Alla kienet il-qalb tajba tan-nies tar-raħal li waqfu magħhom. F’Petites-Croix l-iżventura tal-armla ta’ Joucan kienet waħda komuni u n-nies twajba ta’ Petites-Croix kienu draw jieqfu mal-familji milquta bil-mewt ta’ sajjieda li ma jerġgħux lura. L-armla kienet tgħin ruħha wkoll u l-esperjenza li kisbet fi tfulitha fix-xogħol tar-raba’ ta’ missierha, switilha biex issib fejn taħdem bil-ġurnata fir-raba’ ta’ ħaddieħor.

Mingħand ommha Ġwanna ħadet ukoll l-ewwel formazzjoni nisranija u tgħallmet tgħid ir-rużarju. Ommha kienet tkellimha sikwit fuq Alla u tirrakuntalha stejjer mill-Vanġelu u mir-Rabta l-Qadima.

Ta’ 16-il sena impjegat ruħha bħala qaddejja tal-kċina. Żagħżugħ talabha biex tiżżewġu. Ġwanna qaltlu: “Alla mhux qed isejjaħli għaż-

żwieġ.” Fl-1828, iltaqgħet ma’ waħda, Francoise Aubert u b’hekk nibtet l-ewwel

żerriegħa tal-ewwel komunità. Fuq l-eżempju ta’ dawn it-tnejn, żgħażagħ xebbiet ingħaqdu magħhom.

Il-kappillan kompla jgħinhom u jinkuraġġihom fix-xogħol tax-xjuħ. Kellhom diversi postijiet żgħar fejn jilqgħuhom.

Iżda wara xi żmien bdiet il-prova ta’ Ġwanna u l-opra tagħha. Kien il-kappillan li Alla nqeda bih – kien mimli b’ċerta fantażija – u kien hu li jagħti l-ordnijiet.

Tant kien ċert minnu nnifsu, li deherlu li Ġwanna ma kinetx il-mara ideali għal dan ix-xogħol. Warrabha u poġġa lil Marie Jamet minflokha. U lil Ġwanna qalilha “rridek tgħaddi ħajtek fil-moħbi” – u inkarigaha biex tieħu ħsieb il-

Page 61: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

60 SIGNUM FIDEI

postulanti – u fl-aħħar qabbadha tieħu ħsieb il-ġnien – taħdem u titlob. Damet 27 sena f’din il-ħajja – bdiet tbati mill-qalb.

Fl-1879, il-Papa Ljun XIII approva l-Kostituzzjoni tal-Ordni. Dik il-ħabta l-Ordni kien jgħodd mal-elfejn u l-erba’ mitt soru. Ftit xhur wara

saħħitha marret lura hekk, li lejn tmiem Awwissu ħassha ħażin u ntilfet minn sensiha. Meta ġiet f’sensiha ngħatalha s-Sagrament tal-Morda. Dak il-ħin instemgħet titlob: “Marija, inti taf li inti ommi, tabbandunanix! ... Missier etern, iftaħ il-bibien tiegħek lill-inqas waħda minn uliedek, lil waħda, iżda, li tixtieq ħafna li tarak!” Imbagħad b’leħen iktar debboli kompliet: “Omm għażiża tiegħi Marija, ejja għandi. Inti taf li nħobbok u li nixtieq ħafna narak.” U hekk il-mara li tant ħadmet għall-anzjani, strieħet fis-sliem. Il-kalma u l-mistrieħ li dehru fuq wiċċ il-mejta kienu jirriflettu l-preżenza ta’ Alla fir-ruħ tagħha.

Marie Jamet, is-Superjura Ġenerali li bis-silenzju tagħha għenet lil Le Pailleur fl-istramperiji tiegħu, fuq is-sodda tal-mewt stqarret li ma kinitx hi l-ewwel Soru Żgħira tal-Foqra, u lanqas Le Pailleur ma kien il-fundatur tagħhom. L-ewwel waħda fil-kongregazzjoni u l-fundatriċi tagħha kienet Ġwanna Jugan, li magħha kienet saret inġustizzja kbira.

Fl-2009, il-Papa Benedittu XVI iddikjaraha qaddisa. Riflessjoni: L-Ittra lil-Lhud issemmi bosta xhieda li jagħmlulna l-qalb biex “nibqgħu niġru t-triq tal-prova li għandna quddiemna” (12:1). Hemm qed titkellem fuq Abraham, Sara, Mosè, Gidgħon u oħrajn (ara 11:1-12:3), u fuq kollox aħna mistednin nagħrfu li “għandna madwarna sħaba hekk kbira ta’ xhieda” (12:1) li jixprunawna biex ma niqfux f’nofs ta’ triq, iħeġġuna nissoktaw mexjin lejn id-destinazzjoni. U fost dawn jista’ jkun hemm l-istess ommna, nanna tagħna jew qraba oħra (ara 2 Tim 1:5). Forsi ħajjithom ma kinitx dejjem perfetta, imma, anki qalb l-imperfezzjonijiet u l-waqgħat, issoktaw mexjin ’il quddiem u kienu mogħġuba f’għajnejn Alla.

Il-qaddisin li diġà waslu fil-preżenza ta’ Alla jżommu magħna rabtiet ta’ mħabba u ta’ komunjoni. Dan jixhed għalih il-ktieb tal-Apokalissi meta jitkellem fuq il-martri li jidħlu għalina: “Rajt taħt l-altar l-erwieħ ta’ dawk li kienu qatluhom minħabba l-Kelma ta’ Alla, u minħabba x-xhieda li kienu taw; u għollew leħenhom u qalu: ‘Sid Qaddis u Veru, kemm se ddum ma tagħmel ħaqq u titħallas ta’ demmna minn dawk li jgħammru fl-art?’” (6:9-1).

Papa Franġisku, silta mill-Eżorazzjoni Appostolika Gaudete et Exsultate

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.167, silta mill-1 punt

Were you as prompt to follow Jesus Christ as Saint Matthew was: on the spot, at the first word, not taking time to settle his affairs, and without even asking for a delay in order to do so? How many times has Jesus Christ perhaps called you? Have you not, like Saint Augustine, often replied: Tomorrow, tomorrow I will be converted? Do you not still say as much every day? Have you renounced all things from the bottom of

Page 62: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 61

your heart? Perhaps some of us had nothing to renounce, like the first Apostles. For them it was quite easy. Still, do we not seek our ease and comfort? That is something unworthy of a servant of God, who is obliged to give up the world and all things.

TALBA (is-Salm 25)

Lejk jien nerfa’ ruħi Mulej, Alla tiegħi. Fik jien nittama, ma jkollix għax nitħawwad.

Triqatek Mulej għarrafni, u l-mogħdijiet tiegħek għallimni. Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni

għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi. Għalik nixxennaq il-jum kollu.

Serraħli qalbi mid-dwejjaq, min-niket tiegħi eħlisni. Ara n-niket u d-diqa tiegħi, u aħfirli ħtijieti kollha.

Ħarisli ħajti u eħlisni; is-sewwa u l-ġustizzja jħarsuni għax jien fik ittamajt.

Ammen. Missierna ...

Is-Sibt, 31 ta’ Awwissu

L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt San Rajmond Nonnatus - kardinal

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Tessalonikin 4: 9-11 Tgħallimtu mingħand Alla kif għandkom tħobbu lil xulxin. 2. Salm 97: 1.7-8.9 Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja. 3. Mattew 25 : 14-30 Int kont fidil fil-ftit: idħol fl-hena ta’ sidek. SAN RAJMONDU NONNATO (1204-1240) Jissejjaħ “Nonnato” jiġifieri mhux imwieled, għax twieled b’operazzjoni malli

mietet ommu, madwar is-sena 1204, fil-belt ta’ Portella, fil-Kalalonja fi Spanja. Kien iben familja għanja u nobbli, imma daħal mal-Patrijiet Merċedarji taħt l-

istess fundatur, San Pietru Nolasco. Ħeles ħafna nsara mill-jasar tal-Misilmin, anki fl-Alġerija, fejn ikkonverta bosta

Misilmin, u anki ġie ttorturat. Wasal biex kellu joqgħod fil-jasar huwa stess sakemm ġie mifdi minn San Pietru Nolasco.

Page 63: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

62 SIGNUM FIDEI

Malli rritorna fi Spanja fl-1239, ġie maħtur kardinal mill-Papa Girgor IX imma miet fil-belt ta’ Cardona, qrib Barcellona, fil-31 t’Awwissu, 1240, ta’ madwar 36 sena. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Cardona fil-knisja ta’ San Nikola.

Il-Papa Alessandru VII (li bħala Monsinjur Fabio Chigi kien inkwiżitur Malta) mar jgħoddu mal-qaddisin fl-1657. Minħabba t-twelid tiegħu b’operazzjoni huwa l-prottettur tal-ommijiet, tal-midwives u tat-trabi.

Riflessjoni Il-ġudizzju aħna qed nagħmluh issa. Qed nagħmluh bl-għażliet u l-ħidmiet li qed inwettqu fuq dak li jrid Alla minna. U dan jgħodd b’mod speċjali fil-ħidma tagħna mal-proxxmu tagħna fil-bżonn. Dawn huma l-veru investimenti tan- Nisrani li aħna pajżana tas-sema pajjiżna. L-Accounts li rridu nuru lill-Mulej wara din il-ħajja huma l-ammont ta’ karità li aħna nwettqu, l-ammont ta’ appoġġ li aħna tajna lill-persuni fil-bżonn.

Mitt Minuta mal-Mulej, Publikazzjoni Dumnikana

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 77, silta mill-1 punt

No one can question that a community is a holy place. We can without doubt say of a community where God is faithfully served what Jacob says in Genesis, that the Lord is truly in this place and that this place is the house of God and the gate of heaven.

If we consider its institution and its purpose, we can say of it what is said of the Temple built by Solomon, that God has chosen this dwelling and that he has sanctified it, so that his name may be blessed there forever. This is true, for his name is so often invoked there, and those who dwell there are, or ought to be, together only to save themselves through the sanctification of their souls. In this way this place is the gate of heaven, because it enables us to take the path leading to heaven and prepares us to enter heaven..

TALBA

Mulej Alla, inti li beriktni

b’ħafna ġid u doni, għinni nagħraf biex ma nżomm xejn għalija

imma li npoġġi kollox għas-servizz ta’ ħuti l-bnedmin kollha.

Ammen Addattata minn ‘Doorway to Faith’

Missierna ...

Page 64: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 63

JGĦIX ĠESÙ

F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 65: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

64 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesu’ Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil: Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 66: AWWISSU 2019 - WordPress.com€¦ · ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787) S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb

SIGNUM FIDEI 65

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen.