l- ewwel form malti
Post on 12-Apr-2022
20 Views
Preview:
TRANSCRIPT
L- Ewwel Form MALTI2017-18
x’għandek bżonn iġġib għal-lezzjonijiet
Kotba
Noti tal-GrammatikaĦendawts u pptgħal kull taqsima
grammatikali.
1.mt xogħol għad-dar
Nużaw ukoll il-ktieb
Eżempju:
Il-ħendawts jingħataw minn żmien għal żmien meta
jkollna grammatika.Dawn agħmluhom
fil-fajl u ġibuhom biss meta tkunu mitluba.
Grammmatika l-1 Form L-ALFABETT
1a. Alfabett huwa sett ta’ ittri - simboli miktuba - li kull waħda minnhom tirrappreżenta ħoss, kif jeżisti llum (eż. ‘ċ’) jew kif kien jeżisti fl-imgħoddi (eż. ‘għ’)
1b. Il-kelma alfabett ġejja mill-Grieg Αλφάβητος alfabetos, l-ewwel żewġ ittri tal-alfabettGrieg: alpha Α u beta β li ġejjin mill-Feniċju.
2. L-alfabett Malti mfassal mill-Akkademja tal-Malti jgħodd tletin (30) sinjal: erbgħa u għoxrin(24) konsonanti u sitt (6) vokali.
3a. Il-Vokali huma sitta: a - e - i - ie - o - u. Dawn huma importanti għax jagħtul-leħen lill-kelma u jiġbdu fuqhom l-aċċent.
3b. Il-vokali ie tista’ tidher minflok a twila jew e twila,Eż. ġab jew ġieb; tuffiħat jew tuffiħiet
3ċ. Il-vokali (barra ie li hi dejjem twila) jistgħu jkunu twal jew qosra. Eż.:TWAL - dam, bir, butQOSRA - daqqa, bikja, bużżieqa
3d. F’kull sillaba jrid ikun hemm vokali waħda, mhux iżjed. Bejn vokali ta’ sillaba u vokali ta’ sillaba oħra jrid ikun hemm konsonanti.Eż.: zija mhux zia; pruwa mhux prua
3e. Niktbu j jew w flok i jew u meta qabilhom taħbat kelma li tispiċċa b’vokali. Eż.: mar iġib, marru jġibu; jien ukoll, inti wkoll
Nota: Imma dan ma nagħmluhx meta l-i jew u jkunu tal-Imperattiv (inti ikteb), tal-Komparattiv(huwa iqsar), fil-bidu ta’ punteġġjatura (malli tilwi, issib ħanut).
Ktieb tal-qari li nġibuhdarba f’ġimgħa, nhar ta’ Ġimgħa.Ma’ kull taqsima jkollna ħendawt bin-noti u xogħol fil-klassi jew għad-dar biex isservi bħalreviżjoni ta’ kull taqsima.
Ġabra ta’ stejjer miktuba minn awturi differenti. Kull storja hija għaliha u għalhekk ma tkomplix
ma’ ta’ qabilha.Waqt li nieħdu gost naqraw dawn l-istejjer,
noħorġu tagħlimiet minnhom.Ma’ kull silta tingħata ħendawt bin-noti u
xogħol fil-klassi jew għad-dar.Dan il-ktieb nibdewh wara l-Eżamijiet
ta’ Nofs is-Sena u nagħmlu biss parti minnu.Il-kumplament tal-ktieb jitkompla fit-tieni sena.
Ġibu dan il-ktieb nhar ta’ Ġimgħawaqt il-lezzjoni tal-letteratura.
Għal Dun Mikiel Xerri
Kont għadni, nista’ ngħid, ċkejken tarbijameta ktieb il-ġrajjiet ħabbibni miegħek, għax fik għaġġbitni l-ħila barranija,u l-kelma sħiħa bħall-għeruq ta’ driegħek.
Iżda kif ġejt fuq l-għatba tar-rġulija, u xtaqt inbus lil dak li qatt ma tmiegħek,u fittixt, imm’għalxejn, fuq l-art Maltijaħaġra li turi fejn hu l-qabar tiegħek.
Jien regħ’xt u bkejt, għax rajt kemm kienet xħiħamiegħek din l-art li int ħabbejt fis-sewwa, bi mħabba safja u bla nuqqas sabiħa;
għax tajfitna b’għemilek sfat mirquma, u għall-qawwa li wrejt quddiem l-għedewwa,kienu jitkabbru bik Atene u Ruma.
Qwiel u Idjomi
Poeżiji
ħendawts u ppt
Il-ħendawts jingħataw meta jkun imissna Poeżija, Qwiel u Idjomi. Ġibu n-noti
magħkom meta tkunu mitluba.Wara nħalluhom fil-fajl.
Eżempju:
Il-fajl
Qassam il-fajl f’dawn id-diviżjonijiet:
1. Fehim it-Test u Smigħ2. Komponimenti 3. Grammatika4. Qwiel, Idjomi u Kultura5. Poeżiji6. ‘De Molizz’ u ‘Arja Friska’
Ix-xogħol kollu tal-kitba jsir fuq il-foolscaps
Nota: Ġib miegħek il-fajl biss meta tkun mitlub.
top related