informazzjoni personali

Post on 27-Jan-2016

170 Views

Category:

Documents

0 Downloads

Preview:

Click to see full reader

DESCRIPTION

Informazzjoni Personali. Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt. S kont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l -istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. Għaldaqstant l-istudenti jistgħu ji ġu eżaminati fuqu. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Informazzjoni Personali

Tagħrifa għall-għalliema

http://malti.skola.edu.mt

Skont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l-istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja.

Għaldaqstant l-istudenti jistgħu jiġu eżaminati fuqu.

Xi ħadd jista’ jistaqsik tkellmu jew tiktiblu dwarek innifsek

Wieħed jista’ jitlob l-informazzjoni personali fuq xi ħadd għax għandu bżonn isir jafha minħabba sħubija f’xi għaqda, jew f’xi grupp, jew f’xi tim sportiv.

Meta taqbeż is-16-il sena jibdew jitolbuk CV, biex tapplika għal xogħol jew inkella biex tapplika fi skejjel oħra.

Hemm xi skopijiet oħrajn?

Wieħed jista’ jikteb informazzjoni fuqu fuq xi sit elettroniku.

Tista’ ssib informazzjoni fuq il-president ta’ Malta, u fuq presidenti oħra Maltin, billi tidħol f’dan is-sit.http://president.gov.mt/biography_dr_george_abela?l=2

Tista’ ssib informazzjoni fuq kittieba Maltin billi tidħol f’dan is-sit.http://www.akkademjatalmalti.com/page.asp?p=9034&l=1

Importanti li tgħid lill-istudenti biex iżommu f’moħħhom lil min ikunu qed jindirizzaw il-kitba tagħhom.

Altru qed tikteb għal xi ħadd li taf, altru qed tikteb għal xi ħadd li ma tafux, u altru qed tikteb għal grupp ta’ nies.

Xi suġġerimenti għall-għalliema (1)

- Tista’ tqabbad lill-istudenti jiktbu informazzjoni fuqhom stess, billi jistħajluhom xi persunaġġ importanti, jew xi ħadd fittizju.

- Tista’ tqabbadhom ifittxu f’gazzetti jew fuq l-internet u jaraw eżempji ta’ bijografiji mogħtija waqt intervisti, iqabbluhom u jaraw jekk kienx hemm l-informazzjoni kollha li kienu jixtiequ.

Xi suġġerimenti għall-għalliema (2)

- Tista’ tħejji diversi tipi ta’ formoli u tqabbad lill-istudenti jimlewhom.

- Tista’ tħejji tip ta’ ċensiment u tqabbad lill-istudenti jimlewh.

- Tista’ tgħallem lill-istudenti biex jimlew is-CV personali tagħhom.

http://malti.skola.edu.mt

Saħħa!

top related