am ple nonlegreport · li, fi kwalunkwe każ, hemm bżonn tiġi implimentata arkitettura mill-aktar...
Post on 18-Jan-2020
4 Views
Preview:
TRANSCRIPT
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
4.4.2017 A8-0156/5/rev
Emenda 5/rev
Marco Valli
f'isem il-Grupp EFDD
Rapport A8-0156/2017
Richard Ashworth
L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018
– Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
(2017/2022(BUD))
Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Paragrafu 6
Mozzjoni għal riżoluzzjoni Emenda
6. Jappoġġa l-ftehim tat-
28 ta' Marzu 2017 mal-Bureau rigward il-
livell tal-estimi għall-2018; inaqqas il-
livell tal-infiq b'EUR 18,4 miljun meta
mqabbel mal-pożizzjoni inizjali tal-Bureau;
jistabbilixxi livell kumplessiv ta'
EUR 1 953 483 373 għall-estimi tiegħu
għall-2018, li jikkorrispondi għal żieda ta'
2,3 % meta mqabbel mal-baġit 2017;
6. Jesprimi dispjaċir dwar il-ftehim
tat-28 ta' Marzu 2017 mal-Bureau rigward
il-livell tal-estimi għall-2018; jiddispjaċih
li l-livell ta' nfiq tnaqqas biss b'EUR 18,4 miljun meta mqabbel mal-
pożizzjoni inizjali tal-Bureau; jesprimi
dispjaċir dwar il-livell kumplessiv ta'
EUR 1 953 483 373 għall-estimi tiegħu
għall-2018, li jikkorrispondi għal żieda ta'
2,3 % meta mqabbel mal-baġit 2017;
Or. en
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
4.4.2017 A8-0156/6/rev
Emenda 6/rev
Marco Valli
f'isem il-Grupp EFDD
Rapport A8-0156/2017
Richard Ashworth
L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018
– Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
(2017/2022(BUD))
Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Paragrafu 21
Mozzjoni għal riżoluzzjoni Emenda
21. Jappella għal aktar informazzjoni
dwar il-proġett għar-rinnovament tal-Bini
Paul Henri Spaak (PHS), speċifikament
kwalunkwe opinjoni minn kuntratturi
esterni indipendentirigward l-alternattivi
possibbli għall-Bini PHS, li kellu tul ta'
ħajja qasir ta' 25 sena; jappella biex is-
Segretarju Ġenerali jippreżenta r-riżultati
ta' tali studju lill-Kumitat għall-Baġits
malajr kemm jista' jkun; jissottolinja l-fatt
li l-bini eżistenti ma jissodisfax ir-rekwiżiti
statiċi ta' bini pubbliku għal funzjonijiet
parlamentari li jkollu livell ogħla ta' sigurtà
u jkollu bżonn jiflaħ għax-xokkijiet esterni
mingħajr ma jiġġarraf; jikkritika l-fatt li l-
Bini PHS lanqas biss jissodisfa l-istandards
minimi tar-rekwiżiti statiċi moderni, u
jinnota li diġà kellhom jittieħdu diversi
azzjonijiet biex tiġi garantita l-istabilità
tiegħu; iħeġġeġ għalhekk lill-Bureau u lill-
amministrazzjoni tal-Parlament biex
jaħdmu fuq soluzzjonijiet futuri għall-
Bini PHS li jiggarantixxu ħajjiet il-persuni
preżenti u kundizzjonijiet ta' xogħol tajbin
għalihom; jinnota l-livell ta'
approprjazzjonijiet li s-Segretarju Ġenerali
ppropona fl-2018 fir-rigward tal-istudji, il-
proġetti preparatorji u x-xogħlijiet, u l-
għoti ta' assistenza lit-tim għall-ġestjoni
tal-proġett; jesprimi tħassib dwar il-
21. Jappella għal aktar informazzjoni
dwar il-proġett għar-rinnovament tal-Bini
Paul Henri Spaak (PHS), speċifikament
kwalunkwe opinjoni minn kuntratturi
esterni indipendenti rigward l-alternattivi
possibbli għall-Bini PHS, li kellu tul ta'
ħajja qasir ta' 25 sena; jappella biex is-
Segretarju Ġenerali jippreżenta r-riżultati
ta' tali studju lill-Kumitat għall-Baġits
malajr kemm jista' jkun; jissottolinja l-fatt
li l-bini eżistenti ma jissodisfax ir-rekwiżiti
statiċi ta' bini pubbliku għal funzjonijiet
parlamentari li jkollu livell ogħla ta' sigurtà
u jkollu bżonn jiflaħ għax-xokkijiet esterni
mingħajr ma jiġġarraf; jikkritika l-fatt li l-
Bini PHS lanqas biss jissodisfa l-istandards
minimi tar-rekwiżiti statiċi moderni, u
jinnota li diġà kellhom jittieħdu diversi
azzjonijiet biex tiġi garantita l-istabilità
tiegħu; iħeġġeġ għalhekk lill-Bureau u lill-
amministrazzjoni tal-Parlament biex
jaħdmu fuq soluzzjonijiet futuri għall-
Bini PHS li jiggarantixxu ħajjiet il-persuni
preżenti u kundizzjonijiet ta' xogħol tajbin
għalihom; jesprimi dispjaċir dwar il-livell
ta' approprjazzjonijiet li s-Segretarju
Ġenerali ppropona fl-2018 fir-rigward tal-
istudji, il-proġetti preparatorji u x-
xogħlijiet, u l-għoti ta' assistenza lit-tim
għall-ġestjoni tal-proġett; jesprimi tħassib
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
konfużjoni possibbli fir-rigward tal-
ammonti li għandhom jintefqu fuq l-istudji
u r-rilokazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Bureau u
lis-Segretarju Ġenerali jinformaw lill-
Kumitat għall-Baġits dwar il-passi
sussegwenti kollha u jipprovdu rendikont
ċar tal-ispejjeż kemm jista' jkun malajr u sa
mhux aktar tard minn Lulju 2017; ifakkar
li, fi kwalunkwe każ, hemm bżonn tiġi
implimentata arkitettura mill-aktar
moderna li tuża l-enerġija b'mod effiċjenti;
jappella biex issir valutazzjoni dwar kif ir-
rinnovament se jkollu impatt fuq l-unità
tal-viżitaturi u s-seminars u fuq id-
disponibilità tal-Kamra għall-plenarja, kif
ukoll dik tas-swali u l-uffiċċji l-oħra;
dwar il-konfużjoni possibbli fir-rigward
tal-ammonti li għandhom jintefqu fuq l-
istudji u r-rilokazzjonijiet; iħeġġeġ lill-
Bureau u lis-Segretarju Ġenerali jinformaw
lill-Kumitat għall-Baġits dwar il-passi
sussegwenti kollha u jipprovdu rendikont
ċar tal-ispejjeż kemm jista' jkun malajr u sa
mhux aktar tard minn Lulju 2017; ifakkar
li, fi kwalunkwe każ, hemm bżonn tiġi
implimentata arkitettura mill-aktar
moderna li tuża l-enerġija b'mod effiċjenti;
jappella biex issir valutazzjoni dwar kif ir-
rinnovament se jkollu impatt fuq l-unità
tal-viżitaturi u s-seminars u fuq id-
disponibilità tal-Kamra għall-plenarja, kif
ukoll dik tas-swali u l-uffiċċji l-oħra;
Or. en
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
4.4.2017 A8-0156/7/rev
Emenda 7/rev
Marco Valli
f'isem il-Grupp EFDD
Rapport A8-0156/2017
Richard Ashworth
L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018
– Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
(2017/2022(BUD))
Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Paragrafu 27
Mozzjoni għal riżoluzzjoni Emenda
27. Jilqa' l-fatt li nħoloq Grupp ta'
Ħidma dwar il-Mobilità li huwa mistenni
jaħdem b'mod inklużiv u jkollu mandat ċar;
jissottolinja li l-Parlament għandu
jikkonforma mal-liġijiet applikabbli
reġjonali kollha fuq il-postijiet tax-xogħol,
inkluż f'dak il-qasam; jargumenta favur il-
promozzjoni tal-użu tal-konnessjoni
ferrovjarja diretta stabbilita bejn is-sit tal-
Parlament fi Brussell u l-ajruport; jistieden
lis-servizzi responsabbli jevalwaw mill-
ġdid il-kompożizzjoni u d-daqs tal-flotta
tal-vetturi tiegħu f'dan il-kuntest; jappella
lill-Bureau biex jistabbilixxi mingħajr
dewmien skema ta' inċentivi li
jippromwovu l-użu tar-roti għat-traġitt bejn
id-dar u l-post tax-xogħol; jinnota li tali
skema ġiet diġà stabbilita f'istituzzjonijiet
oħra, b'mod partikolari fil-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew;
27. Jilqa' l-fatt li nħoloq Grupp ta'
Ħidma dwar il-Mobilità li huwa mistenni
jaħdem b'mod inklużiv u jkollu mandat ċar;
jissottolinja li l-Parlament għandu
jikkonforma mal-liġijiet reġjonali
applikabbli kollha fuq il-postijiet tax-
xogħol, inkluż f'dak il-qasam; jargumenta
favur il-promozzjoni tal-użu tal-
konnessjoni ferrovjarja diretta stabbilita
bejn is-sit tal-Parlament fi Brussell u l-
ajruport; jistieden lis-servizzi responsabbli
jevalwaw mill-ġdid il-kompożizzjoni u d-
daqs tal-flotta tal-vetturi tiegħu f'dan il-
kuntest; jemmen bil-qawwa li s-servizz
tax-xufiera tal-PE jenħtieġ li jintuża mill-
Membri esklużivament biex imorru lejn il-
bini tal-Parlament mill-ajruport jew l-
istazzjon jew viċe versa, u li l-vannijiet
żgħar u l-minibuses tal-PE jenħtieġ li
jintużaw f'dan ir-rigward, u jappella għal
baġit ristrett għal talbiet għal rimborż tat-
taksi għal matul il-ġimgħa; ifakkar li l-
Membri għandhom l-opportunità li jużaw
liberament it-trasport ferrovjarju fil-
Belġju; jappella lill-Bureau biex
jistabbilixxi mingħajr dewmien skema ta'
inċentivi li jippromwovu l-użu tar-roti
għat-traġitt bejn id-dar u l-post tax-xogħol;
jinnota li tali skema ġiet diġà stabbilita
f'istituzzjonijiet oħra, b'mod partikolari fil-
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;
Or. en
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
4.4.2017 A8-0156/8/rev
Emenda 8/rev
Marco Valli
f'isem il-Grupp EFDD
Rapport A8-0156/2017
Richard Ashworth
L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018
– Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
(2017/2022(BUD))
Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Paragrafu 30
Mozzjoni għal riżoluzzjoni Emenda
30. Jieħu nota li huwa stmat li l-
ammont totali tan-nefqa għall-kampanja ta'
komunikazzjoni għall-elezzjonijiet tal-
2019 se jkun ta' EUR 25 miljun fl-2018 u
EUR 8,33 miljun fl-2019, b'ammont ikbar
ta' impenji finanzjarji rikjest fl-2018;
jirrileva l-importanza ta' dawn il-
kampanji ta' komunikazzjoni, b'mod
speċjali meta tiġi kkunsidrata s-
sitwazzjoni attwali fl-Unjoni;
30. Jiddispjaċih li huwa stmat li l-
ammont totali tal-infiq għall-kampanja ta'
komunikazzjoni għall-elezzjonijiet tal-
2019 se jkun ta' EUR 25 miljun fl-2018 u
EUR 8,33 miljun fl-2019, b'ammont ikbar
ta' impenji finanzjarji rikjest fl-2018; jitlob
il-qtugħ totali tal-ammont propost u
jistieden lis-Segretarju Ġenerali juża s-
servizzi tal-komunikazzjoni interna biex
jippromwovi kampanja tal-web bla spejjeż
fuq in-netwerks soċjali;
Or. en
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
4.4.2017 A8-0156/9/rev
Emenda 9/rev
Marco Valli
f'isem il-Grupp EFDD
Rapport A8-0156/2017
Richard Ashworth
L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018
– Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
(2017/2022(BUD))
Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Paragrafu 37
Mozzjoni għal riżoluzzjoni Emenda
37. Jappella lis-Segretarju Ġenerali
biex, bi tħejjija għad-disa' leġiżlatura,
jippreżenta lill-Bureau b'lista aktar preċiża
tal-ispejjeż li jistgħu jitħallsu lura taħt l-
allowance għall-ispejjeż ġenerali, ifakkar
fil-prinċipju tal-indipendenza tal-mandat;
jissottolinja li huwa possibbli li l-Membri li
jixtiequ jagħmlu dan jippubblikaw ir-
rendikont ta' x'nefqu mill-allowance għall-
ispejjeż ġenerali fuq is-siti personali
tagħhom fuq l-internet; itenni l-appell għal
aktar trasparenza fir-rigward tal-allowance
għall-ispejjeż ġenerali, abbażi tal-każijiet
tal-aħjar prattika mid-delegazzjonijiet
nazzjonali fil-Parlament u fl-Istati Membri;
jemmen li jenħtieġ li l-Membri jkunu
jistgħu wkoll jipprovdu links fuq is-sit web
tal-Parlament għall-postijiet fejn
attwalment jippubblikaw ir-rendikont tal-
infiq tagħhom; itenni li t-trasparenza
mtejba tal-allowance għall-ispejjeż
ġenerali mhux suppost tirrikjedi membri
addizzjonali tal-persunal fl-
amministrazzjoni tal-Parlament;
37. Jappella lis-Segretarju Ġenerali
biex, bi tħejjija għad-disa' leġiżlatura,
jippreżenta lill-Bureau b'lista aktar preċiża
tal-ispejjeż li jistgħu jitħallsu lura taħt l-
allowance għall-infiq ġenerali, ifakkar fil-
prinċipju tal-indipendenza tal-mandat;
jissottolinja li huwa possibbli li l-Membri li
jixtiequ jagħmlu dan jippubblikaw ir-
rendikont ta' x'nefqu mill-allowance għall-
infiq ġenerali fuq is-siti personali tagħhom
fuq l-internet; itenni l-appell għal aktar
trasparenza fir-rigward tal-allowance
għall-infiq ġenerali, abbażi tal-każijiet tal-
aħjar prattika mid-delegazzjonijiet
nazzjonali fil-Parlament u fl-Istati Membri;
jemmen li jenħtieġ li l-Membri jkunu
jistgħu wkoll jipprovdu links fuq is-sit web
tal-Parlament għall-postijiet fejn
attwalment jippubblikaw ir-rendikont tal-
infiq tagħhom; itenni li t-trasparenza
mtejba tal-allowance għall-infiq ġenerali
mhux suppost tirrikjedi membri
addizzjonali tal-persunal fl-
amministrazzjoni tal-Parlament; jitlob li r-
reviżjoni li jmiss tal-Istatut tal-Membri
tinkludi proposta għal pubblikazzjoni
annwali obbligatorja tal-użu tal-
allowance għall-infiq ġenerali;
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
Or. en
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
4.4.2017 A8-0156/10/rev
Emenda 10/rev
Marco Valli
f'isem il-Grupp EFDD
Rapport A8-0156/2017
Richard Ashworth
L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018
– Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
(2017/2022(BUD))
Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Paragrafu 37a (ġdid)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni Emenda
37a. jappella għal tnaqqis ta' mill-inqas
15 % tas-salarji ta' kull xahar, l-
allowances ta' kuljum u l-benefiċċji
ekonomiċi tal-Membri, inkluż l-allowance
għall-infiq ġenerali, sabiex jingħata sinjal
qawwi liċ-ċittadini Ewropej, li qed iħabbtu
wiċċhom ma' mument ekonomiku, soċjali
u storiku diffiċli, u li progressivament
titnaqqas il-perċezzjoni negattiva attwali
tal-politika tal-Unjoni; jistieden lill-
Bureau jirrieżamina l-miżuri ta'
implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri
sabiex jipprovdi l-aktar iffrankar
possibbli, bħat-tneħħija ta' benefiċċji bħal
allowances għad-distanza u għat-tul ta'
żmien;
Or. en
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
4.4.2017 A8-0156/11/rev
Emenda 11/rev
Marco Valli
f'isem il-Grupp EFDD
Rapport A8-0156/2017
Richard Ashworth
L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018
– Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
(2017/2022(BUD))
Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Paragrafu 53
Mozzjoni għal riżoluzzjoni Emenda
53. Jikkunsidra li l-kontroversji riċenti
dwar il-finanzjament ta' ċerti partiti politiċi
Ewropej u ta' ċerti fondazzjonijiet politiċi
Ewropej kixfu d-dgħufijiet fis-sistemi
eżistenti ta' ġestjoni u kontroll;
53. Jikkunsidra li l-kontroversji riċenti
dwar il-finanzjament ta' ċerti partiti politiċi
Ewropej u ta' ċerti fondazzjonijiet politiċi
Ewropej kixfu dgħufijiet fis-sistemi
eżistenti ta' ġestjoni u kontroll u jitlob l-
annullament sħiħ ta' dak l-infiq;
Or. en
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
4.4.2017 A8-0156/12/rev
Emenda 12/rev
Marco Valli
f'isem il-Grupp EFDD
Rapport A8-0156/2017
Richard Ashworth
L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018
– Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
(2017/2022(BUD))
Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Paragrafu 54
Mozzjoni għal riżoluzzjoni Emenda
54. Jemmen li d-dħul fis-seħħ tar-
Regolamenti (UE) Nru 1141/20141 u (UE)
Nru 1142/20142 se jipprovdi mekkaniżmi
ta' kontroll addizzjonali, bħar-rekwiżit li l-
partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi
Ewropej jirreġistraw mal-Awtorità;
jikkunsidra, madankollu, li għad hemm
lok li dawn il-miżuri jittejbu; jinnota li l-
partiti u l-fondazzjonijiet se jibdew
japplikaw għall-finanzjament skont ir-
regoli l-ġodda fis-sena baġitarja 2018;
54. Jemmen li jenħtieġ li l-partiti u l-
fondazzjonijiet politiċi Ewropej isiru
dipendenti għalkollox fuq ir-riżorsi
proprji u jaqtgħu d-dipendenza tagħhom
fuq il-baġit tal-Parlament; iqis li jenħtieġ
li l-kontribuzzjonijiet jew l-għotjiet
jinqatgħu għalkollox; isostni li
dipendenza totali fuq ir-riżorsi proprji biss
telimina r-riskju għall-baġit tal-Parlament
fl-irkupru tal-ammonti minfuqa bi żball
jew b'mod frodulenti;
Or. en
1 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014
dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, (ĠU L 317,
4.11.2014, p. 1). 2 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1142/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Ottubru 2014, li
jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi
Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 28).
AM\1122780MT.docx PE603.693v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
4.4.2017 A8-0156/13/rev
Emenda 13/rev
Marco Valli
f'isem il-Grupp EFDD
Rapport A8-0156/2017
Richard Ashworth
L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018
– Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
(2017/2022(BUD))
Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Paragrafu 61
Mozzjoni għal riżoluzzjoni Emenda
61. Jadotta l-estimi għas-sena
finanzjarja 2018;
61. Jiċħad l-estimi għas-sena
finanzjarja 2018;
Or. en
top related