27 Ħadd matul is-sena

Post on 30-Dec-2015

153 Views

Category:

Documents

9 Downloads

Preview:

Click to see full reader

DESCRIPTION

27 Ħadd matul is-sena. www.ofm.org.mt. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel. Eż 18, 25-28. Dan jgħid il-Mulej: Intom għidtu: Mhix sewwa l-imġiba tal-Mulej! Issa isimgħu, dar Iżrael: Forsi l-imġiba tiegħi mhix sewwa? Mhux l-imġiba tagħkom li mhix sewwa?. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

www.ofm.org.mt

L-1 QARIQari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel.

Eż 18, 25-28

Dan jgħid il-Mulej: Intom għidtu: Mhix sewwa l-imġiba tal-Mulej! Issa isimgħu, dar Iżrael: Forsi l-imġiba tiegħi mhix sewwa? Mhux l-imġiba tagħkom li mhix sewwa?

Jekk wieħed ġust jitbiegħed mill-

ġustizzja tiegħu u jagħmel il-ħażen u jmut minħabba fih, minħabba fi

ħżunitu jkun miet.

Imma jekk il-midneb jerġa’ lura mid-dnub u jagħmel is-sewwa u l-ġustizzja, hu jsalva ruħu, għax ikun intebaħ u reġa’ lura mid-dnubiet kollha li jkun għamel, u jibqa’ ħaj u ma jmutx.

SALM RESPONSORJALI Salm 24

Triqatek, Mulej, urini,il-mogħdijiet tiegħek

għarrafni.Mexxini fis-sewwa

tiegħek u għallimni, għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi.Għalik jien nixxennaq

il-jum kollu. R/.

Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek,

Mulej,għax huma minn

dejjem.La tiftakarx fil-ħtijiet

ta’ żgħożitijew fi dnubieti;

ftakar fija int skond tjubitek,

minħabba fil-ħlewwa tiegħek, Mulej.

R/.

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Filippin.Fil 2, 1-11

Ħuti: Jekk hemm xi faraġ fi Kristu,

jekk hemm xi kelma ta’ ħlewwa fl-imħabba, jekk hemm xi xirka fl-Ispirtu, jekk

hemm xi ħniena u mogħdrija, kunu fehma waħda u

ferrħuni.

Ħa jkollkom l-istess imħabba, u kunu ruħ waħda u ħsieb wieħed

Tagħmlu xejn bl-ambizzjoni, anqas għall-frugħa; kunu umli u kull wieħed minnkom iqis

lill-ieħor aħjar minnu.

Tfittxux kull

wieħed li jaqbillu imma li jaqbel lil ħaddieħor

Aħsbu bħal ma kien jaħseb

Kristu Ġesù: hu li, għad li

kellu n-natura ta’ Alla, ma

qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,

imma tneżża’ minn kollox, billi ħa n-natura ta’ lsir, sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħal bniedem; ċekken lilu nnifsu,

billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.

Hallelujah. Halleluljah.Il-preċetti tiegħek, Mulej,

ta’ min joqgħod fuqhom,imwettqin għal dejjem ta’ dejjem.

Hallelujah.

Qari mill-

Evanġelju ta’ San Mattew.

Mt 21, 28-32

F’dak iż-żmien:

Ġesù qal lill-qassisin il-

kbar u lix-xjuħ

tal-poplu: “Intom

x’jidhrilkom?

’ Dak qallu, ‘Ma rridx.’

Iżda mbagħad biddel il-fehma

u mar.

Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. ‘Arani sejjer, sinjur’, wieġbu dan; u ma

mar xejn.

Min minnhom it-tnejn għamel ir-rieda tal-missier?”

“Ta’ l-ewwel,” weġbuh. “Tassew,

ngħidilkom,” qalilhom Ġesù,

“illi l-publikani u n-nisa tat-triq

jaslu qabilkom fis-saltna ta’ Alla.

Għax Ġwanni ġie lejkom fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx.

www.ofm.org.mt

top related