9 ta' frar 2012€¦ · 3. adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’...

42
PV CPG 09.02.2012 PV\892457MT.doc PE479.790/CPG MT Magħquda fid-diversità MT PE-7/CPG/PV/2012-04 PARLAMENT EWROPEW KONFERENZA TAL-PRESIDENTI MINUTI tal-laqgħa ordinarja tal-Ħamis 9 ta' Frar 2012 Bini Paul-Henri SPAAK, sala 6B 01 Brussell

Upload: others

Post on 01-Oct-2020

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc PE479.790/CPG

MT Magħquda fid-diversità MT

PE-7/CPG/PV/2012-04

PARLAMENT EWROPEW

KONFERENZA TAL-PRESIDENTI

MINUTI

tal-laqgħa ordinarja tal-Ħamis

9 ta' Frar 2012

Bini Paul-Henri SPAAK, sala 6B 01

Brussell

Page 2: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 2/42 PV\892457MT.doc

MT

KONFERENZA TAL-PRESIDENTI

MINUTI

tal-laqgħa ordinarja tal-

Ħamis, 9 ta' Frar 2012

11:00:00 – 13:00:00

Bini Louis Weiss – Sala R1.1

Strasburgu

WERREJ

Paġna

1. Adozzjoni tal-abbozz ta' aġenda ................................................................................................. 8

2. Approvazzjoni tal-Minuti tal-laqgħat tad-19 ta' Jannar 2012 ..................................................... 9

3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16

ta’ Frar 2012 fi Strasburgu) – Skedar tad-dibattiti ewlenin fil-plenarja ................................... 10

4. Komunikazzjonijiet mill-President ........................................................................................... 11

4.1 Komunikazzjonijiet bil-miktub mill-President ......................................................................... 11

4.2 Ir-rappreżentanza tal-Membri mhux affiljati fil-Konferenza tal-Presidenti ............................. 11

4.3 L-implimentazzjoni tal-Kodiċi tal-Kondotta għall-Membri ..................................................... 11

4.4 Il-votazzjonijiet b'mod kollettiv fil-Plenarja ............................................................................ 12

4.5 Stedina biex jintbagħtu rappreżentanti għal-ewwel laqgħa tat-Task Force UE-Ġordan .......... 13

4.6 Laqgħa mal-Presidenza li jmiss, dik Ċiprijotta, f'Nikosija, Ċipru bejn il-31 ta' Mejju

u l-1 ta' Ġunju 2012 .................................................................................................................. 13

A. DEĊIŻJONIJIET/SKAMBJI TA' OPINJONIJIET ........................................................... 14

5. Il-kontribuzzjoni tal-Parlament għall-indirizzar tal-kriżi - Dibattitu ta' orjentazzjoni

dwar kif se nimxu 'l quddiem wara l-laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta'

Jannar 2012 ............................................................................................................................... 14

B. PROPOSTI GĦAL DEĊIŻJONIJIET MINGĦAJR DIBATTITU .................................. 19

Page 3: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 3/42 PE479.790/CPG

MT

6. Ħatra ta' tliet membri permanenti tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni - kompożizzjoni

politika tas-27 Membru tad-delegazzjoni (Artikolu 68 tar-Regoli ta' Proċedura) .................... 19

7. Talba għall-applikazzjoni tal-proċedura b'kumitati assoċjati (Artikolu 50) mill-

Kumitat għall- għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u

l-Ħarsien tal-Konsumatur rigward il-proposta għal "Roaming fuq netwerks pubbliċi

ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (Riformulazzjoni)" - Ittra mis-Sur

LEHNE, President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati ................................................. 20

8. Talba għal assoċjazzjoni mill-Kumitat għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 50 fir-rigward

ta’ rapport mhux leġiżlattiv ta’ inizjattiva proprja mill-Kumitat għall-Affarijiet

Barranin bit-titolu “Il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni

Ewropea għad-Demokrazija (EED)” – Ittra mis-Sur LEHNE, President tal-

Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati ..................................................................................... 21

9. Talba mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur għall-ħatra ta' żewġ

korapporteurs għal opinjoni dwar il-proposta għal regolament dwar Liġi Komuni

Ewropea dwar il-Bejgħ - Ittra mis-Sur HARBOUR, President tal-Kumitat

ikkonċernat ................................................................................................................................ 22

10. Il-Ħatra ta' esperti fuq il-Bord Ewropew għal "Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew"

2013-2014 - Ittra mis-Sa PACK, President tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni .......... 23

Żjarat barra t-tliet postijiet tax-xogħol ............................................................................................. 24

11. Talba mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu li jibgħat delegazzjoni Washington

mill-5 sat-8 ta' Marzu 2012 - Ittra mis-Sur SIMPSON, President tal-Kumitat

ikkonċernat ................................................................................................................................ 24

12. Talba mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel biex

jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro mill-20 sat-22 ta' Ġunju

2012 - Ittra mingħand is-Sur LEINEN, President tal-kumitat ikkonċernat .............................. 26

13. Talba mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel biex

jibgħat delegazzjoni ad hoc delegazzjoni għat-18-il Konferenza dwar it-Tibdil fil-

Klima li se ssir il-Qatar mit-3 sa7-8 ta' Diċembru - Ittra mingħand is-Sur LEINEN,

President tal-kumitat ikkonċernat ............................................................................................. 28

14. Talba mill-Kumitat għas-Sajd biex jipparteċipa fil-Konferenza annwali tal-

Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali fi Guam, mill-25

sat-28 ta' Marzu 2012 - Ittra mis-Sur MATO ADROVER, President tal-Kumitat

ikkonċernat ................................................................................................................................ 29

15. Talba biex tintbagħat delegazzjoni l-Bjelorussja fil-1 u t-2 ta’ Marzu 2012 – Ittra

mis-Sur VIGENIN, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Euronest u s-

Sur SARYUSZ-WOLSKI, Kopresident tal-Grupp ta’ Ħidma Euronest għall-

Bjelorussja ................................................................................................................................ 31

Page 4: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 4/42 PV\892457MT.doc

MT

16. Talba biex tintbagħat delegazzjoni biex tattendi laqgħat tal-Bureau u l-Bureau

Mkabbar tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (AP-UgħM)

f’Rabat, il-Marokk, fis-17 ta’ Frar 2012 – ittra mis-Sa SAÏFI, President tal-Kumitat

AP-UgħM ................................................................................................................................. 33

17. Talba mill-Grupp PPE għal awtorizzazzjoni biex issir laqgħa tal-Bureau tal-Grupp

fis-17 u t-18 ta’ Mejju 2012 f’Killarney, l-Irlanda – Ittra mis-Sur BIESMANS,

Deputat Segretarju Ġenerali tal-grupp ...................................................................................... 34

18. Talba mill-Grupp GUE/NGL għal awtorizzazzjoni biex issir laqgħa tal-Grupp mill-1

sal-4 ta’ Ottubru 2012 f’Ċipru – Ittra mis-Sur BISKY, President tal-grupp ............................ 34

19. Talba mill-Grupp PPE għal awtorizzazzjoni biex issir laqgħa tal-Bureau tal-Grupp

mill-4 sas-6 ta’ Ottubru 2012 fir-reġjun ta’ Rhine-Main, il-Ġermanja – Ittra mis-

Sur BIESMANS, Deputat Segretarju Ġenerali tal-grupp ......................................................... 36

20. Kwistjonijiet urġenti u varji ...................................................................................................... 37

20.1 Konsultazzjoni tas-Servizz Legali dwar ftehimiet Internazzjonali ........................................... 37

20.2 Il-parteċipazzjoni tal-President f’dibattitu politiku mis-siġġu tal-President ............................ 38

20.3 Stedina għal osservaturi Kroati fil-PE ...................................................................................... 38

20.4 Ammissibbiltà ta’ talbiet għal mistoqsijiet orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub ....................... 38

21. Punti għal skopijiet ta' informazzjoni ....................................................................................... 40

21.1 Korrispondenza interna ............................................................................................................. 40

21.2 Posta interistituzzjonali............................................................................................................. 41

21.3 Posta esterna ............................................................................................................................. 41

22. Data u post tal-laqgħa li jmiss .................................................................................................. 42

Page 5: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 5/42 PE479.790/CPG

MT

KONFERENZA TAL-PRESIDENTI

MINUTI

tal-laqgħa tal-Ħamis 9 ta' Frar 2012

11:00:00 – 13:00:00

Brussell

Il-laqgħa bdiet fil-11:05 hours bis-Sur Martin SCHULZ,

il-President tal-Parlament Ewropew fil-presidenza.

Preżenti

Is-Sur Martin SCHULZ, President

Presidenti tal-Gruppi Politiċi

Is-Sur M. WEBER (aġent) (PPE)

Is-Sur SWOBODA (S&D)

Is-Sur VERHOFSTADT (ALDE)

Is-Sa DURANT (aġent) (Verts/ALE)

Is-Sur FOX (aġent) (ECR)

Is-Sur BISKY (GUE/NGL)

Is-Sur SPERONI (Kopresident) (EDF)

Membru mhux affiljat

Is-Sa WERTHMANN1 (Membru mhux affiljat)

Preżenti wkoll

Is-Sur WELLE, Segretarju Ġenerali

1 Preżenti skont l-Artikolu 24(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Page 6: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 6/42 PV\892457MT.doc

MT

Mistieden:

Is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati

Kienu mistiedna wkoll:

Il-Kunsill1

rappreżentat minn Is-Sa ARPIO

Is-Sur MILTON

Is-Sur DE HERT

Il-Kummissjoni1

rappreżentata minn Is-Sur NYMAND-CHRISTENSEN

Is-Sur BARANY

Il-Viċi President tal-Kummissjoni/Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u

l-Politika ta' Sigurtà1

rappreżentata minn Is-Sur MATTHIESSEN

Is-Sur HEIRBAUT

Il-Kumitat Ekonomiku u Socjali1

rappreżentat minn Is-Sur OLIVEIRA

Il-Kumitat tar-Regjuni1

rappreżentat minn Is-Sa ESTEBAN AGUT

Is-Sa KATOVA

L-Ufficcju tal-President

Is-Sur WINKLER

Is-Sur KAISER

Is-Sa MARTINEZ IGLESIAS

Is-Sur MANNELLI

Is-Sur MACHMER

1 Preżenti għall-punti 1-3 tal-aġenda

Page 7: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 7/42 PE479.790/CPG

MT

Is-Sur FREEDMAN

Is-Sa WOLLNY

Ufficcju tas-Segretarju Generali

Is-Sur MANGOLD

Is-Sa BLAU

Is-Sa FREDSGAARD

Is-Sur SORENSEN

Is-Segretarjat

DĠ Presidenza (PRES) Is-Sa F. RATTI/is-Sur DUNSTAN/Mr LANE/is-Sur

KNUDSEN/

Is-Sur SANCHEZ RODRIGUEZ/ is-Sur SCOTT/ is-Sur

BROGGI/

Is-Sa JIMENEZ LOZANO/is-Sur O'BEARA/is-Sur URBIETA/

Is-Sur MARINAI

DĠ Politiki Interni (IPOL) Is-Sur RIBERA D'ALCALA/is-Sa VANDENBOSCH/

Is-Sur CHIOCCHETTI/is-Sur HANSEN/is-Sa SAILIS/is-

Sa KERR/

Is-Sa ILARIO

DĠ Politika Esterna (EXPO) Is-Sur AGUIRIANO/is-Sur C. HUBER/is-Sur PENALVER

DĠ Komunikazzjoni (COMM) Is-Sa LAHOUSSE/is-Sur DUCH GUILLOT/is-Sur

WARASIN/is-Sa VAN DEN BROEKE

DĠ Interpretazzjoni u Konferenzi Is-Sa COSMIDOU

(INTE)

DĠ Finanzi (FINS) Is-Sur VANHAEREN

DĠ Innovazzjoni, Appoġġ tekniku

(ITEC) Is-Sur VILELLA

Servizz legali Is-Sur PENNERA/is-Sur PASSOS

Direttorat għar-Relazzjonijiet mal- Is-Sur SCHWETZ

gruppi politici

Segretarjat tal-Bureau Is-Sa LINNUS

Il-Gruppi politiċi

Is-Sur KAMP/is-Sur RYNGAERT/is-Sur RIPOLL/is-Sa SCRIBAN (PPE)

Is-Sa COLOMBO/is-Sur BURU/is-Sa BAPTISTA/is-Sa PEREIRA/is-Sur HORNAK (S&D)

Is-Sur BEELS/is-Sa COLERA/is-Sur RASMUSSEN/is-Sur MCLAUGHLIN (ALDE)

Is-Sur DENKINGER/is-Sur LINAZASORO (Verts/ALE)

Is-Sur BARRETT/is-Sur BOYD (ECR)

Is-Sa D'ALIMONTE/is-Sa LEPOLA (GUE/NGL)

Is-Sur BORDEZ/is-Sur VAUĠIER/is-Sa GHILARDI (EFD)

Is-Sur BUGALHO (NI)

Is-Sur HILLER, is-Sur PEGAZZANO, is-Sa CASALPRIM, is-Sa SHEIL u s-Sur HUBER

kellhom il-kariga ta' segretarji għal-laqgħa.

Page 8: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 8/42 PV\892457MT.doc

MT

1. Adozzjoni tal-abbozz ta' aġenda

Il-Konferenza tal-Presidenti

- innotat l-abbozz ta' aġenda (PE 479.788/CPG/REV) u adottatu kif jidher f'dawn il-

minuti.

Page 9: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 9/42 PE479.790/CPG

MT

2. Approvazzjoni tal-Minuti tal-laqgħat tad-19 ta' Jannar 2012

Il-Konferenza tal-Presidenti

- innutat u approvat il-minuti tal-laqgħat tad-19 ta' Jannar 2012 li saru fi Strasburgu

(PE 479.714/CPG u l-Anness).

Page 10: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 10/42 PV\892457MT.doc

MT

3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ta’

Frar 2012 fi Strasburgu) – Skedar tad-dibattiti ewlenin fil-plenarja

Il-Konferenza tal-Presidenti

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

kalendarju finali, datat 9 ta' Frar 2012, tal-laqgħat tal-kumitat u tad-delegazzjonijiet,

ippjanati li jsiru fi Strasburgu għas-sessjoni parzjali ta’ Frar II fl-2012

(PE 479.836/CPG/DEF);

ittra bid-data tat-3 ta' Frar 2012 mis-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-

Presidenti tal-Kumitati, dwar rakkomandazzjonijiet rigward l-aġenda tas-sessjonijiet

parzjali Frar II fl-2012 (PE 479.829/CPG u l-anness);

- ikkunsidrat l-abbozz finali tal-aġenda għas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16

ta’ Frar 2012 fi Strasburgu) fid-dawl ta’ noti abbozzati mid-DĠ Presidenza li

jistipulaw id-diversi għażliet, imqassma wara l-laqgħat preparatorji tas-7 u t-8 ta’

Frar 2012 mas-Segretarji Ġenerali tal-gruppi politiċi, u adottat il-proposti li jinsabu

f’dawk in-noti,

Page 11: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 11/42 PE479.790/CPG

MT

4. Komunikazzjonijiet mill-President

4.1 Komunikazzjonijiet bil-miktub mill-President

Il-Konferenza tal-Presidenti

- semgħat lill-President iħabbar li minn issa 'l quddiem, il-Konferenza tal-President se

tiġi pprovduta b'deskrizzjoni bil-miktub tal-kuntatti u l-laqgħat diplomatiċi li kellu l-

President u, għalhekk, dawn il-laqgħat mhux se jissemmew taħt l-avviżi tal-President

fil-futur.

4.2 Ir-rappreżentanza tal-Membri mhux affiljati fil-Konferenza tal-Presidenti

Il-Konferenza tal-Presidenti

- semgħat lill-President jinforma dwar id-deċiżjoni tiegħu, skont l-Artikolu 24(2) tar-

regoli ta' Proċedura dwar il-parteċipazzjoni tal-Membri mhux affiljati fil-Konferenza

tal-Presidenti, u jistieden sa minn Frar 2012 sa April 2013 lis-Sa WERTHMANN, u

minn Mejju 2013 sa Lulju 2014 lis-Sur SOSA WAGNER jattendu l-laqgħat tal-

Konferenza tal-Presidenti; semgħat lis-Sa WERTHMANN taċċetta din l-istedina

f'isem il-Membri mhux affiljati.

4.3 L-implimentazzjoni tal-Kodiċi tal-Kondotta għall-Membri

Il-Konferenza tal-Presidenti

- semgħat lill-President jinforma dwar il-ħatra tal-Membri li ġejjin fuq il-Bord

Konsultattiv:

Carlo CASINI (PPE)

Evelyn REGNER (S&D)

Cecilia WIKSTRÖM (ALDE)

Gerald HÄFNER (GREENS/EFA)

Sajjad KARIM (ECR)

Il-Membri sostituti fuq il-Kumitat Konsultattiv se jkunu:

Page 12: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 12/42 PV\892457MT.doc

MT

Jiří MAŠTÁLKA (GUE/NGL)

Francesco Enrico SPERONI (EFD);

- semgħat lill-President jinforma li l-Membri se jirċievu messaġġ mill-President dwar

l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta, inkluża l-informazzjoni dwar il-

kompożizzjoni tal-Bord Konsultattiv.

4.4 Il-votazzjonijiet b'mod kollettiv fil-Plenarja

Il-Konferenza tal-Presidenti

- semgħat lis-Sur SPERONI jiċċita d-deċiżjoni tal-President li jipproċedi għal

votazzjoni b'mod kollettiv waqt il-votazzjoni dwar ir-rapport FISAS fl-aħħar sessjoni

parzjali l-Ħamis 2 ta' Frar 2012 u jipproponi li l-Kumitat għall-Affarijiet

Kostituzzjonali għandu jeżamina l-interpretazzjoni tal-Artikoli rilevanti fis-seħħ;

- semgħat lill-President jinnota li huwa kien applika l-Artikoli 20 u 161(6) u (7) tar-

Regoli ta' Proċedura, sabiex itejjeb l-effiċjenza waqt li jiżgura kondotta xierqa tal-

votazzjoni;

- kellha skambju ta' fehmiet bil-parteċipazzjoni tas-Sinjuri FOX, WEBER,

SWOBODA u VERHOFSTADT li kkonfermaw il-fatti kif preżentati mill-President

u fakkru li bl-oppożizzjoni ta' 40 Membru jew grupp politiku għal tali proposta qabel

il-votazzjoni, il-votazzjoni kien ikollha ssir separatament; madankollu semgħat lis-

Sur Fox jesprimi l-iskuntentizza tal-gruup ECR bid-deċiżjoni tal-President li jieħu

votazzjonijiet separati "en bloc";

- semgħat lill-President jikkonkludi billi jinnota li r-Regoli kienu applikati b'mod

korrett iżda li, madankollu, fil-futur huwa se jikkomunika tali deċiżjonijiet b'mod li

jippermetti aktar ħin għal interpretazzjoni fil-lingwi kollha.

Page 13: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 13/42 PE479.790/CPG

MT

4.5 Stedina biex jintbagħtu rappreżentanti għal-ewwel laqgħa tat-Task Force UE-Ġordan

Il-Konferenza tal-Presidenti

- semgħat lill-President jinforma dwar ittra mill-Viċi President tal-Kummissjoni/

Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Lady ASHTON, tħabbar li se tippresjiedi, flimkien mal-Prim Ministru tal-Ġordan, l-

ewwel laqgħa tat-Task Force UE-Ġordan fil-21-22 ta' Frar f'Amman. Fid-dawl tal-

esperjenzi pożittivi fil-kuntest tat-Task Force Tuneżija, Lady ASHTON tistieden lill-

PE jinnomina minn tliet sa ħames membri biex jieħdu sehem f'din l-ewwel laqgħa;

semgħat lill-President jissuġġerixxi li tittieħed deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni

nominali ta' dik id-delegazzjoni, ta' ħames membri, fil-Konferenza tal-Presidenti li

jmiss fis-16 ta' Frar 2012.

4.6 Laqgħa mal-Presidenza li jmiss, dik Ċiprijotta, f'Nikosija, Ċipru bejn il-31 ta' Mejju u l-1

ta' Ġunju 2012

Il-Konferenza tal-Presidenti

- semgħat lill-President iħabbar li l-Konferenza tal-Presidenti se tiltaqa' mal-

Presidenza tal-Kunsill li jmiss, dik Ċiprijotta, f'Ċipru bejn il-31 ta' Mejju u l-1 ta'

Ġunju 2012 u jistieden lill-presidenti tal-gruppi kollha jattendu għal din il-laqgħa.

Page 14: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 14/42 PV\892457MT.doc

MT

A. DEĊIŻJONIJIET/SKAMBJI TA' OPINJONIJIET

5. Il-kontribuzzjoni tal-Parlament għall-indirizzar tal-kriżi - Dibattitu ta' orjentazzjoni dwar

kif se nimxu 'l quddiem wara l-laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Jannar 2012

Il-Konferenza tal-Presidenti,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ir-Riżoluzzjoni tal-PE tat-2 ta' Frar 2012 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa

informali tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Jannar 2012 (P7_TA-PROV(2012)0023);

id-diskors mill-President SCHULZ fil-laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew tat-

30 ta' Jannar 2012;

id-Dikjarazzajoni tal-Membri tal-Kunsill Ewropew - 30 ta' Jannar 2012 - lejn

konsolidazzjoni li tiffavorixxi t-tkabbir u tkabbir li jiffavorixxi l-impjiegi;

il-Kummenti lill-Istampa mill-President VAN ROMPUY wara l-laqgħa informali

tal-Membri tal-Kunsill Ewropew - 30 ta' Jannar 2012;

- il-Komunikazzjoni mill-Istati Membri taż-Żona Euro - 30 ta' Jannar 2012;

il-preżentazzjoni tal-President Barroso dwar it-tkabbir fil-laqgħa informali tal-

Kunsill Ewropew tat-30 ta' Jannar 2012 - MEMO/12/57 (PE 479.853/CPG u l-

annessi);

it-Trattat finali dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni

Ekonomika u Monetarja adottat mill-Membri tal-Kunsill Ewropew - verżjoni bid-

data tat-30 ta' Jannar 2012 (PE 479.726/DEF);

- ir-risposta bid-data tas-17 ta' Jannar 2012 mill-President BUZEK għall-ittra bid-

data tal-11 ta' Jannar 2012 mis-Sur Barroso, President tal-Kummissjoni Ewropea,

Page 15: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 15/42 PE479.790/CPG

MT

dwar il-proposti għall-aċċellerazzjoni ta' numru ta' proposti leġiżlattivi mmirati

biex iżidu t-tkabbir u l-impjiegi madwar l-UE (PE 479.828/CPG u l-annessi);

silta mill-Minuti tal-Konferenza tal-Presidenti tal-10 ta' Marzu 2011 dwar il-

ftehimiet fl-ewwel qari (emenda għall-Artikolu 70);

l-ittra mingħand il-President BUZEK lis-Sur CASINI, President tal-Kumitat

għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bid-data tat-18 ta' April 2011 (PE 479.838/CPG);

Abbozz ta' Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali dwar l-emenda

tal-Artikolu 70 tar-Regoli ta' Proċedura dwar in-negozjati interistituzzjonali fi

proċeduri leġislattivi (PE 473.959);

Anness XXI tar-Regoli ta' Proċedura tal-PE - kodiċi ta' kondotta għan-negozjati

fil-kuntest tal-proċeduri leġiżlattivi ordinarji;

- ħadet nota li l-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-laqgħa informali tal-Kunsill

Ewropew tat-30 ta' Jannar 2012 ikkonkluda li t-test finali tat-Trattat il-ġdid kien

imtejjeb f'diversi punti, inklużi numru ta' proposti li saru mir-rappreżentanti tal-PE;

fl-istess riżoluzzjoni, il-Parlament jinsisti madankollu li "l-irkupru ekonomiku jeħtieġ

miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u jagħtu spinta lit-tkabbir sostenibbli u lill-impjiegi u

jilqa' l-fatt li l-Kunsill Ewropew jirrikonoxxi dan, iżda jsostni l-bżonn ta' miżuri

konkreti u profondi";

- fakkret li l-mandat li l-Konferenza tal-Presidenti, fil-laqgħa tagħha tal-10 ta' Marzu

2011, tat lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO) kien jikkonsisti fir-

rieżami tal-Artikolu 70 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, bl-għan li l-

proċedura fl-ewwel qari ssir iktar effettiva, trasparenti u inklużiva, jiġifieri bl-

inklużjoni tal-elementi ewlenin tal-Kodiċi tal-Kondotta fil-parti vinkolanti tar-Regoli

ta' Proċedura;

- innutat l-ittra tal-11 ta' Jannar 2012 mill-President tal-Kummissjoni BARROSO lill-

ex President BUZEK li tissuġġerixxi l-aċċellerazzjoni ta' madwar 35 proposta

Page 16: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 16/42 PV\892457MT.doc

MT

leġiżlattiva u azzjonijiet bl-għan li jistimulaw it-tkabbir u joħolqu l-impjiegi sabiex

jingħataw riżultati marbuta ma' dan il-pakkett sal-aħħar tal-2012 u li l-President

BUZEK, fir-risposta tiegħu tas-17 ta' Jannar 2012, enfasizza kemm hu importanti li

jkunu involuti bis-sħiħ kemm il-Kunsill u kemm l-Istati Membri, waqt li jitqiesu l-

istadji kollha tal-proċedura leġiżlattiva, mit-tħejjija u l-adozzjoni sal-

implimentazzjoni u ħabbar li l-Konferenza tal-Presidenti se terġa' tikkunsidra din il-

kwistjoni taħt il-President il-ġdid;

- semgħat lill-President jintroduċi l-punt billi jiddeskrivi r-rwol fundamentali tal-

Parlament Ewropew fl-għoti tal-viżibilità lill-kwistjonijiet Ewropej. Huwa rrefera

wkoll għall-proposta min-naħa tas-Sur BARROSO tal-aċċellerazzjoni ta' ċerti

proposti u azzjonijiet waqt li enfasizza li fis-snin reċenti kienu pjuttost il-Kunsill u l-

Kummissjoni iktar milli l-Parlament li kienu naqqsu l-pass għall-adozzjoni tal-

leġiżlazzjoni tal-UE, bl-iktar każ estrem ikun dak tal-proposta għall-privattiva

Komunitarja. Huwa enfasizza l-inkonsistenzi differenti fil-lista annessa mal-ittra tal-

President BARROSO. Il-President irrimarka wkoll li aċċellerazzjoni eventwali tal-

proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet m'għandha bl-ebda mod tipperikola l-prerogattivi

istituzzjonali tal-Parlament;

- semgħat skambju inizjali ta’ fehmiet dwar il-kwistjoni, bil-parteċipazzjoni tas-Sur

WEBER, aġent President tal-Grupp PPE, is-Sur SWOBODA, President tal-Grupp

S&D, is-Sur VERHOFSTADT, President tal-Grupp ALDE, is-Sa DURANT, aġent

President tal-Grupp Verts/ALE, is-Sur FOX, aġent President tal-Grupp ECR, is-Sur

BISKY, President tal-Grupp GUE/NGL, is-Sur SPERONI, Kopresident tal-Grupp

EFD, is-Sa WERTHMANN, rappreżentanta tal-Membri mhux affiljati u s-Sur

LEHNE, President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, li kien iffukat, u, inter

alia, dwar:

il-proposta tal-Kummissjoni tal-aċċellerazzjoni ta' ċerti proposti u li l-enfasi

għandha tkun fuq is-sustanza iktar milli l-ħeffa tal-proċess tat-teħid tad-

deċiżjonijiet;

Page 17: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 17/42 PE479.790/CPG

MT

id-dritt tal-inizjattiva tal-Kummissjoni u l-fatt li użu strateġiku ta' rapporti

leġiżlattivi ta’ inizjattiva proprja jista' jwassal biex il-Parlament jinfluwenza diġà

l-fażijiet bikrin tal-abbozzar min-naħa tal-Kummissjoni;

il-modalitajiet għall-għoti ta' mandat lit-tim tan-negozjati biex jidħol f'negozjati

bl-għan li jintlaħaq ftehim fl-ewwel qari;

l-importanza li jkunu armonizzati prattiki tal-ewwel qari bejn il-kumitati

parlamentari u tal-applikazzjoni stretta tal-Kodiċi ta' Kondotta fil-ftehimiet tal-

ewwel qari;

il-possibilità li rapporti ta’ inizjattiva proprja jkunu ffukati fuq kwistjonijiet

fundamentali sabiex il-Parlament u b'mod speċjali l-plenarja jiffukaw iktar ir-rwol

tal-Parlament bħala koleġiżlatur:

l-importanza li d-dibattiti fil-Plenarja jkunu iktar mqanqla, u b'hekk iżidu l-

viżibilità tal-Parlament;

il-leġittimità demokratika tal-miżuri proposti mit-Trojka sabiex jinstab rimedju

tal-kriżi ekonomika u soċjali fil-Greċja;

- semgħat lill-President li, bħala konklużjoni, enfasizza r-rwol ta' tmexxija tal-

Konferenza tal-Presidenti għall-Parlament u li atturi ewlenin għandhom ikunu

mistiedna regolarment waqt il-formati varji tal-Konferenza tal-Presidenti sabiex il-

Parlament ikun jista' jirreaġixxi malajr għal żviluppi ġodda fix-xenarju Ewropew u

globali u b'hekk itejjeb il-viżibilità tiegħu; huwa esprima wkoll l-intenzjoni tiegħu li

jikteb lill-Kummissjoni u lill-Kunsill bl-argument tiegħu li l-proċedura aċċellerata

proposta mhix eskluża f'każijiet speċifiċi ħafna fejn ikun ftehim bejn it-tliet

istituzzjonijiet flimkien sakemm din ma tidħolx fuq il-prerogattivi tal-Parlament u

b'nota li tgħid li l-Parlament ma kienx l-Istituzzjoni li dewmet l-adozzjoni tal-

leġiżlazzjoni fil-passat;

- iddeċidiet li

Page 18: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 18/42 PV\892457MT.doc

MT

jistieden lis-Sur GAUZÈS u s-Sa FERREIRA, Rapporteurs għall-Kumitat għall-

Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) dwar il-proposti "two-pack", biex

jipparteċipaw fi skambju ta' fehmiet f'laqgħa futura tal-Konferenza tal-Presidenti;

jistieden lis-Sur GUERRERO, Rapporteur tal-Kumitat għall-Affarijiet

Kostituzzjonali dwar l-emenda tal-Artikolu 70, biex jipparteċipa fi skambju ta'

fehmiet f'laqgħa futura tal-Konferenza tal-Presidenti;

jistieden lis-Sa BOWLES, President tal-Kumitat ECON u lis-Sa BERÈS,

President tal-Kumitat EMPL jorganizzaw skambju konġunt ta' fehmiet ma'

rappreżentanti tat-Trojka kif ukoll rappreżentanti tal-awtoritajiet Griegi.

Page 19: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 19/42 PE479.790/CPG

MT

B. PROPOSTI GĦAL DEĊIŻJONIJIET MINGĦAJR DIBATTITU

6. Ħatra ta' tliet membri permanenti tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni - kompożizzjoni politika

tas-27 Membru tad-delegazzjoni (Artikolu 68 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

proposta mill-gruppi politiċi dwar il-ħatra ta' tliet Viċi Presidenti l-kompożizzjoni

politika tad-delegazzjoni ta' 27 Membru tal-PE għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

(PE 479.843/CPG u l-anness);

silta mill-Minuti tal-Konferenza tal-Presidenti tal-10 ta' Settembru 2009 (PE

426.385/CPG);

- ħadet nota tan-nominazzjonijiet mill-gruppi politiċi tal-Viċi Presidenti is-Sur Gianni

PITTELLA, is-Sur Alejo VIDAL-QUADRAS u s-Sur Georgios PAPASTAMKOS

bħala membri permanenti tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta'

Konċiljazzjoni u approvathom ;

- ħadet nota tal-proposta mill-gruppi politiċi dwar il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni

tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li tikkorrispondi għall-kompożizzjoni

tal-Parlament mill-gruppi politiċi u tikkonsisti f'numru indaqs għan-numru ta'

membri tad-delegazzjoni għall-Kunsill, u approvatha;

Page 20: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 20/42 PV\892457MT.doc

MT

7. Talba għall-applikazzjoni tal-proċedura b'kumitati assoċjati (Artikolu 50) mill-Kumitat

għall- għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-

Konsumatur rigward il-proposta għal "Roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni

mobbli fi ħdan l-Unjoni (Riformulazzjoni)" - Ittra mis-Sur LEHNE, President tal-

Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra tal-14 ta’ Diċembru 2011, mis-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-

Presidenti tal-Kumitati, dwar il-kwistjoni msemmija hawn fuq (PE 479.696/CPG

u l-annessi);

- ħadet nota tal-ittra mis-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-

Kumitati, fejn esprima l-qbil mad-delimitazzjoni tal-kompetenzi skont l-Artikolu 50

tar-Regoli ta' Proċedura għall-punti li ġej:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar roaming fuq

netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (Riformulazzjoni) -

COM (2011)0402 - 2011/0187(COD)

Kumitat responsabbli: ITRE

L-IMCO kien talab l-applikazzjoni tal-Artikolu 50;

- approvat it-talba inkwistjoni.

Page 21: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 21/42 PE479.790/CPG

MT

8. Talba għal assoċjazzjoni mill-Kumitat għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 50 fir-rigward ta’

rapport mhux leġiżlattiv ta’ inizjattiva proprja mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin bit-

titolu “Il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-

Demokrazija (EED)” – Ittra mis-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-

Kumitati

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra bid-data tal-010 ta' Jannar 2012mis-Sur LEHNE, President tal-Konferenza

tal-Presidenti tal-Kumitati, dwar il-kwistjoni msemmija hawn fuq (PE

479.751/CPG u l-annessi);

- ħadet nota tat-talba għal assoċjazzjoni mill-Kumitat għall-Iżvilupp (DEVE) skont l-

Artikolu 50 fir-rigward ta’ rapport mhux leġiżlattiv ta’ inizjattiva proprja mill-

Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) bit-titolu “Il-modalitajiet għall-

istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED)”;

- innutat ir-rakkomandazzjoni tal-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

skont liema rakkomandazzjoni:

it-talba tal-Kumitat DEVE għal assoċjazzjoni skont l-Artikolu 50 fir-rigward

tar-rapport AFET tkun irrifjutata;

il-Kumitat DEVE jkun awtorizzat jikkontribwixxi opinjoni sont l-Artikolu 49;

- approvat ir-rakkomandazzjoni tal-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-

Kumitati.

Page 22: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 22/42 PV\892457MT.doc

MT

9. Talba mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur għall-ħatra ta' żewġ

korapporteurs għal opinjoni dwar il-proposta għal regolament dwar Liġi Komuni Ewropea

dwar il-Bejgħ - Ittra mis-Sur HARBOUR, President tal-Kumitat ikkonċernat

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra bid-data tat-3 ta’ Jannar 2011, mis-Sur HARBOUR, President tal-Kumitat

ikkonċernat, dwar il-kwistjoni msemmija hawn fuq (PE 479.746/CPG);

- ħadet nota tal-ittra mill-President tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-

Konsumatur b'talba għall-awtorizzazzjoni għall-ħatra ta' żewġ korapporteurs għal

opinjoni dwar il-proposta għal regolament dwar Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ

-Talba mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

- fakkret li waqt li r-Regoli ta' Proċedura ma jagħmlu l-ebda dispożizzjoni speċifika

għall-ħatra ta' rapporteurs u korapporteurs għal rapport individwali, il-Konferenza

tal-Presidenti f'okkażżjonijiet preċedenti għamlet eċċezzjonijiet li hi qieset ta'

importanza politika kbira, b'mod partikulari fi kwistjonijiet istituzzjonali u baġitarji;

enfasizzat li dawk il-ftit eċċezzjonijiet jirrelataw kważi għal kollox biss ma'

rapporteurs fil-kumitat prinċipali u mhux għal rapporteurs għl opinjoni;

- awtorizzat, eċċezzjonalment, it-talba għall-ħatra ta' żewġ korapporteurs għal opinjoni

għar-rapport inkwistjoni.

Page 23: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 23/42 PE479.790/CPG

MT

10. Il-Ħatra ta' esperti fuq il-Bord Ewropew għal "Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew" 2013-

2014 - Ittra mis-Sa PACK, President tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra bid-data tal-10 ta' Jannar 2012, mis-Sa PACK, President tal-Kumitat għall-

Kultura u l-Edukazzjoni, dwar il-kwistjoni msemmija hawn fuq (PE 479.764/CPG

u l-annessi);

- ħadet nota tal-ittra mis-Sa Pack President tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

li fiha ttrasmettiet il-proposta għall-ħatra ta' esperti indipendenti biex iservu f'2013-

2014 bħala membri tal-Bord Ewropew stabbilit biex jagħmel għażla u monitoraġġ

fil-livell tal-Unjoni ta' siti li għandhom jingħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju

Ewropew;

- innutat il-lista ta' esperti proposti kif ġej:

1. is-Sur Jean MUSITELLI, membri tal-kumitat permanenti Franċiż tal-

UNESCO

2. is-Sa Beatrice KELLY, Kap tal-Politika u r-Riċerka fil-Kunsill tal-

Patrimonju tal-Irlanda

3. is-Sur Michele RAK, storiku tal-Patrimonju Kulturali Taljan

4. is-Sur Roland BERNECKER, Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni

Ġermaniża għall-UNESCO;

- iddeċidiet li taħtar lill-personalitajiet imsemmija hawn fuq u tistieden lill-President

jinforma lill-Kummissjoni Ewropea b'dan.

Page 24: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 24/42 PV\892457MT.doc

MT

Żjarat barra t-tliet postijiet tax-xogħol

11. Talba mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu li jibgħat delegazzjoni Washington mill-5

sat-8 ta' Marzu 2012 - Ittra mis-Sur SIMPSON, President tal-Kumitat ikkonċernat

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra bid-data tad-19 ta' Jannar 2012, mis-Sur SIMPSON, President tal-Kumitat

ikkonċernat dwar il-kwistjoni msemmija hawn fuq (PE 479.792/CPG/BUR, l-

annessi u d-dikjarazzjoni finanzjarja);

- ħadet nota

- ittenni l-importanza li tagħti lill-kuntatti regolari u ffukati bejn l-ispeċjalisti fl-USA u

l-UE fuq kwistjonijiet ta' interess komuni fil-qafas tad-Djalogu bejn il-Leġiżlaturi

Transatlantiċi; innutat li l-objettiv iddikjarat taż-żjara huwa, inter alia, il-kuntatt

dirett mal-kontropartijiet fil-Kungress tal-USA bi tħejjija għal laqgħa fil-qafas tat-

TLD li jmiss, speċjalment rigward il-kwistjoni tas-sigurtà fit-trasport;

- innutat madankollu li d-delegazzjoni mhix parti mill-programm annwali 2012 għall-

ivjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-Kumitati barra t-tliet postijiet tax-xogħol tal-

Parlament Ewropew kif approvati mill-Bureau fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Diċembru

2011; fakkret li fl-adozzjoni tal-programm għall-ivjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-

Kumitati barra t-tliet postijiet tax-xogħol fl-2012, il-Bureau enfasizza l-ħtieġa ta'

trażżin baġitarju;

- innutat li d-dati tal-vjaġġ għal din id-delegazzjoni huma f'ġimgħa mħallta riservata

għal-laqgħat tal-kumitati u tal-gruppi politiċi;

- innutat li l-Kumitat qed jitlob li jivvjaġġa bħala delegazzjoni magħmula minn erba’

Membri mal-President barra l-kwota annwali u Membru wieħed għandu jkun maħtur

Page 25: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 25/42 PE479.790/CPG

MT

f'isem id-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti fuq il-bażi tal-Artikolu 9

dwar l-ivvjaġġar mid-delegazzzjonijiet tal-Kumitati barra t-tliet postijiet tax-xogħol

tal-PE; fakkret li skont ir-Regoli, il-President tad-delegazzjoni interparlamentari

kkonċernata, jew membru ta' dik id-delegazzjoni nnominat mill-President biex

jirrappreżentaha, jistgħu jiġu mistiedna jakkumpanjaw id-delegazzjoni tal-kumitat

bħala membru addizzjonali; innutat madankollu li l-ebda ittra korrispondenti li

tapprova tali rikjesta għada ma kienet trażmessa mill-President tad-delegazzjoni

interparlamentari kkonċernata,

- iddispjaċiha min-nuqqas ta' preċiżjoni tal-programm sottomess; innutat, madankollu,

li hi kellha l-intenzjoni, fil-prinċipju, li tagħmel laqgħat mis-6 sat-8 ta' Marzu

b'titjiriet lejn Washington skedati li jitilqu mill-Ewropa fil-5 ta' Marzu 2012; fakkret

li l-Artikolu 7 tar-Regoli fis-seħħ jillimita t-tul tal-missjonijiet għal tliet ijiem,

maadnkollu jipprevedi l-possibilità li jagħti sa jumejn addizzjonali għall-ivjaġġar fil-

każ ta' vjaġġ twil;

- issuġġeriet li ma tagħtix l-awtorizzazzjoni lid-delegazzjoni għaliex tikkoinċidi mal-

jumejn irriservati għal-laqgħat tal-gruppi politiċi u għalhekk mhix f'konformità mal-

Artikolu 6 tar-regoli applikabbli; stiednet lill-Kumitat jipproponi dati ġodda għaż-

żjara tad-delegazzjoni li jkunu f'konformità mar-regoli applikabbli;

- irreferiet il-kwistjoni lill-Bureau għal deċiżjoni finali.

Page 26: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 26/42 PV\892457MT.doc

MT

12. Talba mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel biex jibgħat

delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro mill-20 sat-22 ta' Ġunju 2012 - Ittra

mingħand is-Sur LEINEN, President tal-kumitat ikkonċernat

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra bid-data tal-11 ta' Jannar 2012, mis-Sur LEINEN, President tal-kumitat

ikkonċernat, dwar il-kwistjoni msemmija hawn fuq (PE 479.763/CPG, l-anness u

d-dikjarazzjoni finanzjarja);

- ħadet nota tal-ittra bid-data tal-11 ta' Jannar 2012, mis-Sur LEINEN, President tal-

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel fejn jitlob

awtorizzazzjoni li jibgħat delegazzjoni ta' 12-il persuna (ħdax-il persuna fuq il-bażi

tal-kwota disponibbli tal-kumitat u l-president barra l-kwota) għas-Summit Rio+20

f'Rio de Janeiro mid-19 sat-23 ta' Ġunju 2012 (inkluż il-vjaġġ) biex tappoġġa l-

pożizzjoni tal-UE fin-negozjati permezz ta' netwerking ma' partiti u partijiet

interessati;

- innutat li d-delegazzjoni hi parti mill-programm annwali 2012 għall-ivjaġġar mid-

delegazzjonijiet tal-kumitati barra t-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew,

għalkemm mingħajr data preċiża u b'talba li jivvjaġġaw 10 Membri, kif approvat

mill-Bureau fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2011;

- innutat li d-dati taż-żjara, inkluż il-vjaġġ, jikkoinċidu ma' dati rriservati għall-

attivitajiet tal-kumitati u jinkludu ġurnata mingħajr attivitajiet parlamentari (il-

Ġimgħa);

- fakkret fid-dispożizzjonijiet, u speċjalment punt 27, tal-Ftehim ta' Qafas dwar ir-

relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea;

- fakkret li fl-adozzjoni fit-12 ta' Diċembru 2011 tal-programm għall-ivjaġġar mid-

delegazzjonijiet tal-Kumitati barra t-tliet postijiet tax-xogħol fl-2012, il-Bureau

enfasizza l-ħtieġa ta' trażżin baġitarju; innutat li wara l-awtorizzazzjoni tad-

Page 27: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 27/42 PE479.790/CPG

MT

delegazzjoni attwali, il-Kumitat għall-Ambjent mhux se jibqagħlu kwota biex

jivvjaġġa barra l-UE fl-2012; innutat li dak il-Kumitat ressaq talba ulterjuri biex

jibgħat delegazzjoni għall-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Kwadru tan-

Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li se ssir il-Qatar mis-26 ta' Novembru

sas-7 ta' Diċembru li, fil-fehma tal-Bureau espressa fit-12 ta' Diċembru 2011, għadha

wkoll, fil-prinċipju, tittieħed mill-kwota/i annwali tal-kumitat/i kkonċernat/i;

- madanakollu approvat il-bgħit tad-delegazzjoni komposta minn massimu ta' 11-il

Membru u wkoll il-President tal-Kumitat, bil-ftehim li l-kwota tal-kumitat għall-

ivjaġġar barra mill-UE tkun irrispettata u li ma jkunu mitluba l-ebda servizzi ta'

interpretazzjoni; u b'enfasi fuq il-fatt li l-ebda akkreditazzjoni oħra bħala parti mid-

delegazzjoni tal-UE mhi se tintalab mill-Parlament; issuġġeriet li l-President ikun

mistieden jinforma lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-inklużjoni ta' massimu ta'

12-il Membru fid-delegazzjoni tal-Unjoni għall-konferenza f'Rio msemmija hawn

fuq;

- irreferiet il-kwistjoni lill-Bureau għal deċiżjoni finali.

Page 28: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 28/42 PV\892457MT.doc

MT

13. Talba mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel biex jibgħat

delegazzjoni ad hoc delegazzjoni għat-18-il Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima li se ssir

il-Qatar mit-3 sa7-8 ta' Diċembru - Ittra mingħand is-Sur LEINEN, President tal-kumitat

ikkonċernat

Dan il-punt ġie pospost.

Page 29: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 29/42 PE479.790/CPG

MT

14. Talba mill-Kumitat għas-Sajd biex jipparteċipa fil-Konferenza annwali tal-Kummissjoni

għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali fi Guam, mill-25 sat-28 ta' Marzu

2012 - Ittra mis-Sur MATO ADROVER, President tal-Kumitat ikkonċernat

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra bid-data tas-26 ta' Jannar 2012, mis-Sur MATO ADROVER, President tal-

kumitat ikkonċernat, dwar il-kwistjoni msemmija hawn fuq (PE 479.810/CPG, l-

anness u d-dikjarazzjoni finanzjarja);

- innutat l-ittra bid-data tas-26 ta' Jannar 2012, mis-Sur MATO ADROVER, President

tal-Kumitat għas-Sajd li titlob awtorizzazzjoni għall-bgħit ta' delegazzjoni fi Guam

mill-25 sat-28 ta' Marzu 2012, inkluż il-vjaġġ, biex tipparteċipa fit-Tmien Sessjoni

Regolari tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali li se

ssir mis-26 sat-30 ta' Marzu 2012; innutat li n-numru tal-Membri li għalihom qed

issir it-talba li jivvjaġġaw mhux speċifikat fit-talba, iżda li fl-abbozz tad-

dikjarazzjoni finanzjarja tniżżel Membru wieħed biex jivvjaġġa;

- innutat li l-fatt li d-dati tal-ivjaġġar għal din id-delegazzjoni tinkludi ġurnata

mingħajr attivitajiet parlamentari, ġranet riservati għall-kumitati u nofs ġurnata

riservata għal-laqgħat tal-gruppi politiċi; innutat li d-delegazzjoni esprimiet impenn

sod li tiġi lura filwaqt għall-bidu tal-plenarja skedata għat-28 ta' Marzu 2012;

- innutat li d-delegazzjoni mhix parti mill-programm annwali 2012 għall-ivjaġġar mid-

delegazzjonijiet tal-Kumitati barra t-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew

kif approvati mill-Bureau fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2011 u li t-Tmien

Sessjoni Regolari tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku

Ċentrali oriġinarjament kellha ssir f'Palau mill-5 sad-9 ta' Diċembru 2011 u kienet

inkluża fil-programm annwali għas-sena 2011;

Page 30: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 30/42 PV\892457MT.doc

MT

- fakkret fir-Regoli tar-Regoli rigward l-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-kumitati

barra mit-tliet postijiet tax-xogħol, u b'mod partikulari, l-Artikolu 2 (1), l-Artikolu 5

(3), l-Artikolu 6 , l-Artikolu 7 dwar l-użu tal-kwota annwali tal-kumitati għall-

missjonijiet f'pajjiżi barra mill-UE, id-dati u t-tul tagħhom; innutat li nofs ġurnata

mid-dati previsti għall-ivjaġġar hija rriservata għal-laqgħat tal-gruppi politiċi, u,

għalhekk, mhix f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regoli rilevanti;

- irreferiet għar-rimarki fid-deċiżjoni tal-Bureau fit-12 ta' Diċembru 2011 rigward il-

programm għall-ivjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-Kumitati barra t-tliet postijiet tax-

xogħol fl-2012, u enfasizzat li "fir-rigward taż-żewġ talbiet PECH ... dawn iż-żjarat

għandhom isiru mill-kwota annwali tal-kumitati għall-ivvjaġġar barra l-UE, li trid

tiġi rispettata" u tikkonkludi li, b'konformità ma' din id-deċiżjoni, dan il-prinċipju

għandu japplika wkoll għal kwalunkwe żjara addizzjonali tal-istess natura;

- approvat it-talba, fuq bażi strettament eċċezzjonali u bil-fehim li Membru wieħed

biss tal-Kumitat se jivvjaġġa, sakemm il-wota annwali tal-kumitat għall-vjaġġi barra

mill-UE tkun rispettata, u dan se jirrikjedi modifika tan-numru ppjanat ta' Membri li

se jieħdu sehem fi żjarat oħra tal-istess tip skedati fil-programm annwali, u tenfasizza

l-ħtieġa stretta li ż-żjara tad-delegazzjoni tispiċċa fil-ħin sabiex tiżgura l-

parteċipazzjoni tal-Membru kkonċernat fis-sessjoni parzjali kollha li tibda fit-28 ta'

Marzu 2012;

- stiednet lill-Kumitat għas-Sajd jibgħat l-isem tal-Membru li se jipparteċipa fid-

delegazzjoni

- stiednet lill-President jinforma lill-Kummissjoni dwar l-inklużjoni ta' dan il-Membru

f'din id-delegazzjoni tal-Unjoni għall-konferenza msemmija hawn fuq:

- irreferiet il-kwistjoni lill-Bureau għal deċiżjoni finali.

Page 31: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 31/42 PE479.790/CPG

MT

15. Talba biex tintbagħat delegazzjoni l-Bjelorussja fil-1 u t-2 ta’ Marzu 2012 – Ittra mis-

Sur VIGENIN, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Euronest u s-Sur SARYUSZ-

WOLSKI, Kopresident tal-Grupp ta’ Ħidma Euronest għall-Bjelorussja

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra bid-data tas-26 ta' Jannar 2012 mis-Sur VIGENIN, Kopresident tal-

Assemblea Parlamentari Euronest u s-Sur SARYUSZ-WOLSKI, Kopresident tal-

Grupp ta’ Ħidma Euronest għall-Bjelorussja, dwar is-suġġett imsemmi hawn fuq

(PE 479.794/CPG, l-annessi u d-dikjarazzjoni finanzjarja);

- ħadet nota tat-talba tas-Sur VIGENIN, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari

Euronest u s-Sur SARYUSZ-WOLSKI, Kopresident tal-Grupp ta’ Ħidma Euronest

għall-Bjelorussja biex tintbagħat delegazzjoni l-Bjelorussja fil-1 u t-2 ta’ Marzu 2012

magħmula mis-Sur GODMANIS, MEP u Membru wieħed tal-Parlament Moldovan

bil-kompitu li jkollha taħdidiet mal-awtoritajiet Bjelorussi u partijiet politiċi

interessati oħra;

- innotat li d-dati inkwistjoni jikkoinċidu ma’ ġurnata tal-kumitati parlamentari u

Ġimgħa mingħajr attività parlamentari u li t-talba għaldaqstant mhix konformi mal-

Artikolu 6 tad-Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jirregolaw ix-xogħol tad-

Delegazzjonijiet;

- innutat li din id-delegazzjoni ma ġietx inkluża fil-programm annwali tal-ivjaġġar

mid-delegazzjonijiet permanenti u l-Assemblei Interparlamentari għall-2012, kif

adottat mill-Konferenza tal-Presidenti fit-8 ta’ Diċembru 2011;

- innotat li d-deċiżjoni tal-Assemblea Parlamentari Euronest tat-3 ta’ Mejju 2011 dwar

it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ħidma għall-Bjelorussja tipprevedi l-possibbiltà għall-Grupp

ta’ Ħidma li jorganizza żjarat fil-pajjiż sabiex isegwi l-preparazzjonijiet tal-

elezzjonijiet parlamentari Bjelorussi previsti għal Settembru 2012;

Page 32: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 32/42 PV\892457MT.doc

MT

- innotat li, fil-prinċipju, skont l-Artikolu 6(1) tad-Dispożizzjonijiet ta’

implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet, il-missjonijiet

għandhom isiru matul il-ġimgħat maħsuba għall-attivitajiet parlamentari esterni;

tinnota li d-dati tal-missjoni mitluba jikkoinċidu ma’ ġurnata tal-kumitati u ġurnata

mingħajr attivitajiet parlamentari;

- awtorizzat it-talba b’eċċezzjoni.

Page 33: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 33/42 PE479.790/CPG

MT

16. Talba biex tintbagħat delegazzjoni biex tattendi laqgħat tal-Bureau u l-Bureau Mkabbar

tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (AP-UgħM) f’Rabat, il-Marokk,

fis-17 ta’ Frar 2012 – ittra mis-Sa SAÏFI, President tal-Kumitat AP-UgħM

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra bid-data tal-31 ta’ Jannar 2012 mis-Sa SAÏFI, President tal-Kumitat għall-

Affarijiet Politiċi tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (AP-

UgħM), dwar is-suġġett imsemmi hawn fuq (PE 479.809/CPG, l-annessi u d-

dikjarazzjoni finanzjarja);

- ħadet nota tat-talba tal-31 ta’ Jannar 2012 mis-Sa SAÏFI, President tal-Kumitat għall-

Affarijiet Politiċi tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (AP

UgħM), biex tibgħat delegazzjoni magħmula minn erba’ Membri għal-laqgħat tal-

Bureau u l-Bureau Mkabbar tal-AP UgħM, li se jsiru f’Rabat, il-Marokk, fis-

17 ta’ Frar 2012;

- innotat li din id-delegazzjoni tidher fil-programm tal-attivitajiet tal-AP UgħM għall-

2012, kif adottat mill-Konferenza tal-Presidenti fit-8 ta’ Diċembru 2011, madankollu

mingħajr data speċifika;

- innotat li d-data inkwistjoni tikkoinċidi ma’ Ġimgħa mingħajr attività parlamentari

wara Seduta Plenarja fi Strasburgu u li t-talba għaldaqstant mhix konformi mal-

Artikolu 6 tad-Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jirregolaw ix-xogħol tad-

Delegazzjonijiet;

- awtorizzat it-talba b'eċċezzjoni.

Page 34: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 34/42 PV\892457MT.doc

MT

17. Talba mill-Grupp PPE għal awtorizzazzjoni biex issir laqgħa tal-Bureau tal-Grupp fis-17 u

t-18 ta’ Mejju 2012 f’Killarney, l-Irlanda – Ittra mis-Sur BIESMANS, Deputat Segretarju

Ġenerali tal-grupp

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra bid-data tal-14 ta’ Diċembru 2011, mis-Sur BIESMANS, Deputat Segretarju

Ġenerali tal-Grupp ikkonċernat, dwar is-suġġett imsemmi hawn fuq (PE

479.798/CPG u d-dikjarazzjoni finanzjarja);

- ħadet nota tat-talba tal-Grupp PPE biex issir laqgħa tal-Bureau tagħha f’Killarney, l-

Irlanda, mis-17 sat-18 ta’ Mejju 2012 (bis-17 ta’ Mejju tkun festa pubblika (l-

Axxensjoni));

- awtorizzat it-talba b'eċċezzjoni.

18. Talba mill-Grupp GUE/NGL għal awtorizzazzjoni biex issir laqgħa tal-Grupp mill-1 sal-

4 ta’ Ottubru 2012 f’Ċipru – Ittra mis-Sur BISKY, President tal-grupp

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra tal-10 ta’ Jannar 2012, mis-Sur BISKY, President tal-Grupp GUE/NGL,

dwar is-suġġett imsemmi hawn fuq (PE 479.762/CPG u d-dikjarazzjoni

finanzjarja);

- ħadet nota tat-talba tal-Grupp GUE/NGL biex issir laqgħa tal-grupp f’Nicosia, Ċipru,

mill-1 sal-4 ta’ Ottubru 2012 (bl-4 ta’ Ottubru jkun il-Ħamis riservat għal-laqgħat tal-

kumitat);

Page 35: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 35/42 PE479.790/CPG

MT

- awtorizzat it-talba b'eċċezzjoni.

Page 36: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 36/42 PV\892457MT.doc

MT

19. Talba mill-Grupp PPE għal awtorizzazzjoni biex issir laqgħa tal-Bureau tal-Grupp mill-4

sas-6 ta’ Ottubru 2012 fir-reġjun ta’ Rhine-Main, il-Ġermanja – Ittra mis-Sur BIESMANS,

Deputat Segretarju Ġenerali tal-grupp

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra bid-data tal-4 ta’ Novembru 2011, mis-Sur BIESMANS, Deputat Segretarju

Ġenerali tal-Grupp PPE, dwar is-suġġett imsemmi hawn fuq (PE 479.797/CPG u

d-dikjarazzjoni finanzjarja);

- ħadet nota tat-talba tal-Grupp PPE biex issir laqgħa tal-Bureau tiegħu fir-reġjun ta’

Rhin-Main, il-Ġermanja, mill-4 ta’ Ottubru sas-6 ta’ Ottubru 2012 (Ħamis riservat

għal-laqgħat tal-kumitat, Ġimgħa mingħajr attività parlamentari u Sibt);

- awtorizzat it-talba b'eċċezzjoni.

Page 37: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 37/42 PE479.790/CPG

MT

20. Kwistjonijiet urġenti u varji

20.1 Konsultazzjoni tas-Servizz Legali dwar ftehimiet Internazzjonali

Il-Konferenza tal-Presidenti

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

id-Deċiżjoni tal-Bureau dwar il-konsultazzjoni tas-Servizz Legali, tat-

28 ta’ Jannar 2004 (PE 339.484/BUR);

- semgħat lis-Sur VERHOFSTADT, President tal-Grupp ALDE, ifakkar li fil-laqgħat

preċedenti talab lill-Konferenza tiddiskuti l-proposta li, bħala regola ġenerali, is-

Servizz Legali tal-Parlament għandu jipprovdi opinjoni dwar kull abbozz ta’ ftehim

internazzjonali qabel ma ssir votazzjoni dwar il-ftehim. Is-Sur VERHOFSTADT

innota li waqt li din il-proposta jista' ma jkollhiex l-appoġġ tal-maġġoranza ikun

xieraq li jiġu riveduti r-regoli fis-seħħ dwar il-konsultazzjoni tas-Servizz Legali, li

jġibu d-data tal-2004, sabiex isiru l-aġġornamenti neċessarji;

- kellha skambju qasir ta’ opinjonijiet dwar il-kwistjoni, bil-parteċipazzjoni tas-

Sur WEBER, Aġent President tal-Grupp PPE, is-Sur SWOBODA, President tal-

Grupp S&D, is-Sa DURANT, Aġent President tal-Grupp Verts/ALE u s-Sur FOX,

Aġent President tal-Grupp ECR, kif ukoll is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza

tal-Presidenti tal-Kumitati, li innota li fl-esperjenza tiegħu l-kumitati fl-ebda każ ma

esperjenzaw diffikultajiet prattiċi fil-konsultar tas-Servizz Legali meta dan tqies

neċessarju;

- innotat li r-regoli attwali jipprovdu lill-presidenti tal-kumitati bil-possibbiltà li jitolbu

tfassil ta’ opinjoni legali u li din il-possibbiltà kienet ukoll miftuħa għal entitajiet

oħra jew nies b’karigi ewlenin; qablet b’maġġorazza kbira li ma kienx hemm bżonn

li timxi lejn sistema ta’ riferiment awtomatiku tal-ftehimiet internazzjoni lis-Servizz

Legali, qablet ukoll, madankollu, li jkun xieraq li tiddiskuti r-regoli relevanti li kienu

ġew adottati mill-Bureau.

Page 38: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 38/42 PV\892457MT.doc

MT

20.2 Il-parteċipazzjoni tal-President f’dibattitu politiku mis-siġġu tal-President

Il-Konferenza tal-Presidenti,

- innutat il-mistoqsija tas-Sur SPERONI lill-President jekk kienx beħsiebu jintervjeni

f’dibattiti politiċi mis-siġġu tal-President jew jekk għandux jeħodlu postu l-Viċi

President għall-intervent tiegħu;

- semgħat lill-President jikkonferma li, jekk jipparteċipa f’dibattitu politiku, mhux se

jagħmel dan waqt li jippresjedi.

20.3 Stedina għal osservaturi Kroati fil-PE

Il-Konferenza tal-Presidenti,

- innotat is-suġġeriment tas-Sur SWOBODA biex tiġi ffaċilitata kemm jista’ jkun l-

integrazzjoni tal-osservaturi Kroati;

- semgħat lill-President jinforma li, jekk il-Konferenza tal-Presidenti tesprimi tali xewqa,

is-servizzi jagħmlu possibbli li jirċievu lill-osservaturi Kroati anke mill-1 ta’ April 2012;

- iddeċiediet li tirċievi lill-osservaturi Kroati fl-1 ta’ April 2012.

20.4 Ammissibbiltà ta’ talbiet għal mistoqsijiet orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub

Il-Konferenza tal-Presidenti,

- semgħat lis-Sur SPERONI jinforma li l-Membri tal-grupp politiku tiegħu reċentment

ma tħallewx jagħmlu mistoqsijiet orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub mingħajr kien

speċifikat għalhiex kienu kontra r-regoli, kif dawn stennew li jsir;

- semgħat lill-President jirreferi għall-qafas ġenerali li jiddefinixxi l-ammissibbiltà tal-

mistoqsijiet orali u d-dikjarazzjonijiet bil-miktub, biex jiżgura li t-talbiet li jkunu

Page 39: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 39/42 PE479.790/CPG

MT

inammissibbli b’mod ċar biss ma jitħallewx jitressqu, u stiednet lis-Sur SPERONI

jikkuntattja lill-Kabinett tiegħu sabiex jeżamina l-kwistjoni.

Page 40: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 40/42 PV\892457MT.doc

MT

21. Punti għal skopijiet ta' informazzjoni

21.1 Korrispondenza interna

Il-Konferenza tal-Presidenti

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra bid-data tas-7 ta’ Frar 2012 mill-President SCHULZ lis-

Sa WERTHMANN u s-Sur SOSA WAGNER dwar ir-rappreżentazzjoni tal-

Membri mhux affiljati fil-Konferenza tal-Presidenti minn Frar 2012 sa

Lulju 2014 (PE 479.841/CPG);

ittra bid-data tat-2 ta' Frar 2012 mis-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-

Presidenti tal-Kumitati, dwar lista ta' talbiet għall-kumitati parlamentari biex

ifasslu rapporti ta’ inizjattiva proprja skont l-Artikolu 48 (PE 479.818/CPG u l-

annessi);

ittra bid-data tat-2 ta' Frar 2012 mis-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-

Presidenti tal-Kumitati, dwar żewġ talbiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 50

rigward il-proċedura tal-kumitati assoċjati (PE 479.819/CPG u l-annessi);

ittra bid-data tat-2 ta' Frar 2012 mis-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-

Presidenti tal-Kumitati, dwar żewġ talbiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51

rigward il-proċedura ma’ laqgħat tal-kumitati konġunti (PE 479.822/CPG u l-

annessi);

nota bid-data tal-24 ta’ Jannar 2012 mis-Sur AGUIRIANO, Direttur Ġenerali

għall-Politiki Esterni, dwar ħarsa ġenerali tal-programm ta’ attivitajiet tal-

Delegazzjonijiet Interparlamentari, il-Kumitati Parlamentari Konġunti u l-

Assemblei Parlamentari għall-2011 (PE 489.811/CPG u l-anness).

Page 41: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PV\892457MT.doc 41/42 PE479.790/CPG

MT

21.2 Posta interistituzzjonali

Xejn

21.3 Posta esterna

Il-Konferenza tal-Presidenti

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra ta' stedina bid-data tal-24 ta' Jannar 2012 mill-President Martin SCHULZ,

lill-President tat-Tuneżija, dwar żjara uffiċjali lill-Parlament Ewropew fi Frar

din is-sena (PE 479.800/CPG);

Page 42: 9 ta' Frar 2012€¦ · 3. Adozzjoni tal-abbozz finali tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ Frar II (mit-13 sas-16 ... jibgħat delegazzjoni għas-Summit Rio+20 f'Rio de Janeiro

PV CPG 09.02.2012

PE479.790/CPG 42/42 PV\892457MT.doc

MT

22. Data u post tal-laqgħa li jmiss

Il-Konferenza tal-Presidenti

- innutat li l-Konferenza tal-Presidenti kien se jkollha l-laqgħa ordinarja li jmiss tagħha

l-Ħamis 16 ta’ Frar 2012, mill-10.00 sa 12.00 fis-Sala R1.1 tal-Bini Louise WEISS fi

Strasburgu.

* *

*

Il-laqgħa spiċċat f’12:44:00.